Luke Dimech
Luke Dimech (twieled fil-11 ta' Jannar 1977) huwa eks-plejer tal-futbol Malti.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 11 ta' Jannar 1977 Furjana, Malta | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Mixtliet | |||
Lincoln City | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1995–2001 | Sliema Wanderers | ||
2002 | Shamrock Rovers | ||
2003 | Birkirkara | ||
2003–2005 | Mansfield | ||
2005–2006 | Chester City | ||
2006–2007 | Marsaxlokk | ||
2007–2008 | Macclesfield Town | ||
2008–2010 | Valletta | ||
2010–2012 | AEK Larnaca | ||
2012–2013 | Mosta | ||
2013–2015 | Valletta | ||
2015–2016 | Sliema Wanderers | ||
Tim nazzjonali | |||
1999–2013 | Malta |
Karriera
immodifika1995–2003
immodifikaDimech beda l-karriera tiegħu ma' Sliema Wanderers. L-ewwel staġun ta' Luke kien wieħed sodisfaċenti hekk kif spiċċa rebbieħ tal-Premier League Malti. Luke qatta' seba' staġuni mal-klabb u rnexxielu jistabilixxi lilu nnifsu mat-tim nazzjonali fl-1999. Dimech għamel total ta' 133 dehra u skorja tliet darbiet għall-klabb.
Wara prestazzjonijiet tajba, Luke Dimech ittrasferixxa l-Irlanda sabiex jilgħab mat-tim ta' Shamrock Rovers għal staġun, fejn għamel sittax-il dehra, imma wara li tilef postu mat-tim, huwa ħalla lill-klabb.
Lura Malta, Dimech lagħab mat-tim ta' Birkirkara fl-2003 fejn għamel 10 dehriet.
2003–2008
immodifikaStaġun tajjeb fil-kampjonat Malti, tat lil Luke trasferiment ieħor, din id-darba mat-tim Ingliż ta' Mansfield Town f'Awwissu tal-2003. Għall-ewwel Luke iffirma kuntratt ta' sena, imma lejn tmiem l-istaġun 2003–04, grazzi għall-prestazzjonijiet tiegħu, Dimech estenda għal sena oħra l-kuntratt tiegħu minkejja li Mansfield Town kien tilfu l-play-off finali għall-promozzjoni għal League One wara l-għoti tal-penalties kontra Huddersfield Town.
It-tieni staġuni ta' Dimech mat-tim Ingliż kompla fuq l-istess linja li biha spiċċa l-istaġun ta' qabel u kien pedina fundamentali fil-qalba tad-difiża u ssiġilla postu mal-ewwel tim. Però fit-tieni nofs tal-istaġun sofra minn forma fqira u ma baqax aktar l-ewwel għażla tal-kowċ Carlton Palmer, u l-kuntratt ta' Dimech ġie mħassar fi tmiem l-istaġun 2004–05. F'żewġ staġuni ma' Mansfield Town, Luke lagħab 45 loggħba u skorja gowl wieħed.
Minħabba li kien bla kuntratt, f'Lulju tal-2005 ingħaqad ma' Chester City f'kuntratt ta' sena. Dimech reġa' ngħaqad mill-ġdid mal-kowċ preċedenti li kellu f'Mansfield, Keith Curle, u fl-iskwadra sab ukoll lil David Artell, li kien ukoll ma' Dimech fit-tim ta' Mansfield. Luke kien plejer regulari fit-tim ta' Chester City, u dehra 30 darba matul l-istaġun 2005–06.
Wara l-esperjenza ma' żewġ klabbs Ingliżi, Dimech reġa' lura Malta fl-2006 u ssieħeb ma' Marsaxlokk. Fl-assenza ta' Carlo Mamo, hu ngħata l-faxxa ta' kaptan għal dak l-istaġun. Ma' Marsaxlokk rebaħ il-kampjonat, l-ewwel wieħed fl-istorja tal-klabb. Hu ddeċieda li ma' jerġax iġedded il-kuntratt tiegħu u b'hekk fittex klabb fl-Ewropa, u dan sabu fl-Ingilterra.
Fid-19 ta' Lulju 2007, Luke iffirma kuntratt ta' sena mat-tim tal-League Two, Macclesfield Town, fejn reġa' ngħaqad mal-plejer Carl Regan li kien jilgħab ma' Dimech fit-tim ta' Chester City.
Dimech iddebutta ma' Macclesfield Town fil-partita tal-ftuħ ta' League Two barra minn darhom kontra Bradford City fil-11 ta' Awwissu 2007, fejn il-logħba spiċċat pari ta' 1–1. Tliet ijiem wara Luke lagħab l-ewwel loggħba tiegħu ġewwa darhom f'partita valida mill-ewwel rawnd tal-Football League Cup kontra Leeds United, fejn Leeds United ħarġu rebbieħa grazzi għall-gowl fit-78 minuta ta' Ian Westlake.
Fil-31 ta' Jannar 2008, il-koppja difensiva ta' Dimech u Carl Regan intemmet hekk kif dan tal-aħħar ingħaqad ma' Milton Keynes Dons. Postu ħadu Sean Hessey li ngħaqad mal-klabb taħt self minn Chester City. Fit-18 ta' Mejju 2008, ġie mħabbar li Dimech flimkien ma' erba plejers oħra ta' Macclesfield Town ma ġewx offruti kuntratti ġodda.[1]
2008–preżent
immodifikaMingħajr kuntratt, fis-sajf tal-2008 Dimech ingħaqad mat-tim Malti rebbieħ tal-aħħar kampjonat, Valletta FC.[2] Nhar l-24 ta' Mejju 2010, wara inċident li nqala' fil-konfront kontra Sliema Wanderers, il-kuntratt tiegħu ġie mħassar. Matul din il-partita, fi tmiem l-ewwel taqsima, Dimech ġie mkeċċi wara li deher jinża' l-flokk u jitfgħu mal-art, qalb ibbujar mill-partitarji.[3] Qabel ma suċċessivament tħassarlu l-kuntratt, Dimech ġie sospiż mill-klabb.[4] Aktar tard, ippubblika apoloġija fuq is-sit uffiċjali tal-klabb fejn skuża ruħu tal-aġir tiegħu.[5]
F'Awwissu tal-2010, iffirma mal-klabb Ċiprijott ta' AEK Larnaca fejn ingħaqad mill-ġdid mal-kowċ Tom Caanen li kien kowċ tat-tim Belti fl-istaġun preċedenti.[6]
Internazzjonali
immodifikaLuke huwa plejer regulari tat-tim nazzjonali Malti fejn għamel madwar ħamsin apparenza u skorja gowl kontra Ċipru fit-30 ta' April 2003. Id-debutt tiegħu kien fit-28 ta' April 1999, meta lagħab kontra l-Iżlanda. Mal-ħatra ta' John Buttigieg bħala l-kowċ tat-tim, Dimech sab ruħu barra mill-għażla fejn ma ġie selezzjonat għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġeorġja minħabba li rrifjuta li jbiddel il-kulur tax-xagħar tiegħu.[7]
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Sliema Wanderers
- Premier League Malti: 1995–96
- Marsaxlokk
- Premier League Malti: 2006–07
Referenzi
immodifika- ^ "Five depart Moss Rose" (bl-Ingliż). SkySports. 2008-05-16. Miġbur 2010-08-07.
- ^ "Valletta FC present new players and sponsors for season 2008-2009" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2008-08-29. Miġbur 2008-09-08.
- ^ "Day 26: Valletta 2 Sliema W. 0" (bl-Ingliż). Valletta FC. 2010-04-24. Miġbur 2010-08-07.
- ^ "Luke Dimech: Suspension" (bl-Ingliż). Valletta FC.
- ^ "Apology: from Luke Dimech" (bl-Ingliż). Valletta FC. 2010-04-26. Miġbur 2010-08-07.
- ^ "Dimech, Priso sign for AEK Larnaca". Sportinmalta.com (bl-Ingliż). 2010-08-05. Miġbur 2010-08-07.
- ^ Azzopardi, Kevin (2010-08-11). "Dimech sees red over hair colour as Buttigieg names 18-man squad" (bl-Ingliż). Times Of Malta. Miġbur 2010-08-07.
Ħoloq esterni
immodifika- Luke Dimech fuq Soccerbase
- Luke Dimech fuq National-Football-Teams.com