Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/20 ta' Awwissu
19 ta' Awwissu:
- 636 – Il-Battalja ta' Jarmuk: Il-forzi Għarab immexxija minn Khalid ibn al-Walid ħadu f'idejhom is-Sirja u l-Palestina mill-Imperu Biżantin, il-bidu tal-mewġa kbira tal-ewwel konkwisti Misilmin u l-avvanz mgħaġġel tal-Iżlam barra l-pajjiżi Għarab.
- 1858 – Charles Darwin ippubblika għall-ewwel darba t-teorija tiegħu tal-evoluzzjoni f'The Journal of the Proceedings of the Linnean Society of London, maġenb l-istess teorija ta' Alfred Russel Wallace.
- 1882 – F'Moska l-Ouverture 1812 op. 49 ta' Pëtr Il'ič Čajkovskij indaqqet għall-ewwel darba.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1625 – Thomas Corneille, drammaturgu Franċiż (m. 1709)
- 1710 – Thomas Simpson, matematiku Brittaniku (m. 1761)
- 1936 – Hideki Shirakawa, kimiku Ġappuniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika
Mietu f'dan il-jum...
- 1611 – Tomás Luis de Victoria (stampa), kompożitur Spanjol (t. 1548)
- 1811 – Louis Antoine de Bougainville, esploratur Franċiż (t. 1729)
- 2001 – Fred Hoyle, astronomu u kittieb tal-fantaxjenza Ingliż (t. 1915)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Bernard.