Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Madagascar
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Madagascar irratifika l-Konvenzjoni fid-19 ta' Lulju 1983, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox Madagascar għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit f'Madagascar, ir-Riżerva Naturali Stretta tat-Tsingy ta' Bemaraha, tniżżel bħala sit naturali fl-14-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Banff, il-Kanada, fl-1990. Fl-2001 tniżżel is-sit tal-Għolja Rjali ta' Ambohimanga, villaġġ storiku u kumpless ta' palazzi irjali ta' importanza kulturali, b'palazzi ppreservati sew tas-seklu 19 u bosta karatteristiċi naturali u arkitettoniċi oħra ta' importanza storika, politika u spiritwali għall-poplu ta' Madagascar. L-iżjed sit reċenti ta' Madagascar li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007 huwa is-sit naturali tal-Foresti Tropikali tal-Atsinanana, li jinkludu raggruppament ta' sitt parks nazzjonali magħrufa għall-bijodiversità endemika ħafna.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
† Fil-periklu
Sit | Ritratt | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-Għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Riżerva Naturali Stretta tat-Tsingy ta' Bemaraha | Melaky | 1990 | vii, x (naturali) | Fir-Riżerva Naturali Stretta tat-Tsingy ta' Bemaraha, l-erożjoni gradwali pproduċiet meded vasti ta' blat karstiku jniggeż tal-ġebla tal-ġir magħruf lokalment bħala tsingy. Dan il-pajsaġġ uniku fih irqajja' ta' foresti nexfin, lagi u artijiet bassasa bil-mangrovji li huma abitati minn bosta speċijiet endemiċi u mhedda ta' lemuri u ta' għasafar.[5] | |
Għolja Rjali ta' Ambohimanga | Analamanga | 2001 | iii, iv, vi (kulturali) | L-Għolja Rjali ta' Ambohimanga fl-artijiet għoljin ċentrali tal-pajjiż kienet ċentru spiritwali u politiku għall-poplu Merina mill-inqas mis-seklu 16. Fiha kienu jirresjedu bosta rejiet (inkluż Andrianampoinimerina, li fl-aħħar mill-aħħar irnexxielu fl-inizjattiva tiegħu li jgħaqqad il-gżira ta' Madagascar taħt mexxej wieħed) u kienet is-sit iddeżinjat għal bosta ritwali rjali sagri. L-għolja u l-villaġġ ta' fuqha għadhom siti ta' pellegrinaġġ sal-lum.[6] | |
Foresti Tropikali tal-Atsinanana† | Sava, Analanjirofo, Haute Matsiatra, Vatovavy-Fitovinany, Ihorombe, Anosy | 2007 | ix,x (naturali) | Is-sitt parks nazzjonali li huma l-komponenti tal-Foresti Tropikali tal-Atsinanana jospitaw firxa wiesgħa ta' flora u ta' fawna endemika tal-ekosistemi tal-foresti tropikali ta' Madagascar. Il-pjanti u l-annimali f'dawn il-parks huma mhedda peress li d-domanda dejjem tikber tal-popolazzjoni umana fil-qrib qed tħaffef id-deforestazzjoni u l-frammentazzjoni tal-foresti li għad fadal.[7]
Dan is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu fl-2010 minħabba żieda fil-qtugħ illegali ta' siġar fil-parks wara l-kolp ta' stat tal-2009.[8] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Madagascar - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tsingy de Bemaraha Strict Nature Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Royal Hill of Ambohimanga". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rainforests of the Atsinanana". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-03.
- ^ EIA, Global Witness. "Investigation into the illegal felling, transport and export of precious wood in SAVA region Madagascar" (PDF).