Monasteri fuq ix-xaqlibiet ta' Popocatépetl
Il-Monasteri fuq ix-xaqlibiet ta' Popocatépetl (bl-Ispanjol: Monasterios en las faldas del Popocatépetl) huma ħmistax-il monasteru tas-seklu 16 li nbnew mill-Wistinjani, mill-Franġiskani u mid-Dumnikani sabiex jevanġelizzaw l-inħawi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-vulkan Popocatépetl fil-Messiku ċentrali. Dawn il-monasteri ġew rikonoxxuti bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994, peress li servew bħala mudell għall-monasteri u għall-knejjes bikrin kif ukoll għall-isforzi ta' evanġelizzazzjoni fil-Messiku u f'xi punti lil hinn mill-Amerka Latina.[1] Dawn il-monasteri kważi b'mod uniformi huma kkaratterizzati minn atriju kbir ħafna quddiem knisja b'navata waħda u b'capilla abierta jew kappella miftuħa. L-atriju kien jiffunzjona bħala punt fejn kienu jiltaqgħu l-popli indiġeni u l-patrijiet missjunarji, u l-quddies għall-persuni li jkunu għadhom kemm ikkonvertew kienet issir barra minflok ġewwa l-knisja. Dan l-arranġament ġie ripetut f'inħawi oħra tal-Messiku evanġelizzati mill-patrijiet.
Il-ħmistax-il monasteru huma miftuħa għall-viżitaturi. Ħdax minnhom jinsabu fit-Tramuntana ta' Morelos, tlieta fl-istat ta' Puebla, u wieħed f'Tlaxcala. Il-ħdax-il monasteru f'Morelos huma promossi wkoll bħala r-"Rotta tal-Vulkan" jew ir-"Rotta tal-Monasteri" għal skopijiet turistiċi. Fl-44 sessjoni fl-2021, is-Sit ta' Wirt Dinji ġie estiż biż-żieda tal-Katidral tal-Belt ta' Tlaxcala.[2]
Reġjun
immodifikaIs-Sit ta' Wirt Dinji jikkonsisti minn ħmistax-il monasteru li jinsabu fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Belt tal-Messiku, il-maġġoranza fl-istat ta' Morelos, għajr tlieta li jinsabu fl-istat ta' Puebla. Il-monasteri f'Morelos jinsabu fil-muniċipalitajiet ta' Atlatlahucan, Cuernavaca, Tetela del Volcán, Yautepec, Ocuituco, Tepoztlán, Tlayacapan, Totolapan, Yecapixtla u Zacualpan de Amilpas. It-tlieta fl-istat ta' Puebla jinsabu fil-muniċipalitajiet ta' Calpan, Huejotzingo u Tochimilco. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-monasteri jinsabu fil-periferiji tal-vulkan Popocatépetl.
Għalkemm Popocatepetl huwa vulkan attiv, l-ebda wieħed mill-monasteri ma ġie affettwat direttament minn din l-attività, għalkemm uħud ġarrbu ħsarat minn attività sismika. Il-periklu tal-vulkan huwa baxx f'dawn il-monasteri u f'iktar minn mitt monument storiku tar-reġjun, minħabba li f'din iż-żona ma tantx ikun hemm flussi tal-lava mill-vulkan u minħabba li l-monumenti ma nbnewx fl-inħawi fejn hemm iktar probabbiltà li jkun hemm fluss tal-lava.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Monasteri fuq ix-xaqlibiet ta' Popocatépetl tas-seklu 16 ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994 u s-sit ġie estiż fl-2021.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Restawr
immodifikaWara li l-monasteri tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, l-Instituto Nacional de Antropología e Historia (INAH) wiegħed u alloka miljuni ta' pesos għar-restawr u għall-preservazzjoni ta' ħdax-il monasteru. Il-biċċa l-kbira tal-flejjes ġew immirati lejn il-problemi kkawżati mill-umdità fil-ħitan. Wieħed mill-ewwel proġetti kien ir-restawr tal-affreski mal-ħitan tal-monasteru ta' Tetela del Volcán. Proġett bikri ieħor kien ir-restawr tal-ġonna u tal-għelieqi tal-monasteru ta' Atlatlahucan. Dawn l-għelieqi issa jipproduċu l-avokado u għelejjel oħra li jinbigħu bħala għajnuna biex tiġi ffinanzjata l-manutenzjoni.[3]
Iktar minn 70 % tal-monasteri li nbnew fis-seklu 16 għadhom f'kundizzjoni tajba. Madankollu, hemm min jilmenta li l-flejjes allokati għax-xogħol tar-restawr mhumiex biżżejjed u ferm inqas ġew ibbaġitjati għal attrazzjonijiet oħra bħall-Bażilika ta' Guadalupe jew saħansitra l-Palazz tal-Marqués del Apartado. Ħafna mix-xogħol li sar jinvolvi r-restawr taż-żoni tal-atriji, il-kurituri tal-purċissjonijiet u l-kappelli tal-atriji, li għadhom jeżistu. Sforz kbir ieħor hu t-tneħħija tal-ħaxix ħażin u tal-pjanti li jikbru fuq il-bini stess.[4] Ix-xogħol tar-restawr f'għadd ta' monasteri wassal għall-iskoperta mill-ġdid tal-affreski. Madankollu, ħafna mix-xogħol tar-restawr għadu jrid isir.[5]
Monasteri
immodifikaIl-ħmistax-il monasteru tas-seklu 16 elenkati mill-UNESCO bħala komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji fix-xaqlibiet tal-vulkan Popocatépetl:
Kodiċi | Ritratt | Isem | Raħal | Stat | Koordinati | Żona protetta |
---|---|---|---|---|---|---|
702-001 | Kunvent ta' San Mattew l-Appostlu u l-Evanġelista | Atlatlahucan | Morelos | 18°56′5″N 98°53′52″W / 18.93472°N 98.89778°W | Proprjetà: 1.23 ha.
Żona ta' Lqugħ: 0.13 ha. | |
702-002 | Katidral ta' Cuernavaca | Cuernavaca | Morelos | 18°52′2″N 99°14′42″W / 18.86722°N 99.245°W | Proprjetà: 1.57 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.43 ha. | |
702-003 | Kunvent ta' San Duminku ta' Guzmán, Hueyapan | Hueyapan | Morelos | 18°53′10″N 98°41′25″W / 18.88611°N 98.69028°W | Proprjetà: 0.91 ha.
Żona ta' Lqugħ: 0.5 ha. | |
702-004 | Kunvent ta' San Duminku ta' Guzmán, Oaxtepec | Oaxtepec | Morelos | 18°54′25″N 98°58′15″W / 18.90694°N 98.97083°W | Proprjetà: 0.99 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.14 ha. | |
702-005 | Kunvent Wistinjan u Knisja ta' Ġakbu l-Appostlu | Ocuituco | Morelos | 18°52′37″N 98°46′32″W / 18.87694°N 98.77556°W | Proprjetà: 0.62 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.28 ha. | |
702-006 | Kunvent tan-Natività jew tat-Tħabbira | Tepoztlán | Morelos | 18°59′10″N 99°5′7″W / 18.98611°N 99.08528°W | Proprjetà: 1.42 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.31 ha. | |
702-007 | Kunvent ta' San Ġwann Battista, Tetela del Volcán | Tetela del Volcán | Morelos | 18°53′31″N 98°43′46″W / 18.89194°N 98.72944°W | Proprjetà: 1.19 ha.
Żona ta' Lqugħ: 2.89 ha. | |
702-008 | Kunvent ta' San Ġwann Battista, Tlayacapan | Tlayacapan | Morelos | 18°57′20″N 98°58′52″W / 18.95556°N 98.98111°W | Proprjetà: 0.62 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.36 ha. | |
702-009 | Kunvent ta' San Ġlormu | Totolapan | Morelos | 18°59′24″N 98°55′6″W / 18.99°N 98.91833°W | Proprjetà: 3.61 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.23 ha. | |
702-010 | Kunvent ta' San Ġwann Battista, Yecapixtla | Yecapixtla | Morelos | 18°53′3″N 98°51′47″W / 18.88417°N 98.86306°W | Proprjetà: 1.2 ha.
Żona ta' Lqugħ: 3.13 ha. | |
702-011 | Kunvent tal-Kunċizzjoni Immakulata | Zacualpan de Amilpas | Morelos | 18°47′11″N 98°46′5″W / 18.78639°N 98.76806°W | Proprjetà: 1.94 ha.
Żona ta' Lqugħ: 0.24 ha. | |
702-012 | Kunvent ta' San Franġisk t'Assisi | Calpan | Puebla | 19°6′0″N 98°27′54″W / 19.1°N 98.465°W | Proprjetà: 1.51 ha.
Żona ta' Lqugħ: 0.75 ha. | |
702-013 | Kunvent ta' San Mikiel l-Arkanġlu | Huejotzingo | Puebla | 19°9′27″N 98°24′13″W / 19.1575°N 98.40361°W | Proprjetà: 5.65 ha.
Żona ta' Lqugħ: 1.29 ha. | |
702-014 | Kunvent tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna | Tochimilco | Puebla | 18°53′28″N 98°34′21″W / 18.89111°N 98.5725°W | Proprjetà: 1.1 ha.
Żona ta' Lqugħ: 2.4 ha. | |
702-015 | Kumpless Franġiskan tal-Monasteru u l-Katidral ta' Santa Marija Assunta ta' Tlaxcala | Tlaxcala City | Tlaxcala | 19°18′50.34″N 98°14′15.57″W / 19.3139833°N 98.2376583°W | Proprjetà: 2.82 ha. |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Earliest 16th-Century Monasteries on the Slopes of Popocatepetl". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-16.
- ^ Davies, Peter (2021-07-28). "UNESCO names Tlaxcala cathedral a World Heritage Site" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-16.
- ^ "Rescatan la Ruta del volcán Popocatépetl | Ediciones Impresas Milenio". web.archive.org. 2011-07-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-24. Miġbur 2022-11-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Diario avanzada". web.archive.org. 2011-07-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2022-11-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Antonio Bertran (2000). "Crearan un fondo mixto para restaurar monasterios". Reforma (bl-Ispanjol). Il-Belt tal-Messiku. p. 4.