M'Baye Niang
M'Baye Babacar Niang (twieled fid-19 ta' Diċembru 1994) huwa plejer tal-futbol imwieled Franza u ta' dixxendenza Senegaliża li jilgħab ma' Bordeaux.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | M'Baye Babacar Niang[1] | ||
Twelid | 19 ta' Diċembru 1994 Meulan-en-Yvelines, Franza | ||
Tul | 1.88 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Bordeaux | ||
Numru | 23 | ||
Mixtliet | |||
2001–2003 | Basse-Seine Les Mureaux | ||
2003–2007 | Poissy | ||
2007–2011 | Caen | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2010–2012 | Caen II | ||
2011–2012 | Caen | ||
2012–2018 | Milan | ||
2013–2014 | → Montpellier (self) | ||
2014–2015 | → Genoa (self) | ||
2017 | → Watford (self) | ||
2017–2018 | → Torino (self) | ||
2018–2019 | Torino | ||
2018–2019 | → Rennes (self) | ||
2019–2021 | Rennes | ||
2021 | → Al-Ahli (self) | ||
2021– | Bordeaux | ||
Tim nazzjonali | |||
2009–2010 | Franza U16 | ||
2010 | Franza U17 | ||
2011–2012 | Franza U21 | ||
2017– | Senegal |
Hu għamel id-debutt professjonali tiegħu fl-età ta' 16-il sena f'logħba tal-kampjonat ma' Caen kontra Toulouse. L-istil ta' logħob tiegħu ġibet ukoll tqabbil ma' Mario Balotelli.[2][3]
Karriera
immodifikaBidu
immodifikaNiang kien twieled f'Meulan, komun fid-dipartiment Yvelines tar-reġjun Île-de-France, minn ġenituri Senegaliżi.[4] Hu beda l-karriera tal-futbol tiegħu fl-età ta' seba' snin mal-klabb lokali Basse-Seine Les Mureaux. Niang dam sentejn fil-klabb qabel ma kien innotat mill-klabb dilettantesk Poissy.[4] Wara li t-talent tiegħu beda jispikka, Niang ġibed għajnejn il-klabb professjonali Caen.[4] Apparti Caen, Lille u Paris Saint-Germain kienu rrapurtati li qegħdin isegwuh.[2]
Caen
immodifikaNiang issieħeb mal-akkademja taż-żgħażagħ ta' Caen fl-età ta' 13 wara l-prova li kellu.[2] Ta' ħmistax-il sena kien diġà jilgħab mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena.[4] Niang ġie deskritt mill-kowċ tat-tim Philippe Tranchant bħala plejer b'"potenzjal enormi" filwaqt li ddikjara wkoll "aħna qatt ma rajna plejer bħalu fil-klabb qabel".[2] Wara li għamel it-tieni parti tal-istaġun 2009–10 mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena, Niang ġie promoss mat-tim tar-riservi tal-klabb fil-Championnat de France amateur, ir-raba' livell fil-futbol Franċiż, qabel l-istaġun 2010–11. Hu għamel id-debutt mar-riservi fl-14 ta' Awwissu 2010, fid-dro ta' 0–0 kontra Avranches.[5] Wara li sar l-aqwa skorer tat-tim wara l-ewwel sitt logħbiet tiegħu, Niang beda jaqla' tifħir mill-istampa lokali fejn beda jitbassar li l-plejer se jiġi mistieden mat-tim tal-kbar.[4] Hu kien ukoll marbut ma' diversi klabbs barranin, bħall-klabb Taljan ta' Juventus u klabbs Ingliżi bħal Manchester City u Tottenham Hotspur.[6][1]
Fit-18 ta' Frar 2011, Niang iffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu għal tliet snin ma' Caen.[7] Hu kien imsejjaħ mat-tim tal-kbar għall-ewwel darba fit-23 ta' April 2011 f'logħba tal-kampjonat kontra Toulouse li ntlagħbet fil-jum ta' wara.[8] Niang ingħata l-flokk numru 9 u għamel id-debutt professjonali tiegħu bħala sostitut fit-tieni taqsima fejn il-logħba spiċċat fi dro ta' 1–1.[3] Ta' 16-il sena u 114-il ġurnata, id-dehra tiegħu għamlitu l-iżgħar plejer li qatt lagħab ma' Caen fl-istorja tal-klabb.[9] Ġimgħa wara, hu kien imsemmi mal-ewwel ħdax għall-ewwel darba f'rebħa ta' 4–0 barra minn darhom kontra Nice.[10] Fis-7 ta' Mejju, Niang skorja l-ewwel gowl professjonali tiegħu fi dro ta' 1–1 kontra Lens.[11] Dan il-gowl għamel lil Niang it-tieni l-iżgħar plejer li skorja fil-Ligue 1 wara Laurent Roussey.[12] Fil-logħba ta' wara kontra Rennes, Niang deher bħala sostitut u skorja l-gowl tad-dro erba' minuti wara li daħal fil-grawnd.[13] Fl-aħħar logħba tal-istaġun kontra Marseille, hu skorja t-tieni gowl għat-tim biex poġġa lil Caen 2–0 minn fuq, iżda ftit wara Marseille skorjaw żewġ gowls biex il-logħba ntemmet 2–2.[14] Niang temm l-ewwel staġun b'seba' logħbiet, li erbgħa minnhom kienu mal-ewwel ħdax.
Qabel il-bidu tal-istaġun 2011–12, il-kuntratt professjonali ta' Niang sar suġġett għal dibattitu wara li l-gazzetta Franċiża Le Parisien żvelat li missieru ma qabilx mal-iffirmar tal-kuntratt.[15] Minħabba li Niang kien minuri, hu kien meħtieġ mil-liġi Franċiża li ż-żewġ ġenituri tiegħu jaqblu biex jiffirma l-kuntratt.[16] Minkejja li kien rappurtat preżenti waqt l-iffirmar tal-kuntratt, missier Niang, permezz tal-avukat tiegħu, hedded li jibda "proċedura għar-revoka tal-kuntratt".[17] Minkejja l-kwistjonijiet tal-kuntratt, Niang baqa' plejer ta' Caen u lagħab l-ewwel logħba tal-istaġun fit-13 ta' Awwissu 2011 f'rebħa ta' 2–1 kontra Sochaux.[18] Fl-24 ta' Settembru, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun fir-rebħa ta' 4–2 barra minn darhom kontra Evian.[19] Gowl ieħor ta' Niang matul l-istaġun wasal kontra Nancy fejn il-logħba spiċċat fid-dro ta' 1–1.[20]
Milan
immodifikaQabel il-bidu tal-istaġun 2012–13, kien irrappurtat li Niang mar fuq prova mal-klabbs Ingliżi ta' Arsenal, Everton, u Tottenham Hotspur.[21][22] Fis-27 ta' Awwissu 2012, ġie kkonfermat li Niang kien f'negozjati mal-klabb Taljan ta' Milan wara li wasal fil-belt u kellu ikla mal-viċipresident tal-klabb Adriano Galliani.[23][24] L-għada, it-trasferiment ġie kkonfermat b'Niang jiffirma kuntratt ta' tliet snin.[25][26]
Fit-13 ta' Diċembru 2012, fil-ħames rawnd tal-Coppa Italia kontra Reggina, Niang daħal bħala sostitut u skorja. Il-gowl fis-70 minuta poġġa lil Niang fil-kotba tal-istorja fejn kien it-tieni l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja ta' Milan fl-età ta' 17-il sena u 350 ġurnata. Fl-għeluq tat-18-il sena, Niang iffirma estensjoni tal-kuntratt ma' Milan, li jżommu mal-klabb sal-2017.[27]
Self lil Montpellier u Genoa
immodifikaF'Jannar tal-2014, huwa ssieħeb ma' Montpellier b'self.[28] Hu lagħab 19-il darba u skorja 4 gowls.
F'Jannar tal-2015, ġie misluf lill-klabb Taljan ta' Genoa għall-bqija tal-istaġun. Magħhom skorja 5 gowls f'14-il logħba qabel ma ntbagħat lura lejn Milan wara li weġġa'.
Lura ma' Milan
immodifikaNiang sofra korriment fil-metatarsali fil-logħba li Milan lagħbu kontra lil Bayern Munich fit-Tazza Audi ta' qabel l-istaġun. B'riżultat t'hekk tilef il-bidu tal-istaġun 2015–16. Hu rritorna lura fi dro ta' 0–0 draw kontra Atalanta. Fit-28 ta' Novembru 2015, skorja l-ewwel dobbjeta tiegħu fis-Serie A għal Milan fir-rebħa ta' 4–1 kontra Sampdoria f'San Siro.[29]
Internazzjonali
immodifikaNiang irrappreżenta lit-tim nazzjonali Franċiż fuq diversi livelli, fosthom ta' taħt is-16, 17 u 21 sena.[4] F'Diċembru tal-2009, huwa kiseb l-ewwel sejħa internazzjonali tiegħu fil-livell ta' taħt is-sittax-il sena taħt il-kowċ Patrick Gonfalone għal logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Belġju. Niang għamel id-debutt fuq livell taż-żgħażagħ fl-istess partita, f'rebħa ta' 4–1.[30][31] Fit-tieni partita kontra l-Belġju li saret jumejn wara, hu skorja l-uniku gowl biex poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ sat-tmiem tal-logħba.[32] Niang irritorna fit-tim ta' taħt is-sittax-il sena f'Jannar tal-2010 biex jipparteċipa fl-edizzjoni tat-Tazza Aegean 2010 ġewwa t-Turkija.[33] Fil-kompetizzjoni, hu deher f'erba' logħbiet li Franza lagħbu u skorja żewġ gowls; it-tnejn fil-fażi tal-gruppi kontra r-Repubblika Ċeka u r-Rumanija.[34][35] Franza rebħu l-kompetizzjoni wara li għelbu lil-ospiti 3–1 fil-finali fejn iddifendew it-titlu għat-tieni darba.[36]
Fil-livell ta' taħt is-sbatax-il sena, Niang kien minn tal-ewwel fis-sejħiet ta' Gonfalone u ddebutta f'Turnew Ewropew fis-Serbja fejn it-tim beda l-logħba tal-ftuħ kontra l-ospiti.[37] Fl-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol ta' taħt is-17-il sena 2011, hu deher fit-tliet logħbiet tal-fażi tal-gruppi hekk kif Franza spiċċaw fit-tieni post wara l-Italja. Minkejja li deher fl-ewwel tmien logħbiet tat-tim, Gonfalone ma sejjaħx lil Niang darb'oħra għat-tim ta' taħt is-sbatax-il sena. Sussegwentement, hu tilef li jilgħab fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena u fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta' taħt is-17-il sena 2011.
Minħabba li kien twieled fi Franza minn ġenituri Senegaliżi, Niang huwa eliġibbli biex jirrappreżenta lit-tim nazzjonali Senegaliż fil-livell internazzjonali. F'Mejju 2011, l-istampa Senegaliża rrappurtat li Niang kien imsemmi mat-tim Senegaliż ta' taħt it-23 sena biex jipparteċipa fil-logħbiet ta' kwalifikazzjoni ta' Ġunju 2011.[38] F'Lulju 2011, kien irrappurtat li Niang kien ħabbar xewqa li jirrappreżenta lis-Senegal fuq livell internazzjonali.[39] Aktar tard fl-istess xahar, kien imsemmi mal-iskwadra Senegaliża biex taffaċja lill-Marokk f'Awwissu.[40] Fl-4 ta' Awwissu, Niang tbiegħed mir-rapporti u afferma mill-ġdid ix-xewqa tiegħu li jirrappreżenta lil Franza fuq livell internazzjonali.[41][42] Huwa aktar tard stqarr "L-ewwel, Jien qatt ma ddikjarat li għażilt lis-Senegal jew lil Franza. L-uniċi kliem li ddikjarat, għalissa, hu li jien nippreferi t-timijiet taż-żgħażagħ ta' Franza".[43]
Fl-istess jum wara d-deċiżjoni tiegħu li jirrappreżenta lil Franza, Niang ġie msejjaħ fit-tim ta' taħt il-21 sena mill-kowċ Erick Mombaerts biex jipparteċipa f'kamp ta' taħriġ għal tlett ijiem fl-akkademja ta' Clairefontaine.[44] F'Settembru 2011, hu kien imsejjaħ għat-tieni darba konsekuttiva minn Mombaerts għal-logħba ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol ta' taħt il-21 sena 2013 kontra l-Latvja fit-2 ta' Settembru u logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall fil-5 ta' Settembru.[45] Hu ddebbutta kontra l-Latvja bħala sostitut fit-72 minuta. Wara kwarta fil-grawnd, Niang skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim. Franza rebħu l-logħba 3–0.[46] F'Novembru 2012, Niang ġie sospiż mit-tim nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2013 minħabba kawżi dixxiplinarji.[47]
Statistika
immodifikaKlabb
immodifika- Statistika aġġornata sal-15 ta' Diċembru 2015.[48]
Klabb | Kampjonat | Staġun | Kampjonat | Tazza | Tazza tal-Kampjonat | Ewropa | Total | ||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | |||
Caen | Ligue 1 | 2010–11 | 7 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | 7 | 3 | 0 | ||
2011–12 | 23 | 2 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | 23 | 2 | 3 | ||||
Total | 30 | 5 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | 30 | 5 | 3 | ||||
AC Milan | Serie A | 2012–13 | 20 | 0 | 1 | 2 | 1 | 0 | — | 2 | 0 | 0 | 24 | 1 | 1 | ||
2013–14 | 8 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | — | 1 | 0 | 0 | 9 | 0 | 1 | ||||
2014–15 | 5 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 | 0 | ||||
Total | 33 | 0 | 2 | 2 | 1 | 0 | — | 3 | 0 | 38 | 1 | 2 | |||||
Montpellier (self) | Ligue 1 | 2013–14 | 19 | 4 | 2 | 3 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 22 | 5 | 2 |
Total | 19 | 4 | 2 | 3 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 22 | 5 | 2 | ||
Genoa (self) | Serie A | 2014-15 | 14 | 5 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | 14 | 5 | 3 | ||
Total | 14 | 5 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | — | 14 | 5 | 3 | ||||
AC Milan | Serie A | 2015–16 | 3 | 2 | 1 | 2 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5 | 4 | 1 |
Total | 3 | 2 | 1 | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 4 | 3 | 1 | ||
Total tal-karriera | 99 | 15 | 11 | 7 | 5 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 | 0 | 109 | 20 | 11 |
Referenzi
immodifika- ^ a b "Niang, Caen n'est pas vendeur" (bil-Franċiż). Mercato365. 2011-06-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-03. Miġbur 2011-09-06.
- ^ a b ċ d "Caen pin hopes on 16-year-old 6ft striker compared to Sammy Davis Junior" (bil-Franċiż). FourFourTwo. 2011-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-02. Miġbur 2011-10-10.
- ^ a b "Caen v. Toulouse Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-04-24. Miġbur 2011-04-24.
- ^ a b ċ d e f "M'Baye Niang, l'ado-footballeur crée le buzz" (bil-Franċiż). Ouest-France. 2010-10-20. Miġbur 2011-04-24.
- ^ "Avranches v. Caen B Match Report" (bil-Franċiż). Foot-National. 2010-08-14. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "À Caen le nouveau Niang?" (bil-Franċiż). FootMercato. 2010-11-20. Miġbur 2011-04-24.
- ^ "Niang passe pro" (bil-Franċiż). L'Equipe. 2011-02-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-10. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Première pour Mbaye Niang" (bil-Franċiż). Olympique Football Club Les Mureaux. 2011-04-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-02. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Niang, jeune premier" (bil-Franċiż). Eurosport. 2011-04-24. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Nice v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-04. Miġbur 2011-05-01.
- ^ "Caen v. Lens Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-10. Miġbur 2011-05-07.
- ^ "Ligue 1 – Niang, sauveur à 16 ans" (bil-Franċiż). Yahoo!. 2011-05-11. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Rennes v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-11. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Caen v. Marseille Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-05-29. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Caen pourrait perdre son prodige" (bil-Franċiż). Le Parisien. 2011-07-21. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Ça continue de s'agiter autour de M'Baye Niang" (bil-Franċiż). Ouest-France. 2011-07-22. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "M'Baye Niang: son contrat contesté" (bil-Franċiż). France 3. 2011-07-21. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Sochaux v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel]. 2011-08-13. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Evian v. Caen Match Report" (bil-Franċiż). Ligue de Football Professionnel. 2011-09-24. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Commentary: AS Nancy Lorraine v Caen – French Ligue 1 – ESPN Soccernet" (bl-Ingliż). ESPN. 2012-04-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-13. Miġbur 2012-05-31.
- ^ "Niang set for Gunners trial" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2012-07-09. Miġbur 2012-07-09.
- ^ "Prodigious France striker Niang opts for AC Milan ahead of Everton, Arsenal and Spurs" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2012-08-28. Miġbur 2012-08-28.
- ^ "Ore 21.30: Adriano Galliani atterra a linate con Mbaye Niang" (bit-Taljan). AC Milan. 2012-08-27. Miġbur 2012-08-28.
- ^ "Da Giannino: Adriano Galliani e Mbaye Niang a Cena" (bit-Taljan). AC Milan. 2012-08-27. Miġbur 2012-08-28.
- ^ "Niang: A.C. Milan Comunicato Ufficiale" (bit-Taljan). AC Milan. 2012-08-28. Miġbur 2012-08-28.
- ^ "Milan swoop for French youngster Niang" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. 2012-08-28. Miġbur 2012-08-28.
- ^ "DAY TO REMEMBER FOR NIANG" (bl-Ingliż). AC Milan. 2012-12-20. Miġbur 2013-01-31.
- ^ "Mbaye Niang à Grammont ce samedi" (bil-Franċiż). Montpellier HSC. Miġbur 2014-01-02.
- ^ "AC Milan cruise past Sampdoria with M'Baye Niang brace" (bl-Ingliż). ESPN FC. Miġbur 2015-11-30.
- ^ "Première victoire face aux Belges (4–1)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2009-12-02. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "France v. Belgique 01/12/2009 U16 – Amical" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2009-12-02. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Deuxième succès (1–0)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2009-12-03. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Aegean Cup (22/01 au 01/02 2010)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-04. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Entrée en matière réussie (3–1)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-24. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "La passe de trois pour les mini-Bleus" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-28. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Les Bleus remportent la finale (3–1)" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-01-30. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Serbie v. France 24/08/2010 U17 – Amical" (bil-Franċiż). Fédération Française de Football. 2010-08-24. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Mbaye Niang attendu contre les olympiques tunisiens (entraîneur)" (bil-Franċiż). Dakar Foot. 2011-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-11-04. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Binationaux: Mbaye Niang opte pour le Sénégal" (bil-Franċiż). Dakar Foot. 2011-07-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-17. Miġbur 2011-07-29.
- ^ "Mbaye Niang convoqué chez les Lions" (bil-Franċiż). Dakar Foot. 2011-07-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2011-07-29.
- ^ "Caen: Mb.Niang préfère les Bleus" (bil-Franċiż). Sport365. 2011-08-04. Miġbur 2011-08-04.
- ^ "Bleuets M'Baye Niang a choisi la France" (bil-Franċiż). L'Equipe. 2011-08-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-08. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Mbaye Niang, surclassé authentique" (bil-Franċiż). Football-Mag. 2011-10-10. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "M'Baye Niang appelé" (bil-Franċiż). L'Equipe. 2011-08-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-05. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Bulot et Niang avec les espoirs" (bil-Franċiż). Stade Malherbe Caen. 2011-08-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-02. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "France make flying start in Latvia" (bil-Franċiż). UEFA. 2011-09-02. Miġbur 2011-10-10.
- ^ "Five French players banned after nightclub visit" (bl-Ingliż). Yahoo!. 2012-11-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-05. Miġbur 2012-11-15.
- ^ "M. NIANG". Soccerway.com (bl-Ingliż). Miġbur 2014-07-24.
Ħoloq esterni
immodifika- M'Baye Niang – statistika tal-kampjonat Franċiż fuq LFP
- (FR) M'Baye Niang fuq L'Équipe Football