Marcel Langiller

Futboler Franċiż

Marcel Langiller (twieled fit-2 ta' Ġunju 1908 – miet fit-28 ta' Diċembru 1980) kien plejer tal-futbol Franċiż. Hu kien jilgħab bħala attakkant u kien magħruf bħala "La Caille".

Marcel Langiller
Lucien Laurent, Marcel Langiller, 1930.jpg
Lucien Laurent u Marcel Langiller fl-1930
Informazzjoni personali
Isem sħiħMarcel Langiller
Twelid2 ta' Ġunju 1908(1908-06-02)
Charenton-le-Pont, Franza
Mewt28 ta' Diċembru 1980 (72 sena)
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1928–1933Excelsior Roubaix
1933–1934Red Star
1934–1936Saint-Étienne
1936–1938CA Paris
Tim nazzjonali
1927–1937Franza

KarrieraImmodifika

Matul il-karriera tiegħu, Langiller lagħab ma' Excelsior Roubaix, Red Star, Saint-Étienne u CA Paris. Ma' Excelsior hu rebaħ it-Tazza Franċiża fl-1933, u kien finalista tal-istess tazza ma' CA Paris fl-1928.

Mat-tim nazzjonali Franċiż lagħab 30 darba u skorja 7 gowls. Hu kien magħżul fost l-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 1930, l-ewwel waħda tal-istorja. L-uniku gowl li skorja f'din il-kompetizzjoni wasal fl-ewwel logħba kontra l-Messiku, fejn Franza rebħu 4–1.

UnuriImmodifika

KlabbImmodifika

Excelsior Roubaix

Ħoloq esterniImmodifika