Monumenti u Siti Storiċi f'Kaesong

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Korea ta' Fuq

Il-Monumenti u s-Siti Storiċi f'Kaesong huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Kaesong, il-Korea ta' Fuq. Is-sit jikkonsisti minn 12-il komponent separat, li flimkien jixhdu l-istorja u l-kultura tad-dinastija Koryo mis-sekli 10 sa 14. Il-konfigurazzjoni ġeomantika tal-eks belt kapitali ta' Kaesong, il-kumpless ta' palazzi, ta' istituzzjonijiet u ta' oqbra, il-ħitan difensivi u d-daħliet tagħha jinkorporaw il-valuri politiċi, kulturali, filosofiċi u spiritwali ta' era kruċjali fl-istorja tar-reġjun. Fost il-monumenti li tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hemm osservatorju astronomiku u meteoroloġiku, żewġ skejjel (inkluż waħda ddedikata għall-edukazzjoni tal-uffiċjali nazzjonali) u stele kommemorattivi. Is-sit huwa xhieda tat-tranżizzjoni mill-Buddiżmu għan-Neo-Konfuċjaniżmu fil-Lvant tal-Asja u tal-assimilazzjoni tal-valuri kulturali, spiritwali u politiċi tal-istati li kienu jeżistu qabel l-unifikazzjoni tal-Korea taħt id-dinastija Koryo. L-integrazzjoni tal-kunċetti Buddisti, Taoisti, tal-Konfuċjaniżmu u ġeomantiċi toħroġ fid-dieher fl-ippjanar tas-sit u fl-arkitettura tal-monumenti tiegħu.

Id-Daħla ta' Namdae f'Kaesong.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Monumenti u s-Siti Storiċi f'Kaesong ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013. Is-sit għandu erja ta' 494.2 ettaru b'żona ta' lqugħ ta' 5,222.1 ettaru.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Komponenti

immodifika

Is-sit huwa magħmul minn 12-il komponent separat.[1] Ħamsa minnhom jagħmlu parti mis-sit usa' tas-Swar ta' Kaesong.

Nru Komponent Ritratt
1 Il-Palazz ta' Manwoldae u Chomsongdae f'Kaesong  
2 Is-Swar ta' Kaesong
  • Is-Swar ta' Palocham
  • Is-Swar Esterni
  • Is-Swar Interni
  • Parti mis-Swar ta' Kaesong Walls
  • Parto oħra mis-Swar ta' Kaesong
 
3 Id-Daħla ta' Namdae f'Kaesong  
4 Koryo Songgyungwan  
5 Is-Suwon ta' Sungyang  
6 Il-Pont ta' Sonjuk u l-Monumenti ta' Phyochung  
7 Il-Mawżolew tar-Re Wang Kon  
8 Il-Mawżolew tar-Re Kongmin  

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "Historic Monuments and Sites in Kaesong - UNESCO".