Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Irlanda
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Irlanda rratifikat l-Konvenzjoni fis-16 ta' Settembru 1991.[3]
L-Irlanda attwalment għandha żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit li ġie ddeżinjat kien Brú na Bóinne – il-Kumpless Arkeoloġiku tal-Lilwa tax-Xmara Boyne, fl-1993.[4] It-tieni sit, Skellig Michael, ġie ddeżinjat fl-1996.[5] It-tnejn huma siti kulturali li ntgħażlu skont il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[6]
Sit | Ritratt | Pożizzjoni (kontea) | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Brú na Bóinne – Kumpless Arkeoloġiku tal-Lilwa tax-Xmara Boyne | Meath | 1993 | i, iii, iv (kulturali) | Is-sit huwa kumpless ta' oqbra bil-passaġġi, ħaġriet weqfin, henges u strutturi preistoriċi oħra tan-Neolitiku, uħud minnhom li jmorru lura saħansitra għall-35 seklu Q.K. – it-32 seklu Q.K. Is-sit inbena b'sofistikazzjoni u b'għarfien tax-xjenza u tal-astronomija, xi ħaġa li toħroġ fid-dieher fil-passaġġ tal-qabar ta' Newgrange. Is-sit jirrappreżenta l-ikbar konċentrazzjoni ta' arti megalitika preistorika fl-Ewropa.[4] | |
Skellig Michael | Kerry | 1996 | iii, iv (kulturali) | Il-monasteru Ċeltiku, li jinsab kważi fil-quċċata ta' gżira tal-blat b'għamla ta' piramida, x'aktarx li ġie stabbilit fis-seklu 7. Għal 600 sena kien ċentru tal-ħajja monastika għall-patrijiet Kristjani Irlandiżi. Minħabba li huwa tassew remot, qabel dan l-aħħar ma tantx kienu jżuruh viżitaturi, u għalhekk is-sit ġie ppreservat tajjeb ħafna. Il-kundizzjonijiet ferm spartani fil-monasteru juru l-istil ta' ħajja axxetiku pprattikat mill-Kristjani Irlandiżi bikrin. Il-patrijiet kienu jgħixu f'għorfiet tal-ġebel b'għamla ta' "xehda"(clocháns), li jinsabu fil-quċċata ta' rdumijiet kważi vertikali.[5] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Ireland - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2015-09-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-01. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Brú na Bóinne - Archaeological Ensemble of the Bend of the Boyne". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Sceilg Mhichíl". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)