William Boeing
William Edward Boeing Sr. (/ˈboʊɪŋ/; twieled fl-1 ta' Ottubru 1881 – miet fit-28 ta' Settembru 1956) kien pijunier tal-avjazzjoni Amerikan li stabbilixxa l-kumpanija Boeing fl-1916.
William Boeing | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Detroit, 1 Ottubru 1881 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Residenza | William E. Boeing House (en) |
Mewt | Puget Sound (en) , 28 Settembru 1956 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (infart tal-mijokardju) |
Familja | |
Ulied | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta’ Yale Skola tal-Inġinerija u x-Xjenza Applikata ta' Yale Sheffield Scientific School (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
imprenditur negozjant inġinier bdot |
Premjijiet |
Ħajja bikrija
immodifikaWilliam Boeing twieled f'Detroit, Michigan, iben Marie M. Ortmann, minn Vjenna, l-Awstrija, u Wilhelm Böing (1846-1890) minn Hohenlimburg, il-Ġermanja.[1] Wilhelm Böing emigra lejn l-Istati Uniti fl-1868 u inizjalment ħadem bħala impjegat ġenerali.[2] Missier Wilhelm kien kontra li ibnu jittrasferixxi ruħu l-Amerka u ma tah l-ebda appoġġ finanzjarju. Iktar 'il quddiem għamel suċċess mill-qtugħ u l-ħsad tal-injam minn North Woods u mid-drittijiet tal-minerali tal-ħadid fil-Katina Muntanjuża ta' Mesabi, Minnesota, fit-Tramuntana ta' Lake Superior.[1]
Fl-1890, meta William kellu tmien snin, missieru miet bl-influwenza u ommu ma damitx ma reġgħet iżżewġet. Huwa attenda l-iskola f'Vevey, l-Iżvizzera, u rritorna lejn l-Istati Uniti għal sena ta' skola preparatorja f'Boston.[2] Huwa nkiteb fl-Università ta' Yale f'New Haven, Connecticut, u telaq qabel iż-żmien fl-1903 biex jidħol fin-negozju tal-injam.[3]
Karriera
immodifikaBoeing mar jgħix f'Hoquiam, Washington, fil-Majjistral tal-Paċifiku. Huwa xtara artijiet estensivi fejn seta' jaqta' u jaħsad l-injam madwar Grays Harbor fil-Peniżola Olimpika u daħal għan-negozju tal-injam. Huwa kiseb suċċess kbir fin-negozju u fl-operat tiegħu, parzjalment permezz tat-trasport marittimu tal-injam lejn il-Kosta tal-Lvant mill-Kanal ta' Panama li dak iż-żmien kien għadu kemm jinfetaħ, u ġġenera fondi li iktar 'il quddiem uża għal negozju differenti ħafna.[4]
Meta kien President tal-Greenwood Timber Company, Boeing, li kien sperimenta bid-disinn tad-dgħajjes, ivvjaġġa lejn Seattle. Matul l-Espożizzjoni tal-Alaska-Yukon-Paċifiku fl-1909, huwa ra inġenju mtajjar minn bniedem għall-ewwel darba u sar affaxxinat bl-inġenji tal-ajru. Fl-1910, fid-Dominguez Flying Meet, Boeing staqsa lil kull bdot barrani u domestiku jekk setax imur fuq rikba fuq inġenju tal-ajru u darba wara l-oħra ġie rrifjutat għajr mill-avjatur Franċiż Louis Paulhan. Boeing baqa' jistenna iżda Paulhan wara l-laqgħa telaq u ma tahx rikba.[5] Boeing ħa lezzjonijiet tat-titjir fl-Iskola tat-Titjir ta' Glenn L. Martin f'Los Angeles u xtara wieħed mill-ajruplani ta' Martin.[6] Il-bdot tal-Iskola tat-Titjir James Floyd Smith ivvjaġġa lejn Seattle biex iwettaq l-assemblaġġ tal-idroplan ġdid tat-tip Martin TA ta' Boeing u biex ikompli jgħallmu kif itajjar l-inġenju tal-ajru. Kontenituri enormi waslu bil-ferrovija u Smith wettaq l-assemblaġġ tal-ajruplan f'ħangar b'għamla ta' tinda li tella' max-xatt ta' Lake Union. Il-bdot tal-ittestjar ta' Boeing, Herb Munter, ma damx wisq biex ikkawża ħsarat lill-ajruplan. Meta Martin stqarr li l-partijiet ta' sostituzzjoni ma kinux se jkunu disponibbli qabel għadd ta' xhur oħra, Boeing qal lill-ħabib tiegħu, il-Kmandant George Conrad Westervelt tal-Flotta Navali tal-Istati Uniti, "Nistgħu nibnu ajruplan aħjar aħna stess u iktar malajr". Westervelt qabel u f'qasir żmien bnew u tajru l-Idroplan ta' B & W, biplan anfibju (jiġifieri li kapaċi jittella' u jitniżżel mill-art jew mill-ilma li kellu prestazzjoni straordinarja. B'hekk Boeing iddeċieda li jidħol b'ruħu u b'ġismu għan-negozju tal-inġenji tal-ajru, u uża l-impjant antik tal-bini tad-dgħajjes max-xmara Duwamish ħdejn Seattle bħala l-fabbrika tiegħu.
Varar tal-Inġenji tal-Ajru Boeing
immodifikaFl-1916, Boeing daħal f'negozju ma' George Conrad Westervelt bħala l-kumpanija "B & W" u stabbilixxa l-kumpanija Pacific Aero Products Co. L-ewwel ajruplan tal-kumpanija kien il-Mudell Nru 1 tal-Boeing (l-Idroplan ta' B & W). Meta l-Amerka daħlet fl-Ewwel Gwerra Dinjija fit-8 ta' April 1917, Boeing bidel isem il-kumpanija għal Boeing Airplane Company u kiseb l-ordnijiet mill-Flotta Navali tal-Istati Uniti għal 50 ajruplan. Fl-aħħar tal-gwerra, Boeing ikkonċentra fuq l-inġenji tal-ajru kummerċjali biex iservu l-kuntratti tal-posta bl-ajru.[1]
Familja Boeing
immodifikaFl-1921, Boeing iżżewweġ lil Bertha Marie Potter Paschall (1891-1977). Preċedentement hija kienet miżżewġa lil Nathaniel Paschall, sensar tal-proprjetà immobbli, u miegħu kellha żewġ subien, Nathaniel "Nat" Paschall Jr. u Cranston Paschall. Il-koppja Boeing-Paschall kellhom iben, William E. Boeing Jr. (1922-2015). Iż-żewġ subien tar-rispett ta' Boeing daħlu għall-karriera tal-manifattura tal-avjazzjoni. Nat Paschall kien maniġer tal-bejgħ għall-kompetitur Douglas Aircraft, li iktar 'il quddiem saret McDonnell Douglas. Bill Jr. sar bdot privat u żviluppatur tal-proprjetà immobbli industrijali.[7]
Bertha Boeing kienet bint Howard Cranston Potter u Alice Kershaw Potter. Min-naħa ta' missierha, hija kienet dixxendent tal-bankiera merkantili Alexander Brown, James Brown, l-iben tar-rispett ta' Brown u s-sieħeb tiegħu Howard Potter; u min-naħa ta' ommha, kienet in-neputija ta' Charles James Kershaw u Mary Leavenworth Kershaw (dixxendent ta' Henry Leavenworth).
Il-kunjom Boeing huwa Angliċizzat mill-kunjom Ġermaniż Böing, u kellu oriġini Welsh bħala isem patronimiku minn Owen. Il-prefiss u s-suffiss żdiedu wara.[8]
Sfaxxar tal-Grupp Boeing
immodifikaFl-1929, Boeing ingħaqad ma' Frederick Rentschler ta' Pratt & Whitney u sawru l-United Aircraft and Transport Corporation (il-Korporazzjoni United tal-Inġenji tal-Ajru u t-Trasport). Ir-raggruppament il-ġdid kien kumpanija integrata b'mod vertikali b'interessi fl-aspetti kollha tal-avjazzjoni, bl-għan li jaqdi lis-swieq kollha tal-avjazzjoni. F'qasir żmien, ir-raggruppament xtara ġabra ta' linji tal-ajru żgħar, u wettaq fużjoni tagħhom mal-linja tal-ajru pijuniera ta' Boeing bħala kumpanija azzjonarja, United Air Lines.
Fl-1934, il-gvern tal-Istati Uniti akkuża lil William Boeing bi prattiki ta' monopolju. Fl-istess sena, l-Att dwar il-Posta bl-Ajru ġiegħel lill-kumpaniji tal-ajruplani jisseparaw l-operazzjonijiet tat-titjir mill-iżvilupp u l-manifattura. William Boeing għamel ċessjoni tas-sjieda u l-kumpanija azzjonarja tiegħu, il-United Aircraft and Transport Corporation, inqasmet fi tliet entitajiet separati:
- United Aircraft Corporation, li bdiet tieħu ħsieb il-manifattura preċedenti tal-Lvant tal-Istati Uniti (li iktar 'il quddiem saret il-United Technologies Corporation)
- Boeing Airplane Company, li bdiet tieħu ħsieb il-manifattura tal-Punent tal-Istati Uniti (li iktar 'il quddiem saret The Boeing Company)
- United Air Lines, li bdiet tieħu ħsieb l-operazzjonijiet tat-titjir
Huwa beda jinvesti l-biċċa l-kbira tal-ħin tiegħu fiż-żwiemel tiegħu fl-1937. Il-Boeing Airplane Company, għalkemm kienet manifattur maġġuri f'industrija frammentata, ma kisbitx suċċess qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Ħajja iktar 'il quddiem
immodifikaBejn l-1935 u l-1944, William Boeing u martu Bertha warrbu biċċa art kbira fit-Tramuntana tal-limiti tal-belt ta' Seattle għas-suddiviżjoni, inkluż il-komunitajiet futuri ta' Richmond Beach, Richmond Heights, Innis Arden, Blue Ridge, u Shoreview.[9] Il-familja Boeing imponiet patti razzjalment restrittivi fuq l-art tagħhom biex jinfurzaw is-segregazzjoni, u b'hekk ipprojbixxiet li l-proprjetajiet "jinbiegħu, jiġu ttrasferiti, jinkrew jew jitwellew kollha kemm huma jew parzjalment lil xi persuna mhux ta' karnaġġjon abjad jew Kawkasu". Dawk ta' karnaġġjon mhux abjad setgħu jokkupaw biss proprjetà fuq l-art jekk ikunu impjegati bħala qaddej/seftur domestiku "minn persuna ta' karnaġġjon abjad jew Kawkasu".[9][10]
Huwa qatta' l-kumplament ta' ħajtu fl-iżvilupp tal-proprjetà u t-tnissil taż-żwiemel tar-razza. Imħasseb dwar il-possibbiltà ta' battalji tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Majjistral tal-Paċifiku, huwa xtara razzett ta' 260 ettaru fil-kampanja fil-Lvant ta' Seattle, li hu laqqam bħala "Aldarra". Il-proprjetà baqgħet għand il-familja sa meta l-biċċa l-kbira tal-art ġiet żviluppata f'korsa tal-golf fl-2001.[11] Madankollu, diversi ettari baqgħu f'idejn il-familja, inkluż id-dar ta' William Boeing stess u żewġ djar iżgħar. Madankollu, ir-residenza primarja tiegħu għall-biċċa l-kbira ta' ħajtu, kienet villa kbira fil-komunità ta' The Highlands qrib Seattle; id-Dar ta' William Boeing iktar 'il quddiem ġiet elenkata fuq ir-Reġistru Nazzjonali tal-Postijiet Storiċi.[12] Il-Qala ta' Boeing Creek qrib din il-proprjetà ngħatat kunjomu.
William Boeing miet fit-28 ta' Settembru 1956, meta kellu 74 sena, tlett ijiem qabel ma għalaq 75 sena. Huwa ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla tiegħu fis-Seattle Yacht Club, wara li kellu attakk tal-qalb abbord il-jott tiegħu, Taconite, f'Puget Sound, Washington.[13][14] Huwa ġie inċinerat u l-irmied tiegħu nxteħtu lil hinn mill-kosta ta' British Columbia, fejn huwa kien qatta' ħafna mill-ħin liberu tiegħu jbaħħar.[15]
Wara mewtu huwa ddaħħal fil-Klassifika ta' Nies Notevoli tal-Avjazzjoni f'Dayton, Ohio, fl-1966.[6]
Fl-1984, Boeing iddaħħal fil-Klassifika ta' Nies Notevoli tal-Ajru u tal-Ispazju Internazzjonali fil-Mużew tal-Ajru u tal-Ispazju ta' San Diego.[16] Fil-Mużew tat-Titjir, f'Seattle, hemm id-dokumenti ta' William E. Boeing Sr.; kollezzjoni ta' arkivji ta' testi u ritratti ta' Boeing.[17]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ "Biography of William Boeing" (PDF).
- ^ a b "Boeing, William Edward (1881-1956)". www.historylink.org. Miġbur 2021-10-01.
- ^ From the PBS documentary "Pioneers in Aviation: The Race for the Moon Episode I; The Early Years"
- ^ "The Panama Canal's unexpected winners" (bl-Ingliż). 2016-07-03. Miġbur 2021-10-01.
- ^ "Boeing, William Edward : National Aviation Hall of Fame". www.nationalaviation.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-01. Miġbur 2021-10-01.
- ^ a b r2WPadmin. "William Edward Boeing" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-01.
- ^ "Bill Boeing Jr., son of jetmaker's founder, dies at 92". The Seattle Times (bl-Ingliż). 2015-01-08. Miġbur 2021-10-01.
- ^ "Boeing Name Meaning, Family History, Family Crest & Coats of Arms". HouseOfNames (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-01.
- ^ a b Taylor, Dorceta E. (2014). Toxic Communities. New York: New York University Press. p. 203. ISBN 978-1-479-86178-1.
- ^ Turnbull, Lornet (2005-06-03). "Homeowners find records still hold blot of racism". The Seattle Times (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-01.
- ^ RALEY, DAN (2001-04-24). "From The Bunkers: It's an exclusive: Aldarra opens on May 4". seattlepi.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-01.
- ^ "William E. Boeing House (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-01.
- ^ "WILLIAM BOEING, PLANE PIONEER, 74; Founder of Coast Concern Dies at 74--Guggenheim Award Winner in '34" (bl-Ingliż). 1956-09-29. Miġbur 2021-10-01.
- ^ "The Spokesman-Review - Google News Archive Search". news.google.com. Miġbur 2021-10-01.
- ^ "Boeing: William E. Boeing". www.boeing.com. Miġbur 2021-10-01.
- ^ Sprekelmeyer, Linda, editor. These We Honor: The International Aerospace Hall of Fame. Donning Co. Publishers, 2006. ISBN 978-1-57864-397-4.
- ^ "Archive - Museum of Flight".