Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009 kienu t-13-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru matul Ġunju 2009 fost il-pajjiżi parteċipanti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret fl-1 ta' Ġunju ġewwa Nikosija, f'Ċipru, u dik tal-għeluq saret fis-6 ta' Ġunju. Ċipru ospita din il-manifestazzjoni għat-tieni darba fl-istorja,[1] u din l-edizzjoni tagħlaq għoxrin sena ta' storja ta' dawn il-logħob, bl-ewwel edizzjoni ta' dawn l-istess logħob tmur lura għall-1989.[2] Il-kumitat organizzattiv għandu stima li l-ispiża għal dawn l-avvenimenti hu ta' 1.5 miljun ewro.[3]

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009

Pajjiż ospitu Ċipru Ċipru
Pajjiżi parteċipanti 8
Atleti parteċipanti 1500
Avvenimenti 12
Ċerimonja tal-ftuħ 1 ta' Ġunju 2009
Ċerimonja tal-għeluq 6 ta' Ġunju 2009
Uffiċjalment miftuħin minn Dimitris Christofias
Sit uffiċjali cyprus2009.org.cy

Parteċipanti immodifika

Progamm immodifika

 ●  Ċerimonja tal-ftuħ     Kompetizzjonijiet     Finali  ●  Ċerimonja tal-għeluq
Ġunju 2009 01 02 03 04 05 06
Ċerimonja    ●       ●   
  Atletika    ●       ●       ●   
  Beach volley    ●       ●       ●       ●   
  Ġinnastika    ●       ●       ●       ●   
  Ġudo    ●       ●       ●   
  Mountain bike    ●   
  Għawm    ●       ●       ●       ●   
  Baskitbol    ●       ●       ●       ●       ●   
  Volibol    ●       ●       ●       ●       ●   
  Tennis    ●       ●       ●       ●       ●   
  Table tennis    ●       ●       ●       ●       ●   
  Sparar    ●       ●       ●       ●   
  Ibburdjar    ●       ●       ●       ●   

Immaġini tal-logħob immodifika

immodifika

 
Il-Vapur ta' Kyrenia

Il-logo uffiċjali tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2009 jirrapreżenta l-vapur ta' Kyrenia stilizzat. Il-fdalijiet ta' dan il-ġifen huma forsi l-aktar antiki u l-aktar sejbiet arkeoloġiċi konservati ta' vapur kummerċjali. L-arkeoloġiċi skoprew dawn il-fdalijiet taħt il-baħar ta' Kyrenia fl-1965 u illum jinsabu konservati ġewwa l-Kastell ta' Kyrenia.

Dawn il-vapuri, permezz tat-trasportazzjoni ta' prodotti fil-Mediterran, mhux biss għenu għall-iżvilupp kummerċjali fi ħdan il-Mare Nostrum imma għenu wkoll għall-iskambji kulturali u ta' ideat bejn id-diversi popli li kienu jgħixu qrib il-kosta.

Dan is-simbolu ġie magħżul bħala rappreżentazzjoni tal-istorja, tal-kultura u tas-sens patrijottiku ta' Ċipru u hu wkoll rappreżentat fuq il-muniti tal-10, l-20, u l-50 ċenteżmu tal-ewro ta' Ċipru.

Maskot immodifika

Il-maskot uffiċjali ta' dawn il-logħob huwa Tefkros, ħamiemu, li ġie imħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-logħob nhar l-14 ta' Mejju, 2008.

Impjanti immodifika

Il-maġġoranza tal-avvenimenti sportivi saru f'impjanti ġewwa jew madwar il-belt kapitali Nikosija. Il-belt fin-naħa t'isfel ta' Limassol ospitat l-logħob tal-ġinnastika u sport akwatiku waqt li l-avvenimenti tal-mountain bike ġew miżmuma fil-Park Nazzjonali ta' Machairas, b'medja ta' altitudni ta' 700m.[4][5]

Dixxiplina sportiva Impjanti Belt/Lokalità
Atletika Stadju GSP Nikosija
Baskitbol Eleftheria Indoor Hall Nikosija
Beach volley Sailing Centre Limassol
Ċikliżmu Mountain Bike Track Machairas
Ġinnastika Palais de Sport Limassol
Ġudo Lefkotheo Indoor Hall Nikosija
Ibburdjar Sailing Centre Limassol
Sparar Olympic Shooting Range Nikosija
Għawm Olympic Swimming Pool Nikosija
Table tennis Evangelos Florakis Indoor Hall Nikosija
Tennis National Tennis Centre Nikosija
Volibol University of Cyprus Sports hall Nikosija
Ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq Stadju GSP Nikosija

Tabella tal-midalji immodifika

Poż. Pajjiż        
1   Ċipru 59 47 33 139
2   Iżlanda 32 24 25 81
3   Lussemburgu 26 17 19 62
4   Monako 7 18 17 42
5   San Marino 4 9 16 29
6   Malta 3 5 13 21
7   Liechtenstein 2 4 12 18
8   Andorra 1 7 9 17

Referenzi immodifika

  1. ^ "Cyprus to host small European states' games in 2009" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2007-06-05. Miġbur 2007-06-12.
  2. ^ "Monaco to host 2007 GSSE" (bl-Ingliż). Sports Business News. 2003-06-06.
  3. ^ "Cypriot organizers expect record high participation in games for small European states" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2009-02-17. Miġbur 2009-02-17.
  4. ^ "XIII Games of the Small States of Europe CYPRUS 2009" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Ċiprijott. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-03. Miġbur 2008-07-16.
  5. ^ "XIII Games of the Small States of Europe CYPRUS 2009, Venues" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Ċiprijott. Miġbur 2008-07-16.

Ħoloq esterni immodifika