Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/19 ta' Frar
19 ta' Frar:
- 1674 – L-Ingilterra u l-Pajjiżi l-Baxxi ffirmaw il-patt ta' paċi ta' Westminster li temm it-tielet gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi. Fih qablu li l-kolonja Olandiża ta' Amsterdam il-Ġdida toħodha l-Ingilterra. Din ingħatat l-isem il-ġdid ta' New York.
- 1959 – Ir-Renju Unit ta l-indipendenza lil Ċipru, li ġiet iddikjarata formalment fis-16 ta' Awwissu 1960.
- 1985 – William J. Schroeder sar l-ewwel bniedem li nagħta qalb artifiċjali u ħareġ mill-isptar.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1473 – Nicolaus Copernicus (stampa), matematiku u astronomu Pollakk (m. 1543)
- 1743 – Luigi Boccherini, kompożitur Taljan (m. 1805)
- 1924 – Lee Marvin, attur Amerikan (m. 1987)
Mietu f'dan il-jum...
- 1897 – Karl Weierstraß, matematiku Ġermaniż (t. 1815)
- 1951 – André Gide, kittib Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (t. 1869)
- 2001 – Stanley Kramer, reġista ċinematografiku Amerikan (t. 1913)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Korradu Confalonieri, San Bonifaċju ta' Brussell u San Quodvultdeus. Il-Knisja Luterana tiċċelebra l-memorja ta' Friedrich Weißler.