Karl Chircop
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Karl Chircop (7 ta' Awwissu 1965 – 12 ta' Ottubru 2008) kien tabib u politiku. Kien membru tal-Parlament f'isem il-Partit Laburista mill-1996 sal-2008, u serva ta' Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali u s-Saħħa.
Karl Chircop | |||||
---|---|---|---|---|---|
27 Jannar 1997 - 25 Jannar 1999
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Ħ'Attard, 7 Awwissu 1965 | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Mewt | Londra, 12 Ottubru 2008 | ||||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||||
Edukazzjoni | |||||
Lingwi |
Malti Ingliż | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
tabib politiku |
Mewt
immodifikaNhar it-3 ta’ Awwissu 2008 Chircop sofra emoroġija ċerebrali. Dak in-nhar huwa kien qiegħed jaħsel il-karozza, meta f’ħin minnhom storda, waqa’ u ħabat rasu. Huwa nstab minn wieħed mill-erbat itfal tiegħu. Martu Adriana ċemplet għall-ambulanza u sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei kien għadu jitkellem u jikkomunika mal-qraba tiegħu. Madankollu kif daħal l-isptar huwa ntilef minn sensih u wara li saritlu operazzjoni, martu ngħatat l-aħbar li t-tim mediku kien qed jikkonsidra jiddikjarah ‘brain dead’. It-tifel il-kbir tiegħu, Jan Chircop, kien qiegħed jistudja l-mediċina fil-Messiku u rritorna Malta biex jara lil missieru. Minħabba l-qagħda serja tiegħu, ittieħdet id-deċiżjoni li jittieħed fi sptar speċjalizzat f’Londra - in-National Hospital for Neurology and Neurosurgery - fejn huwa hemmhekk fit-12 ta' Ottubru ġie ddikjarat mejjet.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li Karl Chircop “kien politiku eżemplari b’impenn soċjali qawwi u meqjus fi kliemu biex ifittex li jagħmel il-ġid lil ħaddieħor. Kelli l-opportunità insegwi, niddiskuti u niddjaloga ma’ Karl Chircop, billi meta kont Viċi Prim Ministru u ministru responsabbli mill-politika soċjali, Karl kien isegwi dan il-qasam, inkluż l-impjiegi. Fih dejjem rajt politiku li ried jara titjib soċjali. Kien jagħmel argumenti raġunati biex inħarsu ’l quddiem. Nibqa’ niftakar lil Karl bħala politiku li ta servizz. Dak li qiegħda tagħmel il-familja tiegħu li tara x’organi jistgħu jingħataw hu simbolu tal-altruiżmu li emmen u wettaq Karl bħala missier, ħabib, tabib u politiku. F’dan il-mument diffiċli ħsibijieti huma ma’ martu, uliedu, ommu u qraba tiegħu... Karl kien jiddibatti b’ċertu stil bi tbissima, imma avolja kien jaf ikun iebes, imma kien eleganti fl-ebusija tiegħu. Huwa kien jagħmel dan b’sens ta’ dikazzjomni lejn il-valuri li kien jemmen fihom. Karl kien rappreżentant dinjituż u ġenwin... Avolja ninqasmu fil-poilitika, imma konna naqsmu l-istess valuri. Ma’ Karl kont komdu niddibatti u nargumenta għax kien xi ħadd li kellu ħafna valuri komuni... Kien bniedem sensittiv u jħoss dak li jgħid u jgħidu bi preparazzjoni. Dak li jiddiskuti kien jagħmlu b’sensittività kbira. Karl kien jitkellem mill-esperjenza personali tiegħu, mill-preofessjoni tiegħu ta’ tabib. Meta kont tisimgħu jitkellem, kien jitkellem mill-esperjenzi li jgħaddi minnhom... Karl, fis-snin li qatta’ fil-Kamra tar-Rappreżentanti u fil-Partit Laburista, nistgħu ngħidu li Karl ta’ kontribut ta’ sustanza biex il-pajjiż jimxi aktar ’il quddiem. Dan huwa mument ta’ dwejjaq, imma meta tħares lejn il-pożittiv, is-sofferenza li għad-diet minnha l-familja tiegħu, forsi jitaffew ftit minn dan il-ħsieb. Inwassal il-kondoljanzi lill familja tiegħu, lill-mara u lill-uliedu, u naċċerthom li se jsibuna magħhom f’dak li jkollhom bżonn."
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal hekk fuq Chircop: "Il-karriera politika ta’ Karl dejjem kienet karatterizzata mill-altruwiżmu u minn sens kbir ta’ servizz liċ-ċittadin. Huwa kien iħoss is-sejħa li jgħin lil kulħadd, speċjalment lil dawk l-aktar fil-bżonn. Dan kien jagħmlu kemm fil-professjoni medika kif ukoll fil-qasam politiku bħala rappreżentant tal-poplu, kif jistgħu jixdhu mijiet ta’ familji. Karl kien jieħu xogħlu b’serjetà kbira, isegwi l-iżviluppi fis-setturi li għalih kien responsabbli u jieħu attitudni pożittiva. Il-ftit ġimgħat li għamel fl-aħħar rwol li kellu bħala Kelliem Ewlieni għas-Saħħa, settur li kien tant għal qalbu, huma prova ċara ta’ dan. Tlifna ħabib ġenwin li kien jaħdem biex jgħaqqad u jferraħ. Ħabib li miegħu tista‘ titkellem, li lest li jisma’ u li jgħin. Ħabib li għex il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali. Personalment, tlift wieħed mill-ħbieb il-kbar tiegħi. Minkejja li kont konxju tad-diffikultajiet enormi li kien qed jiffaċċja fl-aħħar ġimgħat ta’ kura, qatt ma qtajt qalbi li nistgħu nerġgħu naraw lil Karl magħna, b’mod jew ieħor. Sfortunatament, ma kellux ikun hekk. Il-ġest tal-familja Chircop li toffri l-organi ta’ Karl għad-donazzjoni jirrifletti l-altruwiżmu li kkarterizza l-ħajja ta’ Karl. B’hekk Karl ried ikun ta’ servizz għall-proxxmu sa l-aħħar nifs. F’ismi u f’isem il-Partit Laburista, nagħti l-kondoljanzi tiegħi li Adriana, lil erba’ uliedu Jan, Francesca, Christian u Keith, lil ommu Marion u l-kumplament tal-familja."
Il-Funeral
immodifikaIl-Funeral ta' Chircop sar is-Sibt 18 ta' Ottubru 2008, filgħodu. Mill-Isptar Mater Dei, il-kadavru tiegħu ittieħed għall-aħħar darba quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista. Hemmhekk sab jilqgħuh il-Mexxej Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista, il-membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali. Joseph Muscat poġġa bukkett fjuri fuq it-tebut, għannaq miegħu lill-mara ta’ Karl, Adriana, imbagħad lissen il-kliem "Grazzi Karl" u l-folla sellmet lid-Deputat Laburista permezz ta’ minuta silenzju. Ivan Grech tal-grupp Winter Moods, flimkien mal-kitarrist tiegħu kantaw ‘live’ il-kanzunetta "Marigold." Minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali, il-funeral kompla għaddej fi triqtu għat-Telgħa ta’ Kordin f’Raħal Ġdid minn fejn beda korteo funebri għall-Knisja ta’ Kristu Rè.
It-tebut ta’ Karl inġarr lejn il-knisja minn dawk l-aktar qrib tiegħu. Imbagħad segwietu, folla enormi fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, fejn dinjitarji, qraba, kollegi u ħbieb tiegħu imxew miegħu sa fuq iz-zuntier tal-knisja. Kienu eluf dawk li kienu preżenti għall-aħħar tislima lil Dr Karl Chircop. Il-quddiesa tqaddset minn Monsinjur Victor li kien emozzjonat ferm. Fl-omelija tiegħu qal li Karl, fil-ħajja qasira tiegħu, 18-il sena bħala tabib u 13-il sena membru parlamentari, offrilna mudell ta’ nisrani integru li għaraf isarraf it-twemmin tiegħu f’qadi bla serħan biex iferraħ u jqawwi l-qlub.
Fost id-dinjitarji li attendew għall-funeral, kien hemm il-President ta’ Malta Eddie Fenech Adami, l-Ispeaker Louis Galea, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat kif ukoll diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, u rappreżentanti ta’ diversi għaqdiet.
Il-quddiesa ġiet ikkonċelebrata mid-Direttur tal-Caritas Monsinjur Victor Grech mgħejjun mill-Kappillani tas-sitt lokalitajiet li jiffurmaw ir-Raba’ Distrett minn fejn Karl kien elett bħala Membru Parlamentari.
Kienu preżenti wkoll l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, kif ukoll l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca u mill-Vigarju Ġenerali Monsinjur Annetto Depasquale. L-Arċisqof ta’ Malta Pawl Cremona O.P ma setax jattendi peress li kien Ruma.