Grand-Bassam

belt fil-Kosta tal-Avorju

Grand-Bassam (pronunzja bil-Franċiż: [ɡʁɑ̃ basam]) hija belt fix-Xlokk tal-Kosta tal-Avorju, fil-Lvant tal-belt kapitali Abidjan. Hija s-sede u s-sottoprefettura tad-Dipartiment ta' Grand-Bassam, u hija wkoll komun. Matul l-aħħar tas-seklu 19, Grand-Bassam għal żmien qasir kienet il-belt kapitali kolonjali Franċiża tal-Kosta tal-Avorju. Bis-saħħa tal-eżempji straordinarji ta' arkitettura u ppjanar kolonjali tal-belt, kif ukoll il-kuntrast bejn il-belt kolonjali u villaġġ tradizzjonali tal-poplu Nzema, iċ-ċentru storiku ta' Grand-Bassam tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[1]

Grand-Bassam
 Kosta tal-Avorju
Amministrazzjoni
Stat sovranKosta tal-Avorju
District of Ivory CoastDistrett ta' Comoé
Region of Côte d'IvoireSud-Comoé
Department of Ivory CoastDipartiment ta' Grand-Bassam
Isem uffiċjali Grand-Bassam
Ismijiet oriġinali Grand-Bassam
Ġeografija
Koordinati 5°12′00″N 3°44′00″W / 5.2°N 3.7333°W / 5.2; -3.7333Koordinati: 5°12′00″N 3°44′00″W / 5.2°N 3.7333°W / 5.2; -3.7333
Grand-Bassam is located in Ivory Coast
Grand-Bassam
Grand-Bassam
Grand-Bassam (Ivory Coast)
Superfiċjenti 127 kilometru kwadru, 109.89 hectare, 552.39 hectare
Għoli 7 m
Demografija
Popolazzjoni 124,567 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin Ħin Medju ta' Greenwich
villedegrandbassam.ci

Fl-2021, il-popolazzjoni tas-sottoprefettura ta' Grand-Bassam kienet ta' 124,567 ruħ.[2]

Ġeografija

immodifika

Il-belt hija maqsuma fi tnejn mil-Laguna ta' Ébrié: Ancien Bassam li hija l-eks insedjament Franċiż, faċċata tal-Golf tal-Guinea; li fih il-binjiet kolonjali l-iktar grandjużi (uħud ġew restawrati), il-katidral u l-Mużew Nazzjonali tal-Kostumi tal-Kosta tal-Avorju, li jinsab fl-eks Palazz tal-Gvernatur; u Nouveau Bassam, ikkollegat ma' Ancien Bassam permezz ta' pont, li jinsab iktar 'il ġewwa mill-baħar, fin-naħa tat-Tramuntana tal-laguna, u li issa kiber minn kwartier tal-qaddejja Afrikani għal ċentru kummerċjali prinċipaliI tal-belt.

Il-belt hija s-sede tad-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Grand-Bassam. Il-katidral tad-djoċesi huwa l-Katidral tal-Qalb Imqaddsa ta' Grand-Bassam.

L-isem Bassam jaf oriġina minn kelma Afrikana antika għall-bokka jew għall-ħalq tax-xmara Comoé. Il-belt kienet abitata mill-poplu Nzema mis-seklu 15, u kibret f'villaġġ tas-sajjieda u f'ċentru kummerċjali b'saħħtu finanzjarjament. Fl-1843, wara li ffirmaw trattat mal-mexxej Afrikan tar-reġjun ta' Grand-Bassam, il-Franċiżi bnew il-Forti ta' Memours max-xtut tax-xmara. Dan il-forti sar il-punt kummerċjali primarju tal-Franċiżi fir-reġjun, u wara l-Konferenza ta' Berlin fl-1885, sar bażi għall-esplorazzjoni tal-Punent tal-Afrika mill-kolonizzaturi. Fl-1893, Grand-Bassam saret il-belt kapitali tal-Kolonja Franċiża tal-Kosta tal-Avorja (bil-Franċiż: Colonie de Côte d’Ivoire).

Fl-1899, l-amministrazzjoni ġiet ittrasferita lejn Bingerville wara tifqigħa devastanti ta' deni isfar, fejn mietet tliet kwarti tal-popolazzjoni.[3] Madankollu, il-belt baqgħet port marittimu ewlieni sat-tkabbir ta' Abidjan mis-snin 30 tas-seklu 20. Il-belt attwalment qisha belt tal-fatati, peress li sezzjonijiet kbar ilhom abbandunati għal deċennji. Fl-1896, il-belt kapitali Franċiża ġiet ittrasferita lejn Bingerville, u gradwalment it-trasport marittimu kummerċjali batta sa ma kważi waqaf għalkollox fis-snin 30 tas-seklu 20. Fl-1960, permezz tal-indipendenza, l-uffiċċji amministrattivi kollha li kien għad fadal ġew ittrasferiti lejn Abidjan, u għal bosta snin Grand-Bassam kienet abitata biss minn abitanti abużivi li qabdu u okkupaw xi binjiet tal-belt. Mill-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 20, il-belt reġgħet bdiet tieħu r-ruħ bħala destinazzjoni turistika u ċentru tal-artiġjanat.

F'Marzu 2016, il-belt kienet fil-mira ta' qtil tal-massa Iżlamist bl-armi tan-nar fejn inqatlu 19-il persuna.[4][5]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
L-arkitettura kolonjali ta' Grand-Bassam.

Iċ-Ċentru Storiku ta' Grand-Bassam ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  • Woody Cote d'Ivoire.

Bliet u rħula

immodifika

Is-sottoprefettura ta' Grand-Bassam hija magħmula mit-tmien bliet u rħula li ġejjin (fil-parenteżi hemm il-popolazzjoni tagħhom fl-2014):[6]

  • Azuretti (1,168);
  • Ebrah (805);
  • Gbamblé (341);
  • Grand-Bassam (74,671);
  • Modeste (1,981);
  • Mondoukou (1,400);
  • Vitré 1 (2,482);
  • Vitré 2 (1,180).

Gallerija

immodifika

Soċjetà

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Grand-Bassam". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-27.
  2. ^ "Ivory Coast: Sub-Prefectures (Regions and Sub-Prefectures) - Population Statistics, Charts and Map". www.citypopulation.de. Miġbur 2024-02-27.
  3. ^ "Dokument ta' evalwazzjoni".
  4. ^ Tran, Mark; Smith, Alex Duval (2016-03-13). "Ivory Coast attack: 'at least 16 dead' after gunmen open fire at beach resort" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-27.
  5. ^ "Ivory Coast arrests man suspected of link to Grand Bassam hotel attack | Article [AMP] | Reuters". web.archive.org. 2018-12-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-02. Miġbur 2024-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Reġjuni" (PDF).