John Buttigieg (twieled fil-5 ta' Ottubru 1963) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala difensur.

John Buttigieg
Informazzjoni personali
Twelid5 ta' Ottubru 1963 (1963-10-05) (60 sena)
Tas-SliemaMalta
Tul1.83
RwolDifensur
Mixtliet
Sliema Wanderers
Karriera professjonali
SninKlabb
1981–1989Sliema Wanderers
1989–1991Brentford
1990Swindon Town (self)
1991–1999Floriana
1999–2002Valletta
Tim nazzjonali
1984–2000Malta
Timijiet ikkowċjati
2007–2009Birkirkara
2009–2011Malta
2016–2019Sliema Wanderers
2019Birkirkara
2020–2021Floriana

Karriera immodifika

Matul il-karriera tiegħu, Buttigieg lagħab ma' Sliema Wanderers, Brentford u Swindon Town fl-Ingilterra, Floriana u Valletta.

Sussegwentement sar kowċ fejn beda jħarreġ lit-tfal ta' sitt snin fl-iskola ta' Carmel Busuttil. F'Marzu tal-2007, huwa ngħaqad ma' Birkirkara bħala kowċ tal-ewwel tim,[1] u magħhom rebaħ it-Tazza Maltija tal-2008.

F'Lulju tal-2009, Buttigieg inħatar bħala kowċ għat-tim nazzjonali ta' Malta, wara li Dusan Fitzel kienet sfurzat biex jirriżenja minħabba problemi ta' saħħa, ħames xhur qabel it-tmiem tal-kuntratt tiegħu. Flimkien ma' Carmel Busuttil bħala assistent, it-tnejn 'il huma iffirmaw kuntratt ta' ħames snin mal-assoċjazzjoni tal-futbol ta' Malta.[2] F'Ġunju tas-sena ta' wara huwa ngħata liċenzja tal-ikkowċjar professjonali mill-UEFA mill-iskola ta' Coverciano, fl-Italja.[3]

F'Ottubru tal-2011 Buttigieg tneħħa minn kowċ ta' Malta wara biss żewġ rebħiet f'21 logħba, it-tnejn f'logħbiet ta' ħbiberija, u punt wieħed mill-kwalifika tal-UEFA Euro 2012 kontra Ġeorġja.[4]

Internazzjonali immodifika

Buttigieg lagħab 97 darba mat-tim nazzjonali Malti, bid-debutt tiegħu iseħħ fit-23 ta' Mejju 1984, f'logħba ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1986 kontra l-Iżvezja (telfa ta' 4–0).[5]

L-aħħar logħba tiegħu kienet fit-telfa minima ta' 2–1 kontra l-Ingilterra f'Ġunju tas-sena 2000.

Referenzi immodifika

  1. ^ Camilleri, Valhmor (2008-07-31). "Buttigieg seeks improvement" (bl-Ingliż). Times of Malta.
  2. ^ Aquilina, Domenic (2009-07-21). "Malta heroes replace Fitzel at helm" (bl-Ingliż). UEFA.
  3. ^ "Coverciano, si é concluso il master per allenatori di prima categoria" (bit-Taljan). Settore Tecnico FIGC. 2010-06-14. Miġbur 2010-06-15.
  4. ^ "Malta fires national coach John Buttigieg" (bl-Ingliż). ESPN. 2011-10-26.
  5. ^ Logħbiet internazzjoni fuq RSSSF

Ħoloq esterni immodifika