Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/1 ta' Ottubru
1 ta' Ottubru:
- 1814 – Fetaħ il-Kungress ta' Vjenna, bil-ħsieb li jerġa' jqassam il-mappa politika tal-Ewropa wara t-telfa ta' Napuljun fir-rebbiegħa ta' qabel.
- 1869 – L-Awstrija ħarġet l-ewwel kartolina postali fid-dinja.
- 1960 – In-Niġerja kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1507 – Giacomo Barozzi da Vignola, arkitett Taljan (m. 1573)
- 1847 – Annie Besant, teosofa u attivista għad-drittijiet tan-nisa (m. 1933)
- 1881 – William Boeing, inġinier Amerikan (m. 1956)
Mietu f'dan il-jum...
- 1499 – Marsilio Ficino, filosfu Taljan (t. 1433)
- 1578 – Don John 'l-Awstrija, mexxej militari (t. 1547)
- 1684 – Pierre Corneille (stampa), awtur Franċiż (t. 1606)
Kommemorazzjonijiet...
Festa nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Tereża ta' Lisieux.