Jean Picard
Jean Picard (twieled fil-21 ta’ Lulju 1620 – miet fit-12 ta’ Lulju 1682) kien astronomu, fiżiku u qassis Franċiż f’La Flèche, fejn studja fil-Kulleġġ Irjali Henry-Le-Grand tal-Ġiżwiti.
Jean Picard | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Jean-Felix Picard |
Twelid | La Flèche, 21 Lulju 1620 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | Pariġi, 12 Lulju 1682 |
Post tad-dfin | Église Saint-Médard (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Collège Henri-IV de La Flèche 1644) |
Lingwi | Franċiż |
Għalliema | Pierre Gassendi |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
astronomu fiżiku saċerdot |
Impjegaturi | Collège de France (1655 - |
Sħubija | Akkademja Franċiża tax-Xjenzi |
Huwa magħruf l-iktar għall-kejl preċiż tad-daqs tad-Dinja, abbażi ta’ stħarriġ bir-reqqa ta’ grad wieħed ta’ latitudni tul il-Meridjan ta’ Pariġi.
Ġeodesija
immodifikaPicard kien l-ewwel wieħed li kejjel id-daqs tad-Dinja b’grad raġonevoli ta’ preċiżjoni fi stħarriġ tal-kejl bl-ark li twettaq fl-1669-1670. Għal dan ix-xogħol ingħata ġieħ bil bini ta’ piramida f’Juvisy-sur-Orge. Huwa kien iggwidat mill-metodoloġija ta’ Maurolycus u mill-matematika ta’ Snellius. Picard irnexxielu jkejjel grad wieħed ta’ latitudni tul il-Meridjant ta’ Pariġi, permezz tat-triangolazzjoni tul tlettax-il triangolu minn Pariġi sat-torri tal-arloġġ ta’ Sourdon, ħdejn Amiens.
Il-kejl tiegħu wassal għar-riżultat ta’ 110.46 km għal grad wieħed ta’ latitudni, li jagħti raġġ terrestri korrispondenti ta’ 6,328.9 km. Isaac Newton uża dan il-valur fit-teorija tiegħu tal-gravitazzjoni universali.
Ir-raġġ polari issa ġie mkejjel li huwa ftit iktar minn 6,357 km. Dan ifisser żball ta’ 0.44 % biss inqas mill-valur modern. Dan kien eżempju ieħor tal-avvanzi fl-astronomija u fl-għodod tagħha li għamluha possibbli li jitwasslu avvanzi wkoll fil-kartografija.
Strumenti
immodifikaPicard kien l-ewwel wieħed li waħħal teleskopju b’wajers imsallbini (żviluppat minn William Gascoigne) ma’ kwadrant, u wieħed minn tal-ewwel li uża vit tal-mikrometru fuq l-istrumenti tiegħu. Il-kwadrant li uża biex jiddetermina d-daqs tad-Dinja kellu raġġ ta’ 38 pulzier u ġie kkalibrat għal kwarti ta’ minuta. Is-sestant li uża biex isib il-meridjan kellu raġġ ta’ sitt piedi, u kien mgħammar b’mikrometru li kien jippermetti l-iżgħar aġġustamenti. Dan it-titjib fit-tagħmir wassal għal marġni ta’ żball ta’ għaxar sekondi biss, meta mqabbel mal-marġni ta’ żball ta’ erba’ minuti ta’ Tycho Brahe. B’hekk il-kejl tiegħu kien 24 darba iktar akkurat.
Xogħol ieħor
immodifikaFl-1670-1671, Picard ivvjaġġa lejn is-sit tal-osservatorju Daniż ta’ Tycho Brahe, f’Uraniborg, sabiex jivvaluta l-lonġitudni tiegħu b’mod preċiż biex b’hekk ikun jista’ jqabbel il-qari ta’ Tycho ma’ ta' oħrajn.[1][2]
Picard ikkollabora u kkorrisponda ma’ bosta xjenzati, fosthom Isaac Newton, Christiaan Huygens, Ole Rømer, Rasmus Bartholin, Johann Hudde, u saħansitra l-kompetitur ewlieni tiegħu, Giovanni Cassini, għalkemm Cassini ma tantx kien ħerqan li jagħmel l-istess miegħu. Dawn il-korrispondenzi wasslu għall-kontributi ta’ Picard f’oqsma tax-xjenza ’l barra mill-qasam tal-ġeodesija, bħal pereżempju l-aberrazzjoni tad-dawl li osserva meta kien f’Uraniborg[3], jew l-iskoperta tiegħu tal-fosforexxenza tal-merkurju meta osserva barometru jiddi b’mod bati.[4] Din l-iskoperta wasslet għall-istudji ta’ Newton dwar l-ispettru viżibbli tad-dawl.
Picard żviluppa wkoll dak li sar il-metodu standard għall-kejl tat-tlugħ ġust ta’ oġġett fl-ispazju. F’dan il-metodu, l-osservatur jirreġistra l-ħin meta oġġett jaqsam il-meridjan tal-osservatur. Picard għamel l-osservazzjonijiet tiegħu bl-użu tal-arloġġ tal-preċiżjoni bil-pendlu li l-fiżiku Olandiż Christiaan Huygens kien għadu kif żviluppa.[5][6]
Legat
immodifika- Il-ktieb tiegħu Mesure de la Terre ġie ppubblikat fl-1671.
- Hemm kratier lunari msemmi għal Picard, fil-kwadrant tal-Lbiċ ta’ Mare Crisium.
- Il-missjoni PICARD, osservatorju solari orbitanti, ingħatat isem Picard.
Referenzi
immodifika- ^ Débarbat, Suzanne; Wilson, Curtis (2003). "The Galilean satellites of Jupiter from Galileo to Cassini, Roemer and Bradley". In Taton, R.; Wilson, C.; Hoskin, Michael (eds.). Planetary Astronomy from the Renaissance to the Rise of Astrophysics.Part A: Tycho Brahe to Newton. Cambridge University Press. pp. 150–151. ISBN 9780521542050.
- ^ Picard, Jean (1729). "Voyage D'Uranibourg ou Observations Astronomiques faites en Dannemarck". Mémoires de l'Académie Royale des Sciences (in French). 7 (1): 223–264.
- ^ Picard, Jean (1729). "Voyage d'Uranibourg, ou observations astronomiques faites en Dannemarck" [Uranibourg voyage or astronomical observations made in Denmark]. Mémoires de l'Académie royale des sciences (bil-Franċiż). 7: 193–230. pp. 215-216.
- ^ (Staff) (1676). "Experience faire à l'Observatoire sur la Barometre simple touchant un nouveau Phenomene qu'on y a découvert" [Experiment done at the [Paris] observatory on a simple barometer concerning a new phenomenon that was discovered there]. Journal des Sçavans (Paris edition) (in French): 112–113.
- ^ Wolf, Abraham, A History of Science, Technology, and Philosophy in the 16th and 17th Centuries, vol. 2 (Londra: George Allen and Unwin, 1950), p. 172.
- ^ Wolf, Abraham, A History of Science, Technology, and Philosophy in the 16th and 17th Centuries, vol. 2 (Londra: George Allen and Unwin, 1950), p. 172.