Lingwa tas-Sinjali Maltija

Il-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM) hija l-lingwa tas-sinjali ta' Malta[1]. Din il-lingwa hi relattivament ġdida u żviluppat fil-forma moderna madwar l-1980 bit-twaqqif tal-ewwel klabb tat-torox f'Malta u wara bl-użu fl-edukazzjoni tat-torox.[2] L-istorja ta' qabel mhijiex magħrufa, imma hemm xi sinjali li juru kuntatt mal-Lingwa tas-sinjali Brittanika (BSL). Però dawn is-sinjali huma ftit u LSM ma titqiesx parti mill familja tal-BSL.[3]

Il-popolazzjoni tat-torox f'Malta hi ta' madwar 20,800 ruħ[4].

Referenzi

immodifika
  1. ^ Ethnologue: mdl
  2. ^ Azzopardi-Alexander, Marie (2009). Iconicity and the development of Maltese Sign Language (bl-Ingliż). Fabri.
  3. ^ Brentari, Diane (2010). Sign Languages (bl-Ingliż). Cambridge: Cambridge University Press. ISBN 9780521883702. OCLC 428024472.
  4. ^ Ethnologue: Deaf Popultion in Malta