Monumenti Storiċi ta' Nara

kumpless ta' tmien siti storiċi f'Nara, il-Ġappun

Il-Monumenti Storiċi ta' Nara jinkludu tmien siti tal-belt kapitali antika ta' Nara fil-Prefettura ta' Nara, il-Ġappun. B'kollox hemm ħames tempji Buddisti, santwarju tax-Xintuwiżmu, palazz imperjali u foresta primordjali. Is-siti jinkludu 26 binja li l-Gvern Ġappuniż iddeżinja bħala Teżori Nazzjonali u 53 binja ddeżinjati bħala Siti Kulturali Importanti. Il-kumplessi kollha ġew rikonoxxuti bħala Siti Storiċi. Is-Sit tal-Palazz ta' Nara ġie ddeżinjat bħala Sit Storiku Speċjali, filwaqt li l-Foresta Primordjali ta' Kasugayama ġiet iddeżinjata bħala Monument Naturali Speċjali. Tōdai-ji, Kōfuku-ji u l-Foresta Primordjali ta' Kasugayama jinsabu lkoll fi ħdan il-Park ta' Nara, li huwa park li ġie ddeżinjat bħala wieħed mill-"Postijiet ta' Sbuħija Xenika" mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Kultura, l-Isport, ix-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-Monumenti Storiċi ta' Nara tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[1][2]

Uħud mill-Monumenti Storiċi ta' Nara

Lista tas-siti

immodifika

It-tabella ta' hawn taħt telenka t-tagħrif dwar it-tmien siti li jiffurmaw is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO msejjaħ Monumenti Storiċi ta' Nara:

Isem: l-isem bil-Ġappuniż u b'ittri Rumani jew bil-Malti
Tip: l-iskop tas-sit. Fil-lista hemm ħames tempji ("-ji") Buddisti, santwarju ("-jinja") tax-Xintuiżmu, palazz imperjali u foresta primordjali.
Perjodu: is-seklu u l-perjodu ta' importanza, tipikament tal-kostruzzjoni
Koordinati: il-koordinati ġeografiċi tas-siti
Deskrizzjoni: deskrizzjoni fil-qosor tas-siti
Isem Ritratt Tip Perjodu Koordinati Deskrizzjoni
Tōdai-ji (東大寺, Tōdai-ji, it-Tempju l-Kbir tal-Lvant)   Tempju Buddista Seklu 8 - il-Perjodu ta' Nara 34°41′21″N 135°50′23″E / 34.68917°N 135.83972°E / 34.68917; 135.83972 (Daibutsuden) Kumpless ta' tempju Buddista li fl-imgħoddi kien wieħed mis-Seba' Tempji l-Kbar. Id-Daibutsuden (大仏殿, is-Sala l-Kbira tal-Buddha) ta' Tōdai-ji tospita l-ikbar statwa ta' Buddha tal-bronż fid-dinja, magħrufa bħala Vairocana, jew Daibutsu (大仏) bil-Ġappuniż. Id-Daibutsuden attwali nbniet fl-1709, u kienet l-ikbar binja tal-injam fid-dinja sal-1998.
Kōfuku-ji (興福寺, Kōfuku-ji)   Tempju Buddista Seklu 7 - il-Perjodu ta' Asuka 34°40′59.7″N 135°49′52.2″E / 34.68325°N 135.831167°E / 34.68325; 135.831167 (Kōfuku Temple) Kōfuku-ji kien wieħed mis-Seba' Tempji l-Kbar u huwa s-sede nazzjonali tal-iskola Hossō. Oriġinarjament kien ġie stabbilit fis-669 f'territorju li llum jifforma parti minn Kyoto, u fis-672 ġie mċaqlaq għall-kapitali l-ġdida ta' Fujiwara-kyō, qabel ma żżarma u ġie mċaqlaq fejn jinsab illum, fin-naħa tal-Lvant tal-kapitali l-ġdida ta' Heijō-kyō (illum magħrufa bħala Nara).
Gran Santwarju ta' Kasuga (春日大社, Kasuga-taisha)   Santwarju tax-Xintuwiżmu Seklu 8 - il-Perjodu ta' Nara 34°40′53″N 135°50′54″E / 34.68139°N 135.84833°E / 34.68139; 135.84833 (Kasuga Shrine) Oriġinarjament ġie stabbilit fis-768. Kasuga-taisha huwa s-santwarju tal-klan ta' Fujiwara, li ddomina l-politika Ġappuniża tal-perjodu Heian period (794-1185). Fuq ġewwa huwa magħruf l-iktar għall-ħafna lanterni tal-bronż tiegħu, kif ukoll għall-ħafna lanterni tal-ġebel li jwasslu sas-santwarju. Mill-1871 sal-1946, is-Santwarju ta' Kasuga kien uffiċjalment iddeżinjat bħala wieħed mill-Kanpei-taisha (官幣大社), jiġifieri kien meqjus fost l-iktar santwarji importanti li kienu appoġġati mill-gvern.
Gangō-ji (元興寺)   Tempju Buddista Seklu 6 - il-Perjodu ta' Kofun 34°40′41″N 135°49′52″E / 34.67806°N 135.83111°E / 34.67806; 135.83111 (Gangō-ji) Oriġinarjament ġie stabbilit fil-593 f'Asuka fil-qrib, iżda fis-718 it-tempju ġie mċaqlaq lejn Nara, wara r-rilokazzjoni tal-kapitali lejn Heijō-kyō.
Yakushi-ji (薬師寺)   Tempju Buddista Seklu 7 - il-Perjodu ta' Asuka 34°40′6.08″N 135°47′3.52″E / 34.6683556°N 135.7843111°E / 34.6683556; 135.7843111 (Yakushi-ji) It-tempju oriġinali ta' Yakushi-ji nbena f'Fujiwara-kyō, il-kapitali tal-Ġappun fil-perjodu ta' Asuka, u ġie kkummissjonat mill-Imperatur Tenmu fis-680 biex jitlob għall-fejqan u l-irkupru mill-mard tal-konsorti tiegħu, li ssuċċedietu bħala l-Imperatriċi Jitō. Ġie żarmat u mċaqlaq lejn Nara tmien snin wara li l-Qorti Imperjali tressqet fil-kapitali l-ġdida ta' dak iż-żmien.
Tōshōdai-ji (唐招提寺)   Tempju Buddista Seklu 8 - il-Perjodu ta' Nara 34°40′32.11″N 135°47′5.40″E / 34.6755861°N 135.784833°E / 34.6755861; 135.784833 (Tōshōdai-ji) Oriġinarjament ġie stabbilit fis-759 mill-patri Ċiniż tad-dinastija Tang, Jianzhen. Tōshōdai-ji huwa tempju tal-klan Risshū tal-Buddiżmu. Il-kon-dō (is-Sala tad-Deheb) tiegħu ta' sular huwa msaqqaf b'saqaf tipiku bit-tegoli u għandu faċċata wiesgħa seba' kompartimenti. Dan it-tempju jitqies bħala l-arketip tal-"istil klassiku".
Heijō Palace (平城宮, Heijō-kyū) - is-Sit tal-Palazz ta' Nara     Residenza Imperjali Seklu 8 - il-Perjodu ta' Nara 34°41′28″N 135°47′44″E / 34.69111°N 135.79556°E / 34.69111; 135.79556 (Heijō Palace) Ir-residenza imperjali u ċ-ċentru amministrattiv fil-belt kapitali Ġappuniża Heijō-kyō (illum Nara) għall-biċċa l-kbira tal-perjodu ta' Nara (mis-710 sas-794 W.K.). Il-Palazz ta' Heijō ġie abbandunat wara li l-kapitali tressqet għal Kyoto fis-794. Ma kien fadal xejn sas-seklu 12, iżda permezz ta' skavi arkeoloġiċi u rikostruzzjonijiet mill-1959 ġie rkuprat ħafna mis-sit.
Foresta Primordjali ta' Kasugayama (春日山原始林, Kasugayamagenshirin)   Foresta Primordjali Seklu 8 - il-Perjodu ta' Nara 34°40′53.1″N 135°52′20.2″E / 34.681417°N 135.872278°E / 34.681417; 135.872278 (Kasugayama Primeval Forest) Foresta primordjali ta' madwar 250 ettaru ħdejn il-quċċata ta' Kasuga-yama (il-Muntanja Kasuga). Il-foresta primordjali ta' Kasugayama fiha 175 tip ta' siġra, 60 tip ta' għasfur, u 1,180 speċi ta' insetti. F'din iż-żona biswit il-Gran Santwarju ta' Kasuga, il-kaċċa u l-qtugħ tas-siġar ġie pprojbit mit-841.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Monumenti Storiċi ta' Nara ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[2]

Referenzi

immodifika
  1. ^ ICOMOS. "Advisory Body Evaluation" (PDF).
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Monuments of Ancient Nara". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-19.