Santwarju tal-Fawna u tal-Flora ta' Malpelo
Is-Santwarju tal-Fawna u tal-Flora ta' Malpelo huwa magħmul minn gżira oċeanika żgħira fil-Lvant tal-Oċean Paċifiku, li tinsab madwar 500 kilometru (310 mil) fil-Punent tal-art kontinentali Kolombjana b'postazzjoni militari tal-Forzi Armati Kolombjani. Il-gżira tikkonsisti minn blat u xagħri bi tliet qċaċet għoljin; l-ogħla fosthom fiha 300 metru (980 pied) u hija dik ta' Cerro de la Mona. Il-gżira hija twila madwar 1.5 kilometru (mil wieħed) mill-Grigal għal-Lbiċ, u hija wiesgħa sa 640 metru (700 jarda).
Malpelo hija l-unika gżira li titla' f'wiċċ l-ilma mill-Katina Muntanjuża ta' Malpelo, li hija katina muntanjuża vulkanika solitarja taħt il-baħar, estiża mill-Grigal għal-Lbiċ għal 300 kilometru (190 mil) u b'wisa' ta' 100 kilometru (62 mil). Din il-gżira hija mdawra b'għadd ta' sikek tal-blat. Lejn il-Grigal tagħha hemm it-Tres Mosqueteros (it-Tliet Muskettieri). Lejn il-Lbiċ hemm Salomón, Saúl, La Gringa u Escuba. Is-sikek kollha huma mdawrin b'baħar fond, u l-biċċa l-kbira tal-wiċċ tal-gżira prinċipali huwa wieqaf ħafna. Kalkoli tal-eki ta' bejn 1,800 u 9,100 metru jistgħu jinkisbu minn ftit kilometri 'l bogħod mill-kosta u l-kurrenti jkunu qawwijin u varjabbli. Bħala gżira oċeanika, l-art qatt ma kienet kollegata ma' xi gżira oħra jew mal-art kontinentali.[1][2][3]
Il-Gżira ta' Malpelo hija magħmula minn lava partikolari qisha folji tal-Mijoċen, blat (breccia) vulkaniku, u digi bażaltiċi li jmorru lura saħansitra bejn 16 u 17-il miljun sena ilu. Il-gżira u l-Katina Muntanjuża ta' Malpelo taħt il-baħar inħolqu tul il-Katina Muntanjuża ta' Carnegie fl-aħħar tal-Mijoċen permezz tal-interazzjoni kumplessa ħafna bejn iċ-Ċentru tat-Tifrix bejn il-Cocos-Nazca u l-hotspot tal-Gżejjer Galápagos.[4]
Il-Gżira ta' Malpelo x'aktarx li kienet iżolata mill-kuntatt tal-bniedem qabel l-iskoperta mill-Ewropej. Hija diżabitata u tinsab fl-istess żona ta' gżejjer oċeaniċi oħra tal-Lvant tal-Paċifiku, bħall-Gżira Cocos, il-Gżejjer Galápagos u l-Arċipelagu ta' Revillagigedo, li kollha kienu diżabitati fi żmien l-iskoperta mill-Ewropej, u probabbilment matul l-istorja kollha tagħhom ta' qabel.[5]
Skoperta
immodifikaId-data eżatta tal-iskoperta tal-Gżira ta' Malpelo ma tantx hija ċara, għalkemm x'aktarx li kienet l-ewwel gżira remota tal-Lvant tal-Paċifiku li ġiet skoperta mill-Ewropej, ladarba tidher fuq il-mapep Peruvjani saħansitra tal-1530. Il-Gżira ta' Malpelo saret territorju ta' Spanja wara li ġiet skoperta, u sussegwentement ġiet annessa mal-Perù u wara mal-Kolombja.[6]
Storja naturali
immodifikaMal-ewwel daqqa t'għajn, il-gżira ma fiha xejn għajr blat u xagħri, mingħajr l-ebda veġetazzjoni, iżda d-depożiti tal-ħmieġ tal-għasafar għenu biex jiġu stabbiliti u sostnuti kolonji ta' algi, likeni, muski u xi arbuxxelli u felċi, li jieħdu n-nutrijenti mill-ħmieġ tal-għasafar. Il-gremxul huma l-uniċi vertebrati fuq il-gżira apparti l-għasafar, u hemm tliet speċijiet b'kollox:
- il-gremxula tas-siġar ta' Agassiz (Anolis agassizi);[7]
- il-gremxula tat-tikek tal-imraġ (Diploglossus millepunctatus);[8]
- il-wiżgħa tas-swaba' mifruqa tal-Kolombja (Phyllodactylus transversalis).[9]
Il-gżira tospita wkoll speċi unika ta' granċijiet tal-art, Johngarthia malpilensis, li ġiet deskritta għall-ewwel darba fl-1893.[10]
Il-gżira ġiet rikonoxxuta bħala Żona Importanti tal-Għasafar mill-BirdLife International peress li ssostni popolazzjoni li tnissel ta' madwar 60,000–110,000 sula ta' Nazca, skont kif stmat fl-2007.[11]
Is-Santwarju tal-Fawna u tal-Flora ta' Malpelo jospita wkoll popolazzjoni unika ta' klieb il-baħar; gruppi ta' 500 kurazza u mijiet ta' klieb il-baħar bellusin spiss jintlemħu mill-ispedizzjonijiet tal-bugħaddasa, u b'hekk huwa post popolari ħafna għall-għadis mal-klieb il-baħar. Huwa wieħed mill-ftit postijiet fejn intlemaħ ukoll il-kelb il-baħar tar-ramel tas-snien żgħar; spiss jintlemaħ fis-sit tal-għadis magħruf bħala "El bajo del Monstruo".[12] L-Acanthemblemaria stephensi, il-budakkra tal-imħar ta' Malpelo, hija speċi ta' budakkra kenopsida li tinstab fl-iskolli tal-qroll ta' madwar il-Gżira ta' Malpelo. Madwar il-gżira hemm l-ikbar żona fil-Lvant tal-Paċifiku li fiha ma jistax isir sajd, ta' iktar minn 850,000 ettaru.
Ir-Riżerva Naturali ta' Malpelo hija santwarju tal-pjanti u tal-annimali li tkopri 857,500 ettaru (3,311-il mil kwadru) u tinsab f'04°0′12.038″N 81°36′27.259″W. Fondazzjoni Kolombjana[13] qed tipprova tippreserva l-bijodiversità tas-sit. Fit-12 ta' Lulju 2006, is-Santwarju tal-Fawna u tal-Flora ta' Malpelo tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala Sit ta' Wirt Dinji Naturali minħabba l-istatus tiegħu bħala riżerva importanti għall-klieb il-baħar.
Kronoloġija
immodifika- 1530 – il-Gżira ta' 'Malpelo jingħad li ġiet irreġistratas f'mappa ta' din is-sena;
- 1542 – żar il-gżira Cristóbal Vaca de Castro;
- 1550 – il-Gżira ta' Malpelo ġiet irreġistrata fil-mappa ta' Pierre Desceliers;
- 1704 – seħħ in-nawfraġju tal-bastiment Ingliż Cinque Ports;
- 1790 – l-Ispanjoli żbarkaw fuq il-Gżira ta' Malpelo kif imsemmi lil Alessandro Malaspina;
- 1793 – żar il-gżira James Colnett;
- 1837 – nota fir-rivista The Nautical Magazine rreġistrat żjara;
- 1995 – il-Gżira ta' Malpelo ġiet iddeżinjata bħala santwarju tal-flora u tal-fawna.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIs-Santwarju tal-Fawna u tal-Flora ta' Malpelo ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2006.[14]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".[14]
Gallerija
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Pacific Coast: Malpelo Island - Coasts of Colombia". web.archive.org. 2018-02-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-02-02. Miġbur 2024-12-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Coasts of Colombia". web.archive.org. 2018-02-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-02-03. Miġbur 2024-12-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Marcaillou, B.; Charvis, P.; Collot, J.-Y. (2006). "Structure of the Malpelo Ridge (Colombia) from seismic and gravity modeling". Marine Geophysical Research. 27: 289–300. doi:10.1007/s11001-006-9009-y.
- ^ Hoernle K., P. Bogaard, R. Werner, F. Hauff, B. Lissinna, G.E. Alvarado and D. Garbe-Schnberg (2002) Missing history (16–71 Ma) of the Galápagos hotspot: implications for the tectonic and biological evolution of the Americas. Geology. 30(9):795–798.
- ^ Macnaughtan, Don (2014-02-01). "Mystery Islands of Remote East Polynesia: Bibliography of Prehistoric Settlement on the Pitcairn Islands Group". Wordpress: Don Macnaughtan's Bibliographies.
- ^ Wurm, Stephen A., Mühlhäusler, Peter and Tryon, Darrell T.. Atlas of Languages of Intercultural Communication in the Pacific, Asia, and the Americas, Berlin, New York: De Gruyter Mouton, 1996. https://doi.org/10.1515/9783110819724.
- ^ Rand, A.S. G.C. Gorman, and W.M. Rand. 1975. Natural history, behavior, and ecology of Anolis agassizi. Pages 27-38 in J. Graham, editor. The Biological Investigation of Malpelo Island, Colombia. Smithsonian Contributions to Zoology, No.176.
- ^ Savage, J.M. and K.R. Lips. 1993. A review of the status and biogeography of the lizard genera Celestus and Diploglossus (Squamata: Anguidae), with description of two new species from Costa Rica. Revista de Biología Tropical, 41: 817-842.
- ^ Huey, R.B. 1975. A new gecko from Malpelo Island (Sauria: Gekkonidae: Phyllodactylus). Pages 44-46 in J. Graham, editor. The Biological Investigation of Malpelo Island, Colombia. Smithsonian Contributions to Zoology, No.176.
- ^ Faxon, Walter (1893). "Preliminary Descriptions of New Species of Crustacea: Gecarcinus malpilensis, sp. nov". Bulletin of the Museum of Comparative Zoölogy at Harvard College in Cambridge, Massachusetts. XXIV: 157–158.
- ^ "Santuario de Fauna y Flora Malpelo (Colombia) IBA | Summary | BirdLife International". datazone.birdlife.org. Miġbur 2024-12-10.
- ^ "Malpelo Island • The Mount Everest of shark and large pelagic diving • ADVANCED DIVER MAGAZINE • by Peter Schneider". advanceddivermagazine.com. Miġbur 2024-12-10.
- ^ "Fundación Malpelo y Otros Ecosistemas Marinos %". Fundación Malpelo (bl-Ispanjol). Miġbur 2024-12-10.
- ^ a b "Malpelo Fauna and Flora Sanctuary - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-10.