Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa hu avveniment multi-sportiv li jsir kull sentejn u li ilu jiġi organizzat mill-1985 mill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali ta' tmien stati Ewropej.

Logħob pajjiżi ż-żgħar ewropa.png

ParteċipantiImmodifika

 
Pajjiżi membri

Il-logħob huma organizzati mill-Assoċjazzjoni Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (AASSE). Is-sħubija tikkonsisti minn pajjiżi li huma rappreżentati minn Kumitati Olimpiċi Nazzjonali awtonomi, lokalizzati fl-Ewropa, u li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn miljun ruħ. Il-pajjiżi parteċipanti huma:

Il-Gżejjer Faroe qed jippruvaw jiksbu rikonoxximent mill-KOI biex b'hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw f'dawn il-logħob. B'differenza mill-membri attwali, il-Gżejjer Faroe mhuwiex pajjiż sovran (huwa hu provinċja awtonoma tad-Danimarka).

EdizzjonijietImmodifika

Din il-manifestazzjoni, li ssir kull sentejn, tiġi ospitata b'sistema ta' rotazzjoni fil-pajjiżi membri tagħha.

Sena Pajjiż
1985   San Marino
1987   Monako
1989   Ċipru
1991   Andorra
1993   Malta
1995   Lussemburgu
1997   Iżlanda
1999   Liechtenstein
2001   San Marino
2003   Malta
2005   Andorra
2007   Monako
2009   Ċipru[2]
2011   Liechtenstein[3]
2013   Lussemburgu
2015   Iżlanda

Lista ta' dixxiplini sportiviImmodifika

Fil-Logħob tal-2007, intlagħbu tnax-il dixxiplina sportiva (b'diviżjonijiet kemm għall-irġiel u anki għan-nisa):

Klassifika ta' kull żmienImmodifika

Poż. Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total
1   Iżlanda 367 257 253 877
2   Ċipru 363 300 275 938
3   Lussemburgu 230 268 242 740
4   Monako 90 112 159 361
5   San Marino 51 85 101 237
6   Malta 49 90 139 278
7   Andorra 36 69 100 205
8   Liechtenstein 35 36 54 125
9   Montenegro 0 0 0 0

ReferenziImmodifika

  1. ^ Il-Montenegro sar membru tal-AASSE wara l-indipendenza miksuba fl-2006, imma ma bagħat l-ebda atleta fil-logħob tal-2007 f'Monako.
  2. ^ (Ingliż) Cyprus to host small European states' games in 2009, 05-06-2007.
  3. ^ Coming Home with 13 Medals, Portal tal-Prinċipat ta' Liechteinsten, 7 ta' Ġunju, 2005.

Ħoloq esterniImmodifika