Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kirgistan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kirgistan irratifika l-Konvenzjoni fit-3 ta' Lulju 1995, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Il-Kirgistan għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tnejn kulturali u wieħed naturali. L-ewwel sit li tniżżel mill-Kirgistan kien il-Muntanja ta' Sulaiman-Too, fl-2009, filwaqt li l-iżjed sit li żdied reċentement huwa l-Punent ta' Tian Shan, fl-2016. It-Toroq tal-Ħarir huma sit transnazzjonali kondiviż maċ-Ċina u mal-Każakistan u l-Punent ta' Tian Shan huwa sit transnazzjonali kondiviżi mal-Każakistan u mal-Użbekistan.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali
Sit | Stampa | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja f'ettari (akri) | Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Muntanja Sagra ta' Sulaiman-Too | Osh | ii, vi (kulturali) | 2009 | Il-Muntanja Sagra ta' Sulaiman-Too tinsab 'il fuq mill-Wied ta' Fergana f'salib it-toroq importanti tat-Toroq tal-Ħarir. Ilha tiġi meqjuma bħala muntanja sagra miż-żminijiet pre-Iżlamiċi u Iżlamiċi. Hemm bosta postijiet ta' qima max-xaqlibiet tal-muntanja, inkluż għerien bil-petroglifiċi ta' bnedmin, annimali, u figuri ġeometriċi. Hemm ukoll żewġ moskej tas-seklu 16.[5] | ||
Toroq tal-Ħarir: in-Network ta' Rotot tal-Kuritur ta' Chang'an-Tianshan* | Chüy | ii, iii, v, vi (kulturali) | 42,668.16 (105,435.3) | 2014 | It-Toroq tal-Ħarir huma network antik ta' rotot kummerċjali li bdew jiffurmaw fis-seklu 2 Q.K. u baqgħu attivi sas-seklu 16. It-toroq kienu jikkollegaw is-soċjetajiet tal-Asja, is-Subkontinent Indjan, l-Asja Ċentrali, il-Punent tal-Asja u l-Lvant Qarib. Minbarra l-iskambju ta' merkanzija, ikkontribwew ukoll għat-tifrix ta' teknoloġiji, ideoloġiji u ta' reliġjonijiet, inkluż il-Buddiżmu, il-Kristjaneżmu Nestorjan, il-Manikeiżmu, iż-Żoroastrijaniżmu u l-Iżlam bikri. Diversi rħula u infrastruttura ta' sostenn inbnew tul ir-rotot. Dan is-Sit ta' Wirt Dinji jkopri l-kurituri minn Chang'an/Luoyang, il-bliet kapitali tad-dinastiji Han u Tang taċ-Ċina, sar-reġjun ta' Zhetysu tal-Asja Ċentrali, u huwa kondiviż maċ-Ċina u mal-Każakistan. Fil-Kirgistan hemm tliet komponenti u fl-istampa jidher wieħed minnhom: it-Torri ta' Burana f'Balasagun.[6] | |
Punent ta' Tian Shan* | Jalal-Abad | x (naturali) | 2016 | Is-sit, li huwa kondiviż mal-Każakistan u mal-Użbekistan, ikopri l-parti tal-Punent tal-katina muntanjuża ta' Tian Shan. Huwa rikk fil-bijodiversità u għadd ta' għelejjel ikkultivati tal-frott oriġinaw minn dawn l-inħawi. Il-qċaċet tal-muntanji jilħqu għoli ta' iktar minn 4,500 metru (14,800 pied). Fil-Kirgistan hemm erba' komponenti u fl-istampa jidher wieħed minnhom: ir-Riżerva Naturali ta' Sary-Chelek.[7] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kyrgyzstan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sulaiman-Too Sacred Mountain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: the Routes Network of Chang'an-Tianshan Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Western Tien-Shan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.