Martin de Redin
Martin de Redin (Pamplona, 1579 – Malta, 6 ta' Frar 1660) kien figura militari u politika Spanjola, u t-58 Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta. Sar Gran Pirjol tal-Ordni ta' Malta ta' Navarra fl-1641, u Viċirè ta' Sqallija fl-1656.
Martin de Redin | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1657 - 1660 ← Giovanni Paolo Lascaris - Annet de Clermont-Gessan →
| |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Pamplona (en) , 23 Ottubru 1590 | ||||||
Nazzjonalità | Spanja | ||||||
Mewt | Valletta, 6 Frar 1660 | ||||||
Familja | |||||||
Aħwa |
uri | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Lingwi | Spanjol | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni | patri ġellied |
Ġie elett Gran Mastru tal-Kavallieri Ospitaljieri fl-1657 wara l-mewt ta' Giovanni Paolo Lascaris. Matul il-ħakma tiegħu, huwa kkummissjona l-bini ta' 13-il torri tal-għassa magħrufa bħala ta' de Redin, madwar il-kosta ta' Malta. Dawn it-torrijiet ħolqu linja ta' komunikazzjoni madwar il-gżira biex jagħtu twissija dwar l-avviċinament tal-kursara u l-pirati.
De Redin ħoloq ukoll korp ta' 4,000 muskettier, u ġab ikel u provvisti minn Sqallija meta Malta sofriet nuqqas matul ir-renju tiegħu.
Huwa miet f'Malta fis-6 ta' Frar 1660 u jinstab midfun fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta.
Ħoloq esterni
immodifikaPredeċessur Giovanni Paolo Lascaris |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1657–1660 |
Suċċessur |