M'Baye Niang

(Rindirizzat minn Mbaye Niang)

M'Baye Babacar Niang (twieled fid-19 ta' Diċembru 1994) huwa plejer tal-futbol imwieled Franza u ta' dixxendenza Senegaliża li jilgħab ma' Bordeaux.

M'Baye Niang
Informazzjoni personali
Isem sħiħM'Baye Babacar Niang[1]
Twelid19 ta' Diċembru 1994 (1994-12-19) (30 sena)
Meulan-en-YvelinesFranza
Tul1.88 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBordeaux
Numru23
Mixtliet
2001–2003Basse-Seine Les Mureaux
2003–2007Poissy
2007–2011Caen
Karriera professjonali
SninKlabb
2010–2012Caen II
2011–2012Caen
2012–2018Milan
2013–2014Montpellier (self)
2014–2015Genoa (self)
2017Watford (self)
2017–2018Torino (self)
2018–2019Torino
2018–2019Rennes (self)
2019–2021Rennes
2021Al-Ahli (self)
2021–Bordeaux
Tim nazzjonali
2009–2010Franza U16
2010Franza U17
2011–2012Franza U21
2017–Senegal

Hu għamel id-debutt professjonali tiegħu fl-età ta' 16-il sena f'logħba tal-kampjonat ma' Caen kontra Toulouse. L-istil ta' logħob tiegħu ġibet ukoll tqabbil ma' Mario Balotelli.[2][3]

Karriera

immodifika

Niang kien twieled f'Meulan, komun fid-dipartiment Yvelines tar-reġjun Île-de-France, minn ġenituri Senegaliżi.[4] Hu beda l-karriera tal-futbol tiegħu fl-età ta' seba' snin mal-klabb lokali Basse-Seine Les Mureaux. Niang dam sentejn fil-klabb qabel ma kien innotat mill-klabb dilettantesk Poissy.[4] Wara li t-talent tiegħu beda jispikka, Niang ġibed għajnejn il-klabb professjonali Caen.[4] Apparti Caen, Lille u Paris Saint-Germain kienu rrapurtati li qegħdin isegwuh.[2]

Niang issieħeb mal-akkademja taż-żgħażagħ ta' Caen fl-età ta' 13 wara l-prova li kellu.[2] Ta' ħmistax-il sena kien diġà jilgħab mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena.[4] Niang ġie deskritt mill-kowċ tat-tim Philippe Tranchant bħala plejer b'"potenzjal enormi" filwaqt li ddikjara wkoll "aħna qatt ma rajna plejer bħalu fil-klabb qabel".[2] Wara li għamel it-tieni parti tal-istaġun 2009–10 mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena, Niang ġie promoss mat-tim tar-riservi tal-klabb fil-Championnat de France amateur, ir-raba' livell fil-futbol Franċiż, qabel l-istaġun 2010–11. Hu għamel id-debutt mar-riservi fl-14 ta' Awwissu 2010, fid-dro ta' 0–0 kontra Avranches.[5] Wara li sar l-aqwa skorer tat-tim wara l-ewwel sitt logħbiet tiegħu, Niang beda jaqla' tifħir mill-istampa lokali fejn beda jitbassar li l-plejer se jiġi mistieden mat-tim tal-kbar.[4] Hu kien ukoll marbut ma' diversi klabbs barranin, bħall-klabb Taljan ta' Juventus u klabbs Ingliżi bħal Manchester City u Tottenham Hotspur.[6][1]

Fit-18 ta' Frar 2011, Niang iffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu għal tliet snin ma' Caen.[7] Hu kien imsejjaħ mat-tim tal-kbar għall-ewwel darba fit-23 ta' April 2011 f'logħba tal-kampjonat kontra Toulouse li ntlagħbet fil-jum ta' wara.[8] Niang ingħata l-flokk numru 9 u għamel id-debutt professjonali tiegħu bħala sostitut fit-tieni taqsima fejn il-logħba spiċċat fi dro ta' 1–1.[3] Ta' 16-il sena u 114-il ġurnata, id-dehra tiegħu għamlitu l-iżgħar plejer li qatt lagħab ma' Caen fl-istorja tal-klabb.[9] Ġimgħa wara, hu kien imsemmi mal-ewwel ħdax għall-ewwel darba f'rebħa ta' 4–0 barra minn darhom kontra Nice.[10] Fis-7 ta' Mejju, Niang skorja l-ewwel gowl professjonali tiegħu fi dro ta' 1–1 kontra Lens.[11] Dan il-gowl għamel lil Niang it-tieni l-iżgħar plejer li skorja fil-Ligue 1 wara Laurent Roussey.[12] Fil-logħba ta' wara kontra Rennes, Niang deher bħala sostitut u skorja l-gowl tad-dro erba' minuti wara li daħal fil-grawnd.[13] Fl-aħħar logħba tal-istaġun kontra Marseille, hu skorja t-tieni gowl għat-tim biex poġġa lil Caen 2–0 minn fuq, iżda ftit wara Marseille skorjaw żewġ gowls biex il-logħba ntemmet 2–2.[14] Niang temm l-ewwel staġun b'seba' logħbiet, li erbgħa minnhom kienu mal-ewwel ħdax.

Qabel il-bidu tal-istaġun 2011–12, il-kuntratt professjonali ta' Niang sar suġġett għal dibattitu wara li l-gazzetta Franċiża Le Parisien żvelat li missieru ma qabilx mal-iffirmar tal-kuntratt.[15] Minħabba li Niang kien minuri, hu kien meħtieġ mil-liġi Franċiża li ż-żewġ ġenituri tiegħu jaqblu biex jiffirma l-kuntratt.[16] Minkejja li kien rappurtat preżenti waqt l-iffirmar tal-kuntratt, missier Niang, permezz tal-avukat tiegħu, hedded li jibda "proċedura għar-revoka tal-kuntratt".[17] Minkejja l-kwistjonijiet tal-kuntratt, Niang baqa' plejer ta' Caen u lagħab l-ewwel logħba tal-istaġun fit-13 ta' Awwissu 2011 f'rebħa ta' 2–1 kontra Sochaux.[18] Fl-24 ta' Settembru, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun fir-rebħa ta' 4–2 barra minn darhom kontra Evian.[19] Gowl ieħor ta' Niang matul l-istaġun wasal kontra Nancy fejn il-logħba spiċċat fid-dro ta' 1–1.[20]

Qabel il-bidu tal-istaġun 2012–13, kien irrappurtat li Niang mar fuq prova mal-klabbs Ingliżi ta' Arsenal, Everton, u Tottenham Hotspur.[21][22] Fis-27 ta' Awwissu 2012, ġie kkonfermat li Niang kien f'negozjati mal-klabb Taljan ta' Milan wara li wasal fil-belt u kellu ikla mal-viċipresident tal-klabb Adriano Galliani.[23][24] L-għada, it-trasferiment ġie kkonfermat b'Niang jiffirma kuntratt ta' tliet snin.[25][26]

Fit-13 ta' Diċembru 2012, fil-ħames rawnd tal-Coppa Italia kontra Reggina, Niang daħal bħala sostitut u skorja. Il-gowl fis-70 minuta poġġa lil Niang fil-kotba tal-istorja fejn kien it-tieni l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja ta' Milan fl-età ta' 17-il sena u 350 ġurnata. Fl-għeluq tat-18-il sena, Niang iffirma estensjoni tal-kuntratt ma' Milan, li jżommu mal-klabb sal-2017.[27]

Self lil Montpellier u Genoa

immodifika

F'Jannar tal-2014, huwa ssieħeb ma' Montpellier b'self.[28] Hu lagħab 19-il darba u skorja 4 gowls.

F'Jannar tal-2015, ġie misluf lill-klabb Taljan ta' Genoa għall-bqija tal-istaġun. Magħhom skorja 5 gowls f'14-il logħba qabel ma ntbagħat lura lejn Milan wara li weġġa'.

Lura ma' Milan

immodifika

Niang sofra korriment fil-metatarsali fil-logħba li Milan lagħbu kontra lil Bayern Munich fit-Tazza Audi ta' qabel l-istaġun. B'riżultat t'hekk tilef il-bidu tal-istaġun 2015–16. Hu rritorna lura fi dro ta' 0–0 draw kontra Atalanta. Fit-28 ta' Novembru 2015, skorja l-ewwel dobbjeta tiegħu fis-Serie A għal Milan fir-rebħa ta' 4–1 kontra Sampdoria f'San Siro.[29]

Internazzjonali

immodifika

Niang irrappreżenta lit-tim nazzjonali Franċiż fuq diversi livelli, fosthom ta' taħt is-16, 17 u 21 sena.[4] F'Diċembru tal-2009, huwa kiseb l-ewwel sejħa internazzjonali tiegħu fil-livell ta' taħt is-sittax-il sena taħt il-kowċ Patrick Gonfalone għal logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Belġju. Niang għamel id-debutt fuq livell taż-żgħażagħ fl-istess partita, f'rebħa ta' 4–1.[30][31] Fit-tieni partita kontra l-Belġju li saret jumejn wara, hu skorja l-uniku gowl biex poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ sat-tmiem tal-logħba.[32] Niang irritorna fit-tim ta' taħt is-sittax-il sena f'Jannar tal-2010 biex jipparteċipa fl-edizzjoni tat-Tazza Aegean 2010 ġewwa t-Turkija.[33] Fil-kompetizzjoni, hu deher f'erba' logħbiet li Franza lagħbu u skorja żewġ gowls; it-tnejn fil-fażi tal-gruppi kontra r-Repubblika Ċeka u r-Rumanija.[34][35] Franza rebħu l-kompetizzjoni wara li għelbu lil-ospiti 3–1 fil-finali fejn iddifendew it-titlu għat-tieni darba.[36]

Fil-livell ta' taħt is-sbatax-il sena, Niang kien minn tal-ewwel fis-sejħiet ta' Gonfalone u ddebutta f'Turnew Ewropew fis-Serbja fejn it-tim beda l-logħba tal-ftuħ kontra l-ospiti.[37] Fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol ta' taħt is-17-il sena 2011, hu deher fit-tliet logħbiet tal-fażi tal-gruppi hekk kif Franza spiċċaw fit-tieni post wara l-Italja. Minkejja li deher fl-ewwel tmien logħbiet tat-tim, Gonfalone ma sejjaħx lil Niang darb'oħra għat-tim ta' taħt is-sbatax-il sena. Sussegwentement, hu tilef li jilgħab fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena u fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta' taħt is-17-il sena 2011.

Minħabba li kien twieled fi Franza minn ġenituri Senegaliżi, Niang huwa eliġibbli biex jirrappreżenta lit-tim nazzjonali Senegaliż fil-livell internazzjonali. F'Mejju 2011, l-istampa Senegaliża rrappurtat li Niang kien imsemmi mat-tim Senegaliż ta' taħt it-23 sena biex jipparteċipa fil-logħbiet ta' kwalifikazzjoni ta' Ġunju 2011.[38] F'Lulju 2011, kien irrappurtat li Niang kien ħabbar xewqa li jirrappreżenta lis-Senegal fuq livell internazzjonali.[39] Aktar tard fl-istess xahar, kien imsemmi mal-iskwadra Senegaliża biex taffaċja lill-Marokk f'Awwissu.[40] Fl-4 ta' Awwissu, Niang tbiegħed mir-rapporti u afferma mill-ġdid ix-xewqa tiegħu li jirrappreżenta lil Franza fuq livell internazzjonali.[41][42] Huwa aktar tard stqarr "L-ewwel, Jien qatt ma ddikjarat li għażilt lis-Senegal jew lil Franza. L-uniċi kliem li ddikjarat, għalissa, hu li jien nippreferi t-timijiet taż-żgħażagħ ta' Franza".[43]

Fl-istess jum wara d-deċiżjoni tiegħu li jirrappreżenta lil Franza, Niang ġie msejjaħ fit-tim ta' taħt il-21 sena mill-kowċ Erick Mombaerts biex jipparteċipa f'kamp ta' taħriġ għal tlett ijiem fl-akkademja ta' Clairefontaine.[44] F'Settembru 2011, hu kien imsejjaħ għat-tieni darba konsekuttiva minn Mombaerts għal-logħba ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol ta' taħt il-21 sena 2013 kontra l-Latvja fit-2 ta' Settembru u logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall fil-5 ta' Settembru.[45] Hu ddebbutta kontra l-Latvja bħala sostitut fit-72 minuta. Wara kwarta fil-grawnd, Niang skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim. Franza rebħu l-logħba 3–0.[46] F'Novembru 2012, Niang ġie sospiż mit-tim nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2013 minħabba kawżi dixxiplinarji.[47]

Statistika

immodifika
Statistika aġġornata sal-15 ta' Diċembru 2015.[48]
Klabb Kampjonat Staġun Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Ewropa Total
Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti
Caen Ligue 1 2010–11 7 3 0 0 0 0 0 0 0 7 3 0
2011–12 23 2 3 0 0 0 0 0 0 23 2 3
Total 30 5 3 0 0 0 0 0 0 30 5 3
AC Milan Serie A 2012–13 20 0 1 2 1 0 2 0 0 24 1 1
2013–14 8 0 1 0 0 0 1 0 0 9 0 1
2014–15 5 0 0 0 0 0 0 0 0 5 0 0
Total 33 0 2 2 1 0 3 0 38 1 2
Montpellier (self) Ligue 1 2013–14 19 4 2 3 1 0 0 0 0 0 0 0 22 5 2
Total 19 4 2 3 1 0 0 0 0 0 0 0 22 5 2
Genoa (self) Serie A 2014-15 14 5 3 0 0 0 0 0 0 14 5 3
Total 14 5 3 0 0 0 0 0 0 14 5 3
AC Milan Serie A 2015–16 3 2 1 2 2 0 0 0 0 0 0 0 5 4 1
Total 3 2 1 1 1 0 0 0 0 0 0 0 4 3 1
Total tal-karriera 99 15 11 7 5 0 0 0 0 3 0 0 109 20 11

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Niang, Caen n'est pas vendeur" (bil-Franċiż). Mercato365. 2011-06-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-03. Miġbur 2011-09-06.
  2. ^ a b ċ d "Caen pin hopes on 16-year-old 6ft striker compared to Sammy Davis Junior" (bil-Franċiż). FourFourTwo. 2011-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-02. Miġbur 2011-10-10.
  3. ^ a b "Caen v. Toulouse Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-04-24. Miġbur 2011-04-24.
  4. ^ a b ċ d e f "M'Baye Niang, l'ado-footballeur crée le buzz" (bil-Franċiż). Ouest-France. 2010-10-20. Miġbur 2011-04-24.
  5. ^ "Avranches v. Caen B Match Report" (bil-Franċiż). Foot-National. 2010-08-14. Miġbur 2011-10-10.
  6. ^ "À Caen le nouveau Niang?" (bil-Franċiż). FootMercato. 2010-11-20. Miġbur 2011-04-24.
  7. ^ "Niang passe pro" (bil-Franċiż). L'Equipe. 2011-02-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-10. Miġbur 2011-10-10.
  8. ^ "Première pour Mbaye Niang" (bil-Franċiż). Olympique Football Club Les Mureaux. 2011-04-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-02. Miġbur 2011-10-10.
  9. ^ "Niang, jeune premier" (bil-Franċiż). Eurosport. 2011-04-24. Miġbur 2011-10-10.
  10. ^ "Nice v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-04. Miġbur 2011-05-01.
  11. ^ "Caen v. Lens Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-10. Miġbur 2011-05-07.
  12. ^ "Ligue 1 – Niang, sauveur à 16 ans" (bil-Franċiż). Yahoo!. 2011-05-11. Miġbur 2011-10-10.
  13. ^ "Rennes v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-11. Miġbur 2011-10-10.
  14. ^ "Caen v. Marseille Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-29. Miġbur 2011-10-10.
  15. ^ "Caen pourrait perdre son prodige" (bil-Franċiż). Le Parisien. 2011-07-21. Miġbur 2011-10-10.
  16. ^ "Ça continue de s'agiter autour de M'Baye Niang" (bil-Franċiż). Ouest-France. 2011-07-22. Miġbur 2011-10-10.
  17. ^ "M'Baye Niang: son contrat contesté" (bil-Franċiż). France 3. 2011-07-21. Miġbur 2011-10-10.
  18. ^ "Sochaux v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel]. 2011-08-13. Miġbur 2011-10-10.
  19. ^ "Evian v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-09-24. Miġbur 2011-10-10.
  20. ^ "Commentary: AS Nancy Lorraine v Caen – French Ligue 1 – ESPN Soccernet" (bl-Ingliż). ESPN. 2012-04-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-13. Miġbur 2012-05-31.
  21. ^ "Niang set for Gunners trial" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2012-07-09. Miġbur 2012-07-09.
  22. ^ "Prodigious France striker Niang opts for AC Milan ahead of Everton, Arsenal and Spurs" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2012-08-28. Miġbur 2012-08-28.
  23. ^ "Ore 21.30: Adriano Galliani atterra a linate con Mbaye Niang" (bit-Taljan). AC Milan. 2012-08-27. Miġbur 2012-08-28.
  24. ^ "Da Giannino: Adriano Galliani e Mbaye Niang a Cena" (bit-Taljan). AC Milan. 2012-08-27. Miġbur 2012-08-28.
  25. ^ "Niang: A.C. Milan Comunicato Ufficiale" (bit-Taljan). AC Milan. 2012-08-28. Miġbur 2012-08-28.
  26. ^ "Milan swoop for French youngster Niang" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. 2012-08-28. Miġbur 2012-08-28.
  27. ^ "DAY TO REMEMBER FOR NIANG" (bl-Ingliż). AC Milan. 2012-12-20. Miġbur 2013-01-31.
  28. ^ "Mbaye Niang à Grammont ce samedi" (bil-Franċiż). Montpellier HSC. Miġbur 2014-01-02.
  29. ^ "AC Milan cruise past Sampdoria with M'Baye Niang brace" (bl-Ingliż). ESPN FC. Miġbur 2015-11-30.
  30. ^ "Première victoire face aux Belges (4–1)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2009-12-02. Miġbur 2011-10-10.
  31. ^ "France v. Belgique 01/12/2009 U16 – Amical" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2009-12-02. Miġbur 2011-10-10.
  32. ^ "Deuxième succès (1–0)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2009-12-03. Miġbur 2011-10-10.
  33. ^ "Aegean Cup (22/01 au 01/02 2010)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-04. Miġbur 2011-10-10.
  34. ^ "Entrée en matière réussie (3–1)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-24. Miġbur 2011-10-10.
  35. ^ "La passe de trois pour les mini-Bleus" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-28. Miġbur 2011-10-10.
  36. ^ "Les Bleus remportent la finale (3–1)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-30. Miġbur 2011-10-10.
  37. ^ "Serbie v. France 24/08/2010 U17 – Amical" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-08-24. Miġbur 2011-10-10.
  38. ^ "Mbaye Niang attendu contre les olympiques tunisiens (entraîneur)" (bil-Franċiż). Dakar Foot. 2011-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-11-04. Miġbur 2011-10-10.
  39. ^ "Binationaux: Mbaye Niang opte pour le Sénégal" (bil-Franċiż). Dakar Foot. 2011-07-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-17. Miġbur 2011-07-29.
  40. ^ "Mbaye Niang convoqué chez les Lions" (bil-Franċiż). Dakar Foot. 2011-07-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2011-07-29.
  41. ^ "Caen: Mb.Niang préfère les Bleus" (bil-Franċiż). Sport365. 2011-08-04. Miġbur 2011-08-04.
  42. ^ "Bleuets M'Baye Niang a choisi la France" (bil-Franċiż). L'Equipe. 2011-08-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-08. Miġbur 2011-10-10.
  43. ^ "Mbaye Niang, surclassé authentique" (bil-Franċiż). Football-Mag. 2011-10-10. Miġbur 2011-10-10.
  44. ^ "M'Baye Niang appelé" (bil-Franċiż). L'Equipe. 2011-08-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-05. Miġbur 2011-10-10.
  45. ^ "Bulot et Niang avec les espoirs" (bil-Franċiż). Stade Malherbe Caen. 2011-08-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-02. Miġbur 2011-10-10.
  46. ^ "France make flying start in Latvia" (bil-Franċiż). UEFA. 2011-09-02. Miġbur 2011-10-10.
  47. ^ "Five French players banned after nightclub visit" (bl-Ingliż). Yahoo!. 2012-11-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-05. Miġbur 2012-11-15.
  48. ^ "M. NIANG". Soccerway.com (bl-Ingliż). Miġbur 2014-07-24.

Ħoloq esterni

immodifika