Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/13 ta' Lulju
13 ta' Lulju:
- 1573 – Il-Gwerra ta' Tmenin Sena: L-Assedju ta' Haarlem intemm wara seba' xhur.
- 1863 – Fil-belt ta' New York, l-opponenti tal-lieva bdew irvell ta' tlett ijiem li sar meqjus bħala l-agħar fl-istorja tal-Istati Uniti.
- 1878 – It-Trattat ta' Berlin: Il-poteri Ewropej iddisinjaw mill-ġdid il-mappa tal-Balkani. Is-Serbja, il-Montenegro u r-Rumanija saru kompletament indipendenti mill-Imperu Ottoman.
Twieldu f'dan il-jum...
- 100 QK – Ġulju Ċesri, dittatur tar-Repubblika Rumana (m. 44 QK)
- 1859 – Sidney Webb, soċjalista Brittaniku (m. 1947)
- 1924 – Carlo Bergonzi, kantant Taljan
Mietu f'dan il-jum...
- 1793 – Jean-Paul Marat, rivoluzzjonarju Franċiż (t. 1743)
- 1951 – Arnold Schoenberg (stampa), kompożitur Awstrijakk (t. 1874)
- 1954 – Frida Kahlo, pittriċi Messikana (t. 1907)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Enriku.