Knisja ta' Santa Luċija, Għawdex

Il-Knisja ta' Santa Luċija hija knisja żgħira rurali li tinsab fir-raħal żgħir ta' Santa Luċija, Għawdex, liema post huwa msemmi propju għal din il-knisja.

Knisja ta' Santa Luċija
knisja
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabSanta Luċija Immodifika
Djoċesidjoċesi ta' Għawdex Immodifika
Koordinati36°2′34″N 14°13′1″E Immodifika
Dedicated toSanta Luċija Immodifika
Stil arkitettonikuarkitettura barokka Immodifika
Map

Il-kappella l-qadima

immodifika

Din il-knisja żgħira ħadet post knisja ferm iżgħar li kienet diġà teżisti sal-1544. Fl-1544 il-kappella oriġinali ġiet dekonsagrata. Din reġgħet issemmiet fir-rapport tal-inkwiżitur Pietro Dusina meta żar il-knisja fl-1575 fejn iddeskriviha bħala fi stat ħażin peress li ma' kellha l-ebda rettur, la bibien u anqas artal. Dusina ordna li titwaqqa' l-knisja u li minflokha jinbena salib. Madankollu bidwi tal-post iddeċieda li jirrestawra l-kappella minflok dak li ordna l-inkwiżitur. Sal-1598 kienet tlestiet. Fiż-żjara tiegħu fil-kappella fl-1608, l-Isqof ta’ Malta Tomaso Gargallo jirrakkonta li sab pittura wara l-artal u li l-knisja kienet qed tintuża. Madankollu, sal-1657 il-kappella ġiet dekonsagrata għat-tielet darba.[1]

Il-knisja preżenti

immodifika

Il-kappella reġgħet inbniet minn qassis lokali, r-Reverendu Mikelang Dandalone, sa tmiem is-seklu 18. Il-knisja kisbet importanza mhux ħażin bejn l-1848 u l-1851 meta saret viċi-knisja parrokkjali peress li l-knisja parrokkjali prinċipali ta’ San Girgor f’Kerċem kienet għadha qed tinbena. Il-knisja ġiet estiża bejn l-1951 u l-1952. Il-knisja ġiet ikkonsagrata għal darb’oħra mill-Isqof Giuseppe Pace fid-9 ta’ Novembru 1952. [2]

Il-knisja tiċċelebra l-festa ta’ Santa Luċija kull sena fl-eqreb Ħadd tat-13 ta’ Diċembru. Qabel l-1990 il-festa kienet issir biss fil-knisja mhux esternament iżda fl-1991 ġie deċiż li jiġu organizzati festi esterni li għadhom isiru sal-lum. Dawn l-aħħar snin, it-tradizzjoni Skandinava li tiċċelebra jum Santa Luċija ġiet inkorporata fil-festa lokali. Lejlet il-festa 5 tfajliet lokali jilbsu ta' Luċija bix-xemgħat fuq rashom. Fil-pjazza jinxtegħel ħuġġieġa u jinxtegħlu x-xemgħat. Issegwi l-purċissjoni sal-knisja. Ħbejjeż ta' Luċija isiru wkoll fil-ġurnata.[3] Il-parti prinċipali tal-festa hija l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Luċija, xogħol Wistin Camilleri (1920), fit-toroq ħdejn il-knisja.

Xogħlijiet ta' l-arti

immodifika

Il-pittura ta’ wara l-artal maġġur turi lil Santa Luċija b’fergħa tal-palm f’idejha li tirrappreżenta l-martirju tagħha. Is-saqaf ta’ l-apsidi kien impitter minn Ġużeppi Briffa fl-1953. Hemm żewġ altari fil-ġnub, wieħed iddedikat lil San Pietru u San Pawl u l-ieħor lill-Ħarba lejn l-Eġittu. Il-pittura fil-koppla hija xogħol Austin Camilleri li tlestiet fl-2004. Hija pjuttost differenti mill-istil tal-intern tal-knisja iżda madankollu hija biċċa xogħol tal-arti moderna impressjonanti.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Santa Luċija Church", Visit Gozo, Malta. Retrieved on September 14, 2016.
  2. ^ Ciantar, Noel "Il-knisja ta’ Santa Luċija ~ Santa Luċija, Għawdex ", Kappelli Maltin, Malta. Retrieved on September 14, 2016.
  3. ^ "Festival of Light to be held at Santa Lucija this Saturday", Gozo News, Malta, December 7, 2010. Retrieved on September 14, 2016.