Klima ta' Malta

il-kundizzjonijiet tat-temp u klimatiċi ta' Malta

Malta għandha klima Mediterranja skont il-klassifikazzjoni klimatika ta’ Köppen[1][2], bi xtiewi miti ħafna u bi sjuf sħan ħafna. Ix-xita tinżel l-iktar fix-xitwa, u s-sajf is-soltu jkun niexef. Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta’ Troll-Paffen[3] u dik ta’ Siegmund/Frankenberg[4], Malta tinsab f’żona subtropikali, peress li tinsab f’latitudni ta’ 35ºN.

Temperatura

immodifika
 
Ir-Ramla l-Ħamra f’temp bnazzi

It-temperatura annwali medja hija xi 23 °C (73 °F) binhar u 16 °C (61 °F) billejl (waħda mill-iktar temperaturi medji sħan fil-Ewropa). Fl-iktar xahar kiesaħ – Jannar – it-temperatura massima tipika tvarja bejn 12 u 20 °C (bejn 54 u 68 °F) binhar u t-temperatura minima tvarja bejn 6 u 12 °C (bejn 43 u 54 °F) billejl. Fl-iktar xahar sħun – Awwissu – it-temperatura massima tipika tvarja bejn 28 u 34 °C (bejn 82 u 93 °F) binhar u t-temperatura minima tvarja bejn 20 u 24 °C (bejn 68 u 75 °F) billejl.

B’mod ġenerali, April jibda b’temperaturi bejn 17 u 22 °C (bejn 63 u 72 °F) binhar u bejn 10 u 14 °C (bejn 50 u 57 °F) billejl. F’Novembru t-temperatura tvarja bejn 17 u 23 °C (bejn 63 u 73 °F) binhar u bejn 11 u 18 °C (bejn 52 u 64 °F) billejl. Madankollu, anke fix-xhur tax-xitwa (Diċembru, Jannar u Frar), it-temperaturi xi kultant jilħqu l-20 °C (68 °F). Marzu huwa xahar tranżizzjonali, b’temperaturi iktar sħan, b’temperaturi massimi ta’ kuljum li sikwit jaqbżu l-20 °C (68 °F) u b’temperaturi minimi li diġà jkollhom żewġ ċifri (iktar minn 10 °C (50 °F)) mill-bidu tax-xahar. B’temperatura medja ta’ 19.3 °C (67 °F), Malta tgawdi l-iktar temperatura medja sħuna fl-Ewropa. Fost il-bliet kapitali fil-kontinent Ewropew, il-Belt Valletta jkollha l-iktar xtiewi sħan, b’temperaturi medji qrib is-16 °C (61 °F) binhar u l-10 °C (50 °F) billejl fix-xhur ta’ Jannar u Frar. F’Marzu u f’Diċembru, it-temperaturi medji jkunu xi 17 °C (63 °F) binhar u 11 °C (52 °F) billejl. F’Malta qajla jkun hemm fluttwazzjonijiet kbar fit-temperaturi.[5] Malta hija waħda minn ftit postijiet fl-Ewropa b’żona ta’ ebusija tal-USDA ta’ 11a, jiġifieri t-temperatura minima assoluta medja li tiġi rreġistrata kull sena tkun bejn 4.4 u 7.2 °C (bejn 39.9 u 45.0 °F).

Dawl binhar

immodifika

Malta tgawdi wieħed mill-iktar arranġamenti ottimali ta’ sigħat ta’ dawl binhar fl-Ewropa. Fix-xitwa, il-jiem ma jkunux daqshekk qosra daqs dawk fit-Tramuntana tal-kontinent, filwaqt li s-sigħat medji ta’ dawl binhar f’Diċembru, f’Jannar u fi Frar ilaħħqu l-10.3 sigħat[6] (b’paragun: Londra[7] jew Moska[8] jew Varsavja[9] - ilaħħqu t-8 sigħat). Fl-iqsar jum tas-sena, il-21 ta’ Diċembru, ix-xemx titla’ għall-ħabta tas-07:00 u tinżel lejn il-17:00. Fl-itwal jum tas-sena, il-21 ta’ Ġunju, ix-xemx titla’ għall-ħabta tal-05:30 u tinżel lejn it-20:30.

Sigħat medji ta’ dawl binhar[10]
Sigħat Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ
Binhar 10 10.8 11.9 13 14 14.5 14.3 13.5 12.3 11.2 10.2 9.8
Għabex/Billejl 14 13.2 12.1 11 10 9.5 9.7 10.5 11.7 12.8 13.8 14.2

Sigħat ta’ xemx

immodifika

Kif wieħed jista’ jobsor mis-sigħat ta’ dawl binhar, Malta tgawdi xi 3,000 siegħa ta’ xemx fis-sena (fost l-ogħla ammonti fl-Ewropa wkoll), minn medja ta’ iktar minn ħames sigħat ta’ xemx f’Diċembru sa medja ta’ iktar minn 12-il siegħa kuljum f’Lulju. Għaldaqstant, Malta tgawdi d-doppju tal-ammont ta’ xemx li jkollhom il-bliet fit-Tramuntana tal-Ewropa. B’paragun, Londra tgawdi 1,461 siegħa ta’ xemx fis-sena. Malta jkollha ħafna iktar xemx fix-xitwa; fil-fatt, f’Diċembru Malta tgawdi 161 siegħa ta’ xemx filwaqt li Londra jkollha 37 siegħa ta’ xemx biss.[11]

Data klimatika ta' Malta
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 169.3 178.1 227.2 253.8 309.7 336.9 376.7 352.2 270.0 223.8 195.0 161.2 3,054
Medja kuljum għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 5.46 6.36 7.33 8.46 9.99 11.23 12.15 11.36 9.00 7.22 6.50 5.20 8.4
Perċentwal għall-possibilità tax-xemx 58 62 64 67 72 81 87 88 77 65 62 55 70
Sors: MaltaWeather (Mean daily and monthly sunshine hours),[12] climatemps.com (Percent possible sunshine)[13]

Temperatura tal-baħar

immodifika

It-temperatura annwali medja tal-baħar f’Malta hija 20 °C (68 °F) (l-ogħla temperatura annwali tal-baħar fl-Ewropa), u tinżel bejn 15-16 °C (59-61 °F) fil-perjodu minn Jannar sa April u titla’ sa 26 °C (79 °F) f’Awwissu. Fis-sitt xhur minn Ġunji sa Novembru, it-temperatura medja tal-baħar taqbeż l-20 °C (68 °F). F’Mejju u f’Diċembru, ix-xhur tat-tranżizzjoni, il-medja tkun xi 18 °C (64 °F).

Fit-tieni nofs ta’ April, meta jibda jirranka l-istaġun tat-turisti u tal-vaganzi, it-temperatura medja tal-baħar tkun 17 °C (63 °F). L-ogħla temperatura tal-baħar hija 27 °C (81 °F) fin-nofs tat-tielet ġimgħa ta’ Awwissu. Fl-aħħar ta’ Awwissu u fil-bidu ta’ Settembru, it-temperatura tinżel għal 26 °C (79 °F), u fit-tieni nofs ta’ Settembru tinżel għal 25 °C (77 °F). Lejn nofs Ottubru, it-temperatura tinżel għal 24 °C (75 °F), filwaqt li fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru tinżel għal 23 °C (73 °F). Fil-bidu ta’ Novembru, it-temperatura tkun niżlet għal 22 °C (72 °F) (abbażi tad-data tal-2010).[14]

Temperatura medja tal-baħar skont MaltaWeather.com[11]
Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
15.4 °C (59.7 °F) 14.9 °C (58.8 °F) 15.0 °C (59.0 °F) 15.9 °C (60.6 °F) 17.5 °C (63.5 °F) 21.1 °C (70.0 °F) 24.1 °C (75.4 °F) 25.8 °C (78.4 °F) 25.2 °C (77.4 °F) 23.2 °C (73.8 °F) 20.6 °C (69.1 °F) 17.4 °C (63.3 °F) 20 °C (68 °F)
Temperatura medja tal-baħar skont seatemperature.org[15]
Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
16.1 °C (61.0 °F) 15.4 °C (59.7 °F) 15.4 °C (59.7 °F) 16.3 °C (61.3 °F) 18.7 °C (65.7 °F) 22.6 °C (72.7 °F) 25.5 °C (77.9 °F) 26.1 °C (79.0 °F) 25.5 °C (77.9 °F) 23.4 °C (74.1 °F) 21.2 °C (70.2 °F) 18.1 °C (64.6 °F) 20 °C (68 °F)
Temperatura medja tal-baħar skont weather2travel.com[16]
Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
16 °C (61 °F) 16 °C (61 °F) 16 °C (61 °F) 16 °C (61 °F) 18 °C (64 °F) 21 °C (70 °F) 24 °C (75 °F) 26 °C (79 °F) 25 °C (77 °F) 23 °C (73 °F) 21 °C (70 °F) 18 °C (64 °F) 20 °C (68 °F)
 
Maltempata bix-xita f’Marsaxlokk

Il-provvista tal-ilma hija problema f’Malta, peress li fis-sajf qajla tagħmel xita u huwa ż-żmien tas-sena fejn l-ilma jintuża l-iktar. Barra minn hekk, fix-xitwa x-xita spiss tinżel qliel fi żmien qasir u tintilef fil-baħar flok tilħaq tiskula fl-art. Malta tiddependi fuq ir-riżervi tal-ilma taħt l-art, b’sistema ta’ mini taħt l-art fejn jinġabar l-ilma tal-pjan bħal f’Ta’ Kandja jew f’Ta’ Bakkja[17]. Dawn il-mini tal-ilma mifruqa jlaħħqu medja ta’ 97 metru taħt l-art. Il-ġebla tal-franka hija poruża min-natura tagħha, u għalhekk l-ilma ħelu jinġabar fuq saff ta’ salmura.[18] Iktar minn nofs l-ilma tax-xorb ta’ Malta jinkiseb bl-impjanti tad-desalinazzjoni, li joħolqu problemi ambjentali ulterjuri bħall-użu tal-fjuwils fossili u t-tniġġis.

Malta għandha medja ta’ 90 jum bix-xita fis-sena, u tesperjenza minn ftit jiem bix-xita sa 12-il jum bix-xita fix-xahar (≥ 1 mm). L-għadd ta’ jiem bix-xita jvarja minn nofs jum f’Lulju sa 15-il jum bix-xita f’Diċembru. Ix-xita medja fis-sena tlaħħaq xi 600 mm, u l-ammont ivarja bejn ≈0.3 mm f’Lulju u ≈110 mm f’Diċembru.[11]

Data klimatika ta' Malta (Ħal Balzan fil-parti ċentrali tal-gżira)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 94.7
(3.73)
63.4
(2.50)
37.0
(1.46)
26.3
(1.04)
9.2
(0.36)
5.4
(0.21)
0.2
(0.01)
6.0
(0.24)
67.4
(2.65)
77.2
(3.04)
108.6
(4.28)
107.7
(4.24)
603.1
(23.74)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 15 12 9 6 3 1 0 1 5 9 13 16 90
Sors: MaltaWeather.com[12]
Data klimatika ta' Malta
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 89.0
(3.50)
61.3
(2.41)
40.9
(1.61)
22.5
(0.89)
6.6
(0.26)
3.2
(0.13)
0.4
(0.02)
7.0
(0.28)
40.4
(1.59)
89.7
(3.53)
80.0
(3.15)
112.3
(4.42)
553.3
(21.78)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 13.7 10.9 8.9 6.4 2.8 1.1 0.4 1.0 3.9 10.2 10.6 14.2 84.1
Sors: World Meteorological Organization[19]

Mudell:Namespace detect

L-umdità relattiva medja annwali hija għolja, b’medja ta’ 76 %, u tvarja bejn 69 % f’Lulju (filgħodu: 78 %; filgħaxija: 53 %) u 79 % f’Diċembru (filgħodu: 83 %; filgħaxija: 73 %).[20]

Data klimatika ta' Ħal Luqa
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja tal-umdità relattiva (%) 79 79 79 77 74 71 69 73 77 78 77 79 76
Sors: NOAA[21]

Minkejja l-istażi relattiva tal-klima Maltija, ir-rekords storiċi juru xi varjazzjonijiet. Fil-Belt Valletta, l-uffiċjali meteoroloġiċi tal-imgħoddi rreġistraw temperatura ta’ 1.2 °C (34.2 °F) fid-19 ta’ Frar 1895, li għadha temperatura rekord sa llum.

Fir-rigward tal-gżira kollha kemm hi, fl-1 ta’ Frar 1962 ġiet irreġistrata temperatura ta’ −1.7 °C (28.9 °F) fil-mitjar f’Ta' Qali, fiċ-ċentru tal-gżira, li ġiet akkumpanjata minn xita bis-silġ, għalkemm din it-temperatura ma ġietx rikonoxxuta mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta peress li l-mitjar ma kienx stazzjon uffiċjali ta’ reġistrazzjoni tat-temperaturi u ma kienx juża l-istrumenti meteoroloġiċi li huma standard fid-dinja kollha.[22]

Il-borra hija fenomenu rari ħafna. Il-borra ġiet irrappurtata f’Jannar 1858, f’Marzu 1877 (ftit borra bl-ebda akkumulu), fi Frar 1895 (ftit borra mingħajr akkumulu), f’Jannar 1905 (ftit fjokki mingħajr akkumulu), f’Marzu 1949 (borra rreġistrata fin-naħa ta’ ġewwa tal-gżira)[23], u fil-31 ta’ Jannar 1962.[22] Fil-31 ta’ Diċembru 2014, il-borra ġiet irrappurtata f’diversi lokalitajiet, għalkemm l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta iktar tard ikkonferma li fil-fatt ma kinitx borra iżda silġ artab.[24] Jingħad li x’aktarx ħafna rapporti storiċi ta’ borra kienu fil-fatt silġ artab. Madankollu, ix-xitwa tal-2014 kienet waħda mill-iktar kesħin u b’maltempati li qatt kien hawn fil-Gżejjer Maltin.[25][26]

L-iktar temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Ħal Luqa kienet 1.4 °C (34.5 °F) f’Jannar 1981, u l-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata kienet 43.8 °C (110.8 °F) f’Awwissu 1999.[27]

Data klimatika ta' Malta
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 25.8
(78.4)
26.7
(80.1)
33.5
(92.3)
30.7
(87.3)
35.3
(95.5)
41.5
(106.7)
42.7
(108.9)
43.8
(110.8)
37.4
(99.3)
34.5
(94.1)
28.2
(82.8)
24.3
(75.7)
43.8
(110.8)
Temp. baxxa rekord °C (°F) 1.4
(34.5)
1.7
(35.1)
2.2
(36.0)
4.4
(39.9)
8.0
(46.4)
12.6
(54.7)
15.5
(59.9)
15.9
(60.6)
13.2
(55.8)
8.0
(46.4)
5.0
(41.0)
3.6
(38.5)
1.4
(34.5)
Sors 1: Malta Airport Meteorological Office (extremes 1947−2010)[28]
Sors 2: https://www.independent.com.mt/articles/2022-01-19/local-news/2021-was-a-year-of-meteorological-records-6736239923
Data klimatika ta' Malta (Ħal Balzan fil-parti ċentrali tal-gżira. 1985-2017)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 26.3
(79.3)
24.1
(75.4)
33.5
(92.3)
31.7
(89.1)
37.3
(99.1)
40.1
(104.2)
43.1
(109.6)
43.0
(109.4)
39.2
(102.6)
33.5
(92.3)
28.9
(84.0)
24.9
(76.8)
43.1
(109.6)
Temp. baxxa rekord °C (°F) 3.9
(39.0)
2.6
(36.7)
4.8
(40.6)
6.5
(43.7)
10.5
(50.9)
14.7
(58.5)
17.4
(63.3)
18.0
(64.4)
15.4
(59.7)
11.3
(52.3)
5.7
(42.3)
3.6
(38.5)
2.6
(36.7)
Sors: MaltaWeather.com[12]

Data klimatika

immodifika
Data klimatika ta' Malta (Ħal Balzan fil-parti ċentrali tal-gżira, mill-1985 ’l hawn)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja massima kuljum °C (°F) 16.1
(61.0)
16.0
(60.8)
17.8
(64.0)
20.0
(68.0)
24.2
(75.6)
28.5
(83.3)
31.5
(88.7)
31.8
(89.2)
28.4
(83.1)
25.2
(77.4)
21.0
(69.8)
17.5
(63.5)
23.2
(73.8)
Medja kuljum °C (°F) 13.2
(55.8)
13.0
(55.4)
14.6
(58.3)
16.7
(62.1)
20.4
(68.7)
24.4
(75.9)
27.2
(81.0)
27.7
(81.9)
25.0
(77.0)
21.9
(71.4)
18.0
(64.4)
14.7
(58.5)
19.7
(67.5)
Medja minima kuljum °C (°F) 10.3
(50.5)
9.9
(49.8)
11.3
(52.3)
13.3
(55.9)
16.6
(61.9)
20.3
(68.5)
22.8
(73.0)
23.6
(74.5)
21.6
(70.9)
18.6
(65.5)
15.0
(59.0)
11.9
(53.4)
16.3
(61.3)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 94.7
(3.73)
63.4
(2.50)
37.0
(1.46)
26.3
(1.04)
9.2
(0.36)
5.4
(0.21)
0.2
(0.01)
6.0
(0.24)
67.4
(2.65)
77.2
(3.04)
108.6
(4.28)
107.7
(4.24)
603.1
(23.74)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni 15 12 9 6 3 1 0 1 5 9 13 16 90
Sors: MaltaWeather.com[12]
Data klimatika ta' Malta (Ħal Luqa fil-Grigal tal-gżira, 1961-1990)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja massima kuljum °C (°F) 15.7
(60.3)
15.7
(60.3)
17.4
(63.3)
20.0
(68.0)
24.2
(75.6)
28.7
(83.7)
31.7
(89.1)
32.0
(89.6)
28.6
(83.5)
25.0
(77.0)
20.8
(69.4)
17.2
(63.0)
23.1
(73.6)
Medja kuljum °C (°F) 12.9
(55.2)
12.6
(54.7)
14.1
(57.4)
16.4
(61.5)
20.1
(68.2)
24.2
(75.6)
26.9
(80.4)
27.5
(81.5)
24.9
(76.8)
21.8
(71.2)
17.9
(64.2)
14.5
(58.1)
19.5
(67.1)
Medja minima kuljum °C (°F) 10.1
(50.2)
9.5
(49.1)
10.9
(51.6)
12.8
(55.0)
15.8
(60.4)
19.6
(67.3)
22.1
(71.8)
23.0
(73.4)
21.2
(70.2)
18.4
(65.1)
14.9
(58.8)
11.8
(53.2)
15.9
(60.6)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 79.3
(3.12)
73.2
(2.88)
45.3
(1.78)
20.7
(0.81)
11.0
(0.43)
6.2
(0.24)
0.2
(0.01)
17.0
(0.67)
60.7
(2.39)
81.8
(3.22)
91.0
(3.58)
93.7
(3.69)
580.7
(22.86)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 10.0 8.2 6.1 3.8 1.5 0.8 0.0 1.0 4.3 6.6 8.7 10.0 61
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 169.3 178.1 227.2 253.8 309.7 336.9 376.7 352.2 270.0 223.8 195.0 161.2 3,054
Sors: Meteo Climate (1991–2020 Data),[29] MaltaWeather.com (Sun data)[12]
Data klimatika ta' Malta (Ħal Luqa fil-Grigal tal-gżira, 1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja massima kuljum °C (°F) 15.6
(60.1)
15.6
(60.1)
17.3
(63.1)
19.8
(67.6)
24.1
(75.4)
28.6
(83.5)
31.5
(88.7)
31.8
(89.2)
28.5
(83.3)
25.0
(77.0)
20.7
(69.3)
17.1
(62.8)
23.0
(73.4)
Medja kuljum °C (°F) 12.8
(55.0)
12.5
(54.5)
13.9
(57.0)
16.1
(61.0)
19.8
(67.6)
23.9
(75.0)
26.6
(79.9)
27.2
(81.0)
24.7
(76.5)
21.5
(70.7)
17.7
(63.9)
14.4
(57.9)
19.3
(66.7)
Medja minima kuljum °C (°F) 9.9
(49.8)
9.4
(48.9)
10.6
(51.1)
12.4
(54.3)
15.5
(59.9)
19.1
(66.4)
21.7
(71.1)
22.6
(72.7)
20.8
(69.4)
18.1
(64.6)
14.6
(58.3)
11.6
(52.9)
15.5
(59.9)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 98.5
(3.88)
60.1
(2.37)
44.2
(1.74)
20.7
(0.81)
16.0
(0.63)
4.6
(0.18)
0.3
(0.01)
12.8
(0.50)
58.6
(2.31)
82.9
(3.26)
92.3
(3.63)
109.2
(4.30)
595.8
(23.46)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 10 7 5 4 1 1 0 1 4 6 9 10 58
Sors: Meteo Climate (1981-2010 Data),[30]
Data klimatika ta' Malta (Ħal Luqa fil-Grigal tal-gżira, data storika 1961–1990)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja massima kuljum °C (°F) 15.2
(59.4)
15.5
(59.9)
16.7
(62.1)
19.1
(66.4)
23.3
(73.9)
27.5
(81.5)
30.7
(87.3)
30.7
(87.3)
28.0
(82.4)
24.2
(75.6)
20.1
(68.2)
16.7
(62.1)
22.3
(72.1)
Medja kuljum °C (°F) 12.2
(54.0)
12.4
(54.3)
13.4
(56.1)
15.5
(59.9)
19.1
(66.4)
23.0
(73.4)
25.9
(78.6)
26.3
(79.3)
24.1
(75.4)
20.7
(69.3)
17.0
(62.6)
13.9
(57.0)
18.6
(65.5)
Medja minima kuljum °C (°F) 9.2
(48.6)
9.3
(48.7)
10.1
(50.2)
11.9
(53.4)
14.9
(58.8)
18.4
(65.1)
21.0
(69.8)
21.8
(71.2)
20.1
(68.2)
17.1
(62.8)
13.9
(57.0)
11.0
(51.8)
14.9
(58.8)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 89.0
(3.50)
61.3
(2.41)
40.9
(1.61)
22.5
(0.89)
6.6
(0.26)
3.2
(0.13)
0.4
(0.02)
7.0
(0.28)
40.4
(1.59)
89.7
(3.53)
80.0
(3.15)
112.3
(4.42)
553.3
(21.78)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 13.7 10.9 8.9 6.4 2.8 1.1 0.4 1.0 3.9 10.2 10.6 14.2 84.1
Medja tal-umdità relattiva (%) 79 79 79 77 74 71 69 73 77 78 77 79 76
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 159 171 224 247 300 328 365 338 260 221 185 156 2,954
Sors: World Meteorological Organization,[19] National Statistics Office, Malta (sun data)

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Malta - The World Factbook". www.cia.gov. Miġbur 2021-02-19.
  2. ^ ""The Maltese Islands" DOI Malta. Arkivjat 31-05-2009". Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-05-31. Miġbur 2021-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ ""Tiscali Webspace". Web.tiscali.it. Arkivjat 04-10-2012". Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-10-04. Miġbur 2021-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "PH Heidelberg. "Klimakarte der Erde: Pädagogische Hochschule Heidelberg". Ph-heidelberg.de". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  5. ^ ""Malta International Airport". Arkivjat 06-09-2010". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-06. Miġbur 2021-02-19.
  6. ^ ""Climate Data for Luqa". National Oceanic and Atmospheric Administration". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  7. ^ ""London Climate and Weather Averages, UK". Weather2travel.com". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  8. ^ ""Moscow Climate and Weather Averages, Russia (Europe)". Weather2travel.com". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  9. ^ ""Warsaw Climate and Weather Averages, Poland". Weather2travel.com". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  10. ^ ""Sunshine & Daylight Hours in Luqa, Malta" Climatemps.com". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  11. ^ a b ċ ""Malta's Climate". Maltaweather.com. Arkivjat 06-08-2015". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-08-06. Miġbur 2021-02-19.
  12. ^ a b ċ d e "Malta's Climate". Maltaweather.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-6 August 2015. Miġbur 21 October 2013.
  13. ^ . Malta.climatemps.com http://www.malta.climatemps.com/sunlight.php. Miġbur 2015-06-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |archive-date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |archive-url= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  14. ^ ""Valletta Climate Guide". Weather2travel.com". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  15. ^ ""Birżebbuġa Sea Temperature December Average, Malta Water Temperatures". 35.82583;14.52694: Seatemperature.org". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  16. ^ ""Malta Climate and Weather Averages". Weather2travel.com". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  17. ^ "Watch: Ta' Bakkja tunnels – the resting place for rain water after a 50 year process". Water Services Corporation (bl-Ingliż). 2020-07-16. Miġbur 2021-02-19.
  18. ^ "McGrath, Matt (4 April 2007). "Science/Nature | Briny future for vulnerable Malta". News.bbc.co.uk". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  19. ^ a b "World Weather Information Service – Luqa, Malta". World Meteorological Organization. Miġbur 26 February 2013.
  20. ^ ""Valletta, Malta Travel Weather Averages". Weatherbase.com". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-04-03. Miġbur 2021-02-19.
  21. ^ "Monthly Averages for Luqa, Malta (1961–1990)". NOAA. Miġbur 2020-10-20.
  22. ^ a b Dr. Charles Mifsud (1985). The Climate of the Maltese Islands. Mireva Publication.
  23. ^ "Snow in Malta? A rare photo from the 1940s shows the streets of Sliema covered in snow". www.guidememalta.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-19.
  24. ^ "Updated - 'Snowflakes' reported in several parts of Malta - Met Office 'monitoring' situation". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-19.
  25. ^ ""Last Maltese winter one of the stormiest in 20 years | Malta Weather - Malta Airport Met Office". Weather.maltairport.com". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  26. ^ ""December brought snow pellets and record low temperatures". MaltaToday.com.mt". Miġbur 19-02-2021. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)
  27. ^ "Galdies, Charles (2011). "The Climate of Malta: statistics, trends, and analysis 1951-2010". National Statistics Office. pp. 6-7. Arkivjat 13-11-2014". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-11-13. Miġbur 2021-02-19.
  28. ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem NSO.
  29. ^ "Luqa Weather Averages 1991–2020". Meteo-climat-bzh.dyndns.org. Arkivjat mill-orġinal fl-10 October 2014. Miġbur 2 June 2015.
  30. ^ "Luqa Weather Averages 1981-2010". Miġbur 2015-06-02. Parametru mhux magħruf |pubblikaturr= injorat (għajnuna)