Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/16 ta' April
16 ta' April:
- 1521 – Martin Luteru deher għall-ewwel darba quddiem id-Dieta ta' Worms.
- 1972 – Il-programm Apollo: Apollo 16 ġiet varata minn Cape Canaveral, Florida.
- 2003 – Ġie iffirmat f'Ateni t-Trattat ta' Adeżjoni li kabbar lill-Unjoni Ewropea b'10 stati membri ġodda.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1844 – Anatole France, kittieb Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (m. 1924)
- 1867 – Wilbur Wright, pijunier tal-avjazzjoni Amerikan (m. 1912)
- 1889 – Charlie Chaplin (stampa), attur, reġista, xeneġġjatur, kompożitur u produttur Ingliż (m. 1977)
Mietu f'dan il-jum...
- 1828 – Francisco Goya, pittur Spanjol (t. 1746)
- 1972 – Kawabata Jasunari, kittieb Ġappuniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (t. 1899)
- 2008 – Edward Lorenz, matematiku u meteorologu Amerikan (t. 1917)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Benedittu Ġużeppi Labre u Santa Bernadetta Soubirous.