Moderato Wisintainer

Moderato Wisintainer, magħruf sempliċement bħala Moderato (twieled fl-14 ta' Lulju 1902 – miet fil-31 ta' Jannar 1986) kien plejer tal-futbol Brażiljan.

Moderato Wisintainer

Moderato Wisintainer fl-1931
Informazzjoni personali
Twelid14 ta' Lulju 1902(1902-07-14)
AlegreteBrażil
Mewt31 ta' Jannar 1986 (83 sena)
Pelotas
Tul1.78 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1921–1922Palestra Itália
1923–1930Flamengo
1934–1935Guarany
Tim nazzjonali
1925–1930Brażil

Karriera immodifika

Ta' żagħżugħ, Moderato beda jilgħab ma' Esporte Clube 14 de Julho fil-belt ta' Santana do Livramento qabel ma ngħaqad ma' Guarany f'belt twelidu. Fl-1921, issieħeb ma' Palestra Itália (illum magħruf bħala Cruzeiro) u sena wara mar fil-kapitali Rio de Janeiro biex jilgħab ma' Flamengo. Magħhom baqa' jilgħab sal-1930 u rnexxielu jirbaħ il-kampjonat lokali ta' Rio de Janeiro fl-1925 u fl-1927. F'din tal-aħħar, hu skorja l-gowl tar-rebħa fil-logħba deċisiva kontra America fir-rebħa ta' 2–1.

Mat-tim nazzjonali Brażiljan iddebutta fis-6 ta' Diċembru 1925 kontra l-Paragwaj, f'logħba valida għall-Kampjonat Sud-Amerikan 1925. Hu ħa sehem ukoll fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-Urugwaj, u fit-tieni logħba tal-grupp hu skorja żewġ gowls kontra l-Bolivja fir-rebħa ta' 4–0, biex sar it-tieni plejer Brażiljan wara Preguinho li skorja għall-Brażil fit-Tazza tad-Dinja.

Lura fil-Brażil, wara li pajjiżu ma rnexxielhomx joħorġu 'l barra mill-grupp, hu temm il-karriera tiegħu fl-1932 mal-klabb li beda magħhom, Guarany. Magħhom wasal sal-finali tal-Campeonato Gaúcho, fejn tilfu fil-finali 3–0 kontra Grêmio.

Moderato miet ta' 83 sena f'Jannar tal-1986.

Logħbiet internazzjonali immodifika

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Flamengo

Ħoloq esterni immodifika