Lingwa tas-Sinjali
Il-lingwa tas-sinjali hi lingwa li tikkomunika t-tifsir tagħha permezz ta' sistema kodifikata ta' sinjali bl-idejn, espressjonijiet tal-wiċċ u ċaqlieq tal-ġisem. Tintuża mill-komunità tas-senjanti li fiha nsibu l-maġġoranza tal-persuni torox. Hi mod ta' komunikazzjoni li fih aspetti verbali (is-sinjali) u aspetti mhux verbali (l-espressjonijiet ta' intonazzjoni pereżempju) bħal-lingwi mitkellma kollha.
Deskrizzjoni
immodifikaIl-komunikazzjoni ssir permezz ta' ġesti li għal min ma jafx jidhru banali, imma fir-realtà huma sinjali preċiżi magħmulin b'id waħda jew bit-tnejn, li kontra dawk il-ġesti tas-soltu għandhom tifsira speċifika, kodifikata u stabbilita, bħal ma jiġri fil-każ tal-kliem. Għal kull wieħed minnhom hemm assenjata tifsira jew tifsiriet. Il-lingwa tas-sinjali tuża l-mezz viżiv-ġestwali, il-messaġġ jiġi espress mill-ġisem u perċepit bil-vista.
Il-lingwi tas-sinjali huma marbutin mal-komunitajiet tat-torox mifruxin mad-dinja; kull nazzjon għandu l-lingwa tas-sinjali tiegħu u hekk lingwa differenti, pereżempju Malta hemm il-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Hemm ukoll proposta għall-lingwa tas-sinjali internazzjonali Signuno, ibbażata fuq l-Esperanto.
Ta' min jenfasizza, li bħal ma jiġri fil-każ tal-lingwaġġ ordinarju, il-lingwi tas-sinjali jista' jkollhom fl-istess pajjiż, varjanti reġġjonali u dawn jistgħu jeżisti wkoll fl-istess belt.
Storja
immodifikaIl-komunikazzjoni viżiva bejn it-torox ilha magħrufa mill-antikità, għalkemm l-informazzjoni dwar din li kienet tissejjaħ lingwaġġ mimiku jew tal-ġesti hi fragmentarja ħafna. L-ewwel wieħed li ddeskrivieha fil-kitba tiegħu kien l-edukatur u l-funadtur tal-Iskola ta' Pariġi għat-torox, l-Abbè Charles-Michel de l'Épée li fit-tieni nofs tas-seklu 18, iddeċieda li juża din il-forma ta' komunikazzjoni biex jgħallem il-lingwa miktuba u mitkellma biż-żieda ta' xi sinjali li ħalaq hu li jikkorrispondu ma' elementi grammatikali u sintattiċi tal-lingwa Franċiża.
Is-suċċessur ta' l'Epèe, Sicard, kien studjuż kbir tal-lingwa tas-sinjali. Fost l-illuministi Franċiżi tal-istess perjodu kien hemm ħafna interess fid-diversi aspetti tal-kominkazzjoni umana. L-Amerikan Thomas Hopkins Gallaudet, affaxxinat bix-xogħol ta' Sicard, mar Franza u wara sena taħriġ fl-istitut tat-torox ta' Pariġi, reġa' lura pajjiżu fl-1816. Fuq il-vapur matul il-vjaġġ lura tgħallem il-lingwa tas-sinjali Franċiża (LSF) mingħand għalliem trux li ħa miegħu, Laurent Clerc. Il-lingwa tas-sinjali Franċiża li kien ġab miegħu Gallaudet infirxet mal-Istati Uniti bis-saħħa tal-istituti għat-torox li twaqqfu (l-ewwel skola kienet dik ta' Hartford, Connecticut), u ntgħaġnet mas-sinjali li kienu diġà jintużaw fost il-popolazzjoni lokali, u hekk tat bidu għall-lingwa tas-sinjali Americana (ASL). Infatti għadna nistgħu ninnotaw xebh sinjifikanti bejn l-LSF u l-ASL. Barra minhekk Gallaudet hu famuż għat-twaqqif tal-ewwel università għat-torox fid-dinja.
Il-lingwa tas-sinjali bdiet tiġi studjata minn punto di vista lingwistiku fil-biduima tas-sittinijiet. William Stokoe, riċerkatur Amerikan, kien l-ewwel wieħed li wera li din il-forma ta' komunikazzjoni mhijiex sempliċi mimika, imma lingwa vera bil-lessiku u l-grammatika tagħha li tista' tesprimi kwalunkwe messaġġ.
Sintassi
immodifikaIl-lingwa tas-sinjali ta' pajjiż hi lingwa vera mill-punto di vista soċjoloġiku, fis-sens li hi espressjoni ta' komunità: il-komunità tat-torox fil-pajjiż. Hi lingwa vera b'struttura u sintassi li huma spiss differenti minn dawk tal-lingwa tal-pajjiż u jistgħu jixbhu 'l dawk ta' lingwa oħra.
It-ton tal-vuċi jinbidel f'espressjoni tal-wiċċ: hemm espessjoni għall-mistoqsija diretta ("Ġejja?") waħda għadl mistoqsijiet komplessi ("Meta ġejja?"), waħda għall-imperattivi ("Ejja!") u oħrajn biex jindikaw il-frażijiet relattiv ("il-ktieb li xtrajt").
Is-sinjali ta' kull lingwa tas-sinjali jinqasmu f'4 komponenti manwali u 3 mhux manwali. L-erba' tal-idejn huma:
- iċ-ċaqlieq,
- l-orjentament,
- il-konfigurazzjoni,
- il-post
It-tlieta li mhumiex tal-idejn huma:
- espressjoni tal-wiċċ,
- qagħda
- komponenti orali.
Mill-aħħar element, il-komponenti orali li jiġu rappreżentai b'labjalazzjoni simili għall-kelma mitkellma, ma jitqisux bħala parti vera mill-lingwa tas-sinjali jekk ma junx hemm aspetti sekondarji li bihom is-sinjal jinftiehem ċar bis-saħħa tal-komponenti l-oħra
Allura din hi kontribuzzjoni li ġejja mill-lingwi li jitlissnu li l-influwenza tagħhom fuq il-lingwi tas-sinjali ġiet minn edukazzjoni oppressiva li ma kinitx tħalli u xi minn daqqiet lanqas illum ma tħalli l-użu naturali tal-lingwa tas-sinjali għat-torox bl-għan ta' 'integrazzj' (sfurzata u f'direzzjoni waħda).