Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kolombja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kolombja rratifikat il-Konvenzjoni fl-24 ta' Mejju 1983, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Kolombja għandha disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, sitta kulturali, tnejn naturali u wieħed imħallat. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Kolombja żdied fl-1984: il-Port, il-Fortizzi u l-Grupp ta' Monumenti ta' Cartagena. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Kolombja huwa l-Park Nazzjonali ta' Chiribiquete – "Il-Maloca tal-Ġagwar", fl-2018.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Park Nazzjonali ta' Chiribiquete– "Il-Maloca tal-Ġagwar" | Dipartimenti ta' Caquetá u ta' Guaviare | imħallat:
(iii), (ix), (x) |
2,782,354 (6,875,350) | 2018 | [5] | |
Pajsaġġ Kulturali tal-Kafè tal-Kolombja | Dipartimenti ta' Caldas, ta' Quindío u ta' Risaralda | kulturali:
(v), (vi) |
141,120 (348,700) | 2011 | [6] | |
Ċentru Storiku ta' Santa Cruz de Mompox | Dipartiment ta' Bolívar | kulturali:
(iv), (v) |
0 | 1995 | [7] | |
Park Nazzjonali ta' Los Katíos | Dipartimenti ta' Antioquia u ta' Chocó | naturali:
(ix), (x) |
141,120 (348,700) | 1994 | [8] | |
Santwarju tal-Fawna u tal-Flora ta' Malpelo | Dipartiment ta' Valle del Cauca | naturali:
(vii), (ix) |
857,500 (2,119,000) | 2006 | [9] | |
Park Arkeoloġiku Nazzjonali ta' Tierradentro | Dipartiment ta' Cauca | kulturali:
(iii) |
0 | 1995 | [10] | |
Port, Fortizzi u Grupp ta' Monumenti ta' Cartagena | Dipartiment ta' Bolívar | kulturali:
(iii) |
0 | 1984 | [11] | |
Qhapaq Ñan, Sistema tat-Toroq tal-Inka* | il-Perù il-Bolivja l-Arġentina iċ-Ċili | kulturali: (ii), (iii), (iv), (vi) | 11,407 (28,190) | 2014 | Dan is-sit huwa network estensiv ta' toroq tal-Inka għall-komunikazzjoni, għall-kummerċ u għad-difiża, li jkopri 30,000 kilometru. Dan in-network straordinarju nbena mill-Inka matul diversi sekli u huwa parzjalment ibbażat fuq infrastruttura ta' qabel l-Inka. In-network jgħaddi minn wieħed mit-territorji ġeografiċi l-iktar imħarbta tad-dinja u jikkollega l-qċaċet miksijin bil-borra tal-Andes – f'altitudni ta' iktar minn 6,000 metru – mal-kosta. Jgħaddi minn foresti tropikali sħan, widien għammiela u deżerti. In-network laħaq l-espansjoni massima fis-seklu 15, meta nfirex fit-tul u fil-wisa' tal-Andes. Is-sit fih 273 komponent mifruxa fuq iktar minn 6,000 kilometru li ntgħażlu biex jiġu enfasizzati l-kisbiet soċjali, politiċi, arkitettoniċi u tal-inġinerija tan-network, flimkien mal-infrastruttura assoċjata miegħu għall-kummerċ, għall-akkomodazzjoni u għall-ħżin, kif ukoll is-siti ta' importanza reliġjuża.[12] | |
Park Arkeoloġiku ta' San Agustín | Dipartiment ta' Huila | kulturali:
(iii) |
0 | 1995 | [13] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Colombia - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chiribiquete National Park – “The Maloca of the Jaguar”". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Coffee Cultural Landscape of Colombia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Santa Cruz de Mompox". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Los Katíos National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Malpelo Fauna and Flora Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "National Archeological Park of Tierradentro". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Port, Fortresses and Group of Monuments, Cartagena". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Qhapaq Ñan, Andean Road System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "San Agustín Archaeological Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.