Foresti Tropikali tal-Atsinanana

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Madagascar

Il-Foresti Tropikali tal-Atsinanana huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel fil-lista fl-2007 u jikkonsistu minn 13-il żona speċifika maqsuma f'sitt parks nazzjonali fil-Lvant ta' Madagascar.[1]

Veduta tal-Park Nazzjonali ta' Marojejy.

Deskrizzjoni immodifika

Il-Foresti Tropikali tal-Atsinanana huma mifruxa tul in-naħa tal-Lvant tal-gżira ta' Madagascar. Dawn il-foresti relitti huma kritikament importanti għaż-żamma tal-proċessi ekoloġiċi kontinwi neċessarji għall-għajxien tal-bijodiversità unika ta' Madagascar, li tirrifletti l-istorja ġeoloġika tal-gżira. Wara li temmet is-separazzjoni tagħha minn kull massa oħra ta' art iżjed minn 60 miljun sena ilu, il-pjanti u l-annimali ta' Madagascar evolvew f'iżolament. Il-foresti tropikali tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kemm għall-proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kif ukoll għall-bijodiversità u għall-ispeċijiet mhedda li jappoġġaw. Bosta speċijiet huma rari u mhedda, speċjalment il-lemurs u primati oħra.

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

Il-Foresti Tropikali tal-Atsinanana ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]

Komponenti immodifika

Kodiċi tal-UNESCO Isem uffiċjali Reġjun Koordinati Ettari Ritratt
1257-001/002 Park Nazzjonali ta' Marojejy Sava 14° 27′ 35″ S, 49° 42′ 9″ O 59.751,80  
1257-003 Park Nazzjonali ta' Masoala Sava, Analanjirofo 15° 9′ 57″ S, 50° 16′ 18″ O 1165,00  
1257-004 15° 15′ 44″ S, 50° 16′ 32″ O 84,00
1257-005 15° 27′ 55″ S, 50° 11′ 9″ O 732,00
1257-006 15° 34′ 16″ S, 50° 7′ 32″ O 476,00
1257-007 Riżerva Marina tal-Park Nazzjonali ta' Masoala 15° 45′ 39″ S, 49° 58′ 29″ O 3.256,40
1257-008 Park Nazzjonali ta' Zahamena Alaotra-Mangoro, Analanjirofo, Atsinanana 17° 37′ 45″ S, 48° 43′ 30″ O 69.898,50  
1257-009 Park Nazzjonali ta' Ranomafana Vatovavy-Fitovinany, Haute Matsiatra 21° 5′ 24″ S, 47° 18′ 0″ O 25.186,00  
1257-010 21° 7′ 12″ S, 47° 12′ 36″ O 13.706,00
1257-011 21° 11′ 24″ S, 47° 15′ 0″ O 1.608,00
1257-012 Park Nazzjonali ta' Andringitra Ihorombe, Haute Matsiatra 22° 13′ 22″ S, 46° 55′ 44″ O 32.074,50  
1257-013 Park Nazzjonali ta' Andohahela Anosy 24° 45′ 10″ S, 46° 47′ 9″ O 64.547,00  

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Rainforests of the Atsinanana". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-27.