Jean Parisot de la Valette
Jean Parisot de Valette (Parisot, 1494 – Malta, 21 ta' Awwissu 1568) kien il-Gran Mastru tal-Ordni Militari Sovran ta' Malta li mexxa d-difiża ta' Malta fl-Assedju l-Kbir tal-1565.
Jean Parisot de la Valette | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
unknown value - 23 Settembru 1556
26 Awwissu 1557 - 21 Awwissu 1568 ← Claude de la Sengle - Pietro del Monte →
23 Settembru 1556 - 26 Awwissu 1557 | |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Parisot (en) , 1494 | ||||||
Nazzjonalità | Renju ta' Franza | ||||||
Mewt | Malta, 21 Awwissu 1568 (Gregorian) | ||||||
Post tad-dfin | Kon-Katidral ta' San Ġwann | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Lingwi | Latin | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
patri ġellied politiku reliġjuż bniedem militari |
Bijografija
immodifikaTwieled fl-1494 fix-Château de Labro f'Parisot (Tarn-et-Garonne) fir-Rouergue[1], Franza. Kien it-tieni tifel ta' Guillot jew Guillaume de la Valette-Cornusson (miet 1513), Kavallier, Sinjur ta' Cornusson u ta' Boismenon, Ġentlom ordinarju tal-Kamra tar-Re, u ta' Jeanne de Castres. (mietet 1548)[2].
Meta kellu 20 sena daħal fl-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm. Fl-1522, flimkien ma' 159 kavallier ieħor u l-Gran Mastru [[Philippe de Villiers de L'Isle-Adam], ħa sehem fid-difiża ta' Rodi fl-assedju mill-Ottomani. L-armata kbira ta' Suliman il-Manjifiku kienet wisq għalihom u l-gżira waqgħet f'idejn l-Ottomani. De la Valette mal-ftit Kavallieri li baqgħu ħajjin tħallew imorru r-renju ta' Sqallija. Fl-1541 qabduh il-pirati ta' Barberija taħt il-kmand ta' Turgut Reis li ħaduh bħala lsir tal-galeri għal sena.[3]
Karriera fl-Ordni
immodifikaFl-1554 de la Valette ġie elett Kaptan Ġenerali tal-galeri tal-Ordni. Dan kien unur kbir għal-lingwa ta' Provenza, billi matul il-parti l-kbira tal-istorja tal-Ordni, il-pożizzjoni ta' Gran Ammiral kienet tmur għand il-Lingwa tal-Italja. F'dik il-kariga sar famuż u f'dak iż-żmien ta' kmandanti tal-baħar kbar kien meqjus fl-istess livell tal-Kavallier Mathurin Romegas - wieħed mill-ikbar kmandanti tal-baħar Insara. Fl-1557, meta miet il-Gran Mastru Claude de la Sengle, il-Kavallieri, li kienu nwitati bl-attakk li żgur kien ġej fuqhom, għażlu lil de la Valette bħala Gran Mastru.
L-assedju
immodifikaKien il-mexxej tad-difiża ta' Malta fl-assedju tal-1565 mit-Torok. L-assedju dam tliet xhur u l-forza tal-Ottomani kienet ħafna ikbar min dik tal-Insara. L-Ottomani kellhom 'il fuq minn 30,000 suldat, fosthom il-Ġannizzeri, kif ukoll flotta ta' 193 frejgata. Fit-18 jew l-24 ta' Mejju, it-Torok assedjaw il-Forti Sant'Iermu li kienet difiża minn 130 kavalier li waqgħet fit-23 ta' Ġunju. Minkejja dan fit-8 ta' Settembru l-Insara irnexxilhom ikeċċu t-Torok u bis-saħħa ta' din ir-rebħa de la Valette kiseb prestiġju kbir fl-Ewropa, imma rrifjuta l-offerta li jsir kardinal biex jibqa' indipendenti mill-Papa. Ħafna attribwew din ir-rifjuta għall-modestà u l-umiltà tiegħu bħala suldat reliġjuż. Filippu II ta' Spanja, biex jgħaraf il-kuraġġ tiegħu bagħat stallet tad-deħeb bil-kitba plus quam valor Valetta valet.
L-aħħar snin
immodifikaFl-1566, il-Gran Mastru reġa' bena l-Forti Sant'Iermu u beda l-bini tal-belt Valletta li ġġib ismu fuq l-għolja ta' Xiberras fejn ħafna mit-Torok kienu mietu fl-attakk ta' Sant'Iermu. Qiegħed l-ewwel ġebla hu nnifsu. Il-belt il-ġdida - Humilissima Civitas Vallettae - saret magħrufa bħala l-fortizza l-iżjed aristokratika u esklużiva fl-Ewropa - belt li sikwit kienet imsejħa "Superbissima".
Jean Parisot de la Valette miet fil-paċi fl-1568 qabel ma tlestiet il-belt. Il-qabar tiegħu (forma ta' sarkofagu) jinstab fil-kripta tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, fil-belt Valletta. L-iskrizzjoni fuq il-qabar komposta mis-segretarju tal-Latin, Oliver Starkey, l-aħħar kavallier tal-Lingwa Ingliża waqt l-assedju, tgħid bil-Latin:
- ILLI ASIAE LIBYAEQUE PAVQR,
- TVTELAQUE QUONDAM EVROPAE EDOMITIS,
- SACRA PER ARMA GETIS;
- PRIMUS IN HAC ALMA QUAM CONDIDIT VRBE SEPVLTVS,
- VALLETTA AETERNO DIGNUS HONORE IACET.
- Hu li kien il-biża' tal-Asja u l-Afrika ta' Fuq,
- Li kien il-protettur tal-Ewropa, li minnha keċċa l-barbari
- Bl-armi mqaddsa tiegħu;
- Kien l-ewwel li ndifen fil-belt maħbuba li waqqaf.
- F'Valletta bl-unur mistħoqq jistrieħ għal dejjem.
Referenzi
immodifika- ^ Le Rouergue hi provinċja antika fin-Nofsinhar ta' Franza li bejn wieħed u ieħor tikkorrispondi mad-département de l'Aveyron ta' daż-żmien.
- ^ Ħutu kienu:
1. Guillot, suivront, 3. Guillaume, pirjol ta' de Saint-Saturnin, 4. François, sar isqof ta' Vabres fl-1561 u attenda l-Konċilju ta' Trentu fl-1563, 5 Antoinette, fl-133 iżżewwġet lil Raymond de Gibry, Sinjur ta' Caylus f'Quercy, 6. Béatrix, iżżewwġet lil Brailh, Sinjur ta' de Bramaux f'Albigeois. Din l-informazzjoni ttieħded minn Recueil de généalogies, t.I jew t.XIII tad-Dictionnaire de la noblesse, Pariġi, Lamy et Badiez, 1783, p.332. - ^ "Knights of Malta". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-17. Miġbur 2014-03-20.
Ara wkoll
immodifikaĦoloq esterni
immodifikaPredeċessur Claude de la Sengle |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1557–1568 |
Suċċessur |