Il-Qorti tal-Belt Valletta

Il-Qorti ta' Malta hija bina ta' qrati li tinsab fil-belt Valletta, il-kapitali ta' Malta. Din inbniet fi stil neoklassiku bejn l-1965 u l-1971 fuq il-post tal-Berġa ta' Auvergne li kienet inqerdet minn bumbardamenti mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija .

Il-Berġa ta' Auvergne, bini tas-seklu 16 li kien fih kavallieri ta' l-Ordni ta' Ġwann mill-lange ta' Auvergne. Il-berġa ġiet ikkonvertita f’qorti fis-seklu 19 u hekk baqgħet sakemm il-bini ġarrab ħsarat kbar meta ntlaqtet minn attakk Ġermaniż fit-30 ta’ April, 1941, matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-qorti marret f’post ieħor barra l-Belt għal xi żmien, iżda fl-1943 reġgħet marret lura fil-parti tal-berġa li kienet għadha mhux inġarrfa. Baqgħet hemm sal-1956, meta l-post kellu jiġi evakwat minħabba l-istat ta’ abbandun tiegħu. Il-fdalijiet tal-berġa ġew imwaqqa’ wara u fil-5 ta’ Mejju 1965 beda l-bini ta’ qorti ġdida fl-istess sit.

Il-qorti attwali ġiet inawgurata fid-9 ta’ Jannar 1971 mill-Prim Ministru Giorgio Borg Olivier, il-Gvernatur Ġenerali Maurice Henry Dorman, l-Arċisqof Mikiel Gonzi u numru ta’ mħallfin, maġistrati, ministri u mistednin. L-ewwel ġuri fil-bini l-ġdid sar jumejn wara, fil-11 ta’ Jannar, 1971.

Il-qorti fiha wkoll ir-reġistru tal-qorti ċivili, arkivji tal-qorti, iċ-ċella tal-pulizija u parkeġġ. L-Għassa tal-Belt Valletta darba kienet tinsab ukoll fil-bini.