Lazzaro Pisani

pittur Malti (1854-1932)

Lazzaro Pisani (twieled fil-15 ta’ Diċembru 1854 – miet fil-31 ta’ Awwissu 1932) kien pittur Malti li twieled Ħaż-Żebbuġ.[1] Huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar artisti Maltin importanti tal-aħħar tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20.[2]

Lazzaro Pisani
Ħajja
Twelid Ħaż-Żebbuġ, 1854
Nazzjonalità Malta
Mewt San Pawl il-Baħar, 1932
Edukazzjoni
Alma mater Akkademja ta' San Luqa
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur

Bijografija

immodifika
 
Il-mewt ta’ Abel, pittura ta’ Lazzaro Pisani tal-1885

Pisani studja Ruma fl-Accademia di San Luca iżda rritorna Malta fl-1874 wara li marad bil-malarja.[3] Huwa rċieva premju finanzjarju mill-Għaqda Maltija tal-Arti, tal-Manifattura u tal-Kummerċ.[4] Fl-1885, Pisani rebaħ midalja tal-fidda fil-Wirja Kolonjali f’Londra għax-xogħol tiegħu Il-Mewt ta’ Abel. Huwa rebaħ midalja oħra tal-fidda fil-Wirja Kolonjali tal-1924.[3]

Pisani miet f’San Pawl il-Baħar. Dak iż-żmien meta miet kien qed jaħdem fuq xi affreski fil-knejjes tas-Siġġiewi u tal-Imġarr li ma laħaqx temm.[3]

Bint l-artist, Maria Rosa Lazzaro, ħalliet kollezzjoni ta’ ħdax-il pittura li wirtet mingħand missierha lil Heritage Malta fl-2008 li ntwerew bejn il-15 ta’ Jannar u l-25 ta’ Marzu 2008. Il-wirja kienet tinkludi wkoll katalgu ppubblikat għall-okkażjoni li nkiteb mill-istoriku tal-arti Lino Borg.[5]

Xogħlijiet

immodifika
  • Il-Mewt ta’ Abel (żejt fuq it-tila, 1885), Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti, Malta, biha Pisani rebaħ midalja tal-
     
    Ritratt ta’ Salvatore Luigi Pisani
    fidda fil-Wirja Kolonjali ta’ Londra fl-1885.[6]
  • Is-saqaf tal-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, jinkludi iktar minn 150 tila mwaħħla mas-saqaf bil-volti.[7]
  • Il-Beatitudnijiet, il-koppla tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, tinkludi tmien maruflaġġi - waħda minnhom inqalgħet mill-koppla tal-knisja fl-2013; ix-xogħol ta’ konservazzjoni beda fl-1 ta’ Mejju 2014.[8]
  • L-Aħħar Ċena, il-Knisja tal-Corpus Christi, l-Għasri, Għawdex, restawrata permezz ta’ sponsorizzazzjoni mill-Bank of Valletta fl-2007.[9]
  • Il-Madonna tar-Rużarju, il-Knisja ta’ Ġesù ta’ Nażaret, Tas-Sliema.
  • Ritratt ta’ Concetta Pisani, 1916
  • Awtoritratt tal-artist, 1916
  • Ritratt ta’ Mary Pisani
  • Id-Duluri, 1924
  • Ritratt tas-Sinjura Gauci, 1907
  • Ritratt ta’ Roby Pisani
  • San Dismas
  • Ritratt ta’ Lady Edeline Strickland
  • Ritratt ta’ Pietro Paolo Mompalao
  • L-Ittra
  • Ritratt tal-Imħallef Sir Salvatore Naudi

Iktar Qari

immodifika
  • Mallia-Milanes, Victor. (1988), The British colonial experience 1800-1964: the impact on Maltese society, Il Delfino.
  • Pelligrini, V.M. (1976), Il pittore Lazzaro Pisani (1854 -1932), Il Delfino.
  • "GENERAL NOTES". Journal of the Royal Society of Arts. 115 (5126): 124-125. 1967. JSTOR 41369840.
  • Gaul, Simon. (2007), Malta, Gozo and Comino, New Holland Publishers, p. 297.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Mallia-Milanes, Victor. p. 245.
  2. ^ Mallia-Milanes, Victor. p. 265.
  3. ^ a b ċ Pellegrini, V.M. p. 245.
  4. ^ Journal of the Royal Society of Arts, vol. 115, no. 5126, 1967, pp. 124–125.
  5. ^ ""Annual Report 2007/8", Heritage Malta" (PDF).
  6. ^ "Lazzaro Pisani at Museum of Fine Arts". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-04.
  7. ^ Gaul, Simon. p. 297.
  8. ^ "Grima, Agatha. "Agatha Grima leading the re-adhesion session of the marouflage painting by Lazzaro Pisani at the Dome of the Siggiewi Parish Church - Malta"". agatha-grima (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-04.
  9. ^ "Restoration Of painting by Lazzaro Pisani - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-05-04.