Giovanni Falcone (Palermo, Italja, 18 Mejju 1939 – Palermo, 23 Mejju 1992) kien maġistrat Taljan. Maqtul flimkien ma' martu u mal-iskorta tiegħu mill-mafja, jitqies bħala eroj Taljan, bħal Paolo Borsellino, li kien ħabib u kollega tiegħu.

Giovanni Falcone
imħallef

1964 -
Ħajja
Isem propju Giovanni Salvatore Augusto Falcone
Twelid Palermo, 18 Mejju 1939
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
Mewt Capaci, 23 Mejju 1992
Post tad-dfin Palermo
Kawża tal-mewt omiċidju (attentat b'karozza bomba)
Mudell:P Giovanni Brusca (en) Translate
Gioacchino La Barbera (en) Translate
Salvatore Cancemi (en) Translate
Raffaele Ganci (en) Translate
Salvatore Riina (mul) Translate
Familja
Konjuga/i Francesca Morvillo (en) Translate
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Palermo
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni maġistrat
imħallef
Post tax-xogħol Palermo
Ruma
Premjijiet

Bin Arturo Falcone, direttur tal-Laboratorju kimiku provinċjali, u Luisa Bentivegna, Giovanni kellu żewġ ħutu bniet ikbar minnu, Anna u Maria. Giovanni Falcone studja fil-Convitto Nazionale ta' Palermo, imbagħad fil-Liċeo Klassiku "Umberto I", għamel ftit żmien fl-Accademia Navale ta' Livorno, sakemm daħal fil-kors tal-Liġi fl-Università degli studi ta' Palermo fejn iggradwa fl-1961, bit-teżi "Istruzione probatoria in diritto amministrativo".

Maġistratura

immodifika

Falcone sar maġistrat fl-1964 u fl-istess sena żżewweġ lil Rita Bonnici, li magħha dam 14-il sena. Għal 12-il sena huwa kien Prokuratur Sostitut fit-Tribunal ta' Trapani fejn kibret fih il-passjoni lejn id-dritt penali.

F'Lulju 1978 kien trasferit lejn Palermo. Wara l-qtil tal-imħallef Cesare Terranova talab li jaħdem fl-Ufficio istruzione, li taħt it-tmexxija ta' Rocco Chinnici, sar mudell ġdid ta' organizzazzjoni ġudizzjarja. Chinnici sejjaħ ukoll għal miegħu lil Paolo Borsellino li sar kollega ta' Falcone f'xogħol ta' madwar 500 proċess li kienu għadhom lura. Hekk bdiet il-ħidma kbira u bla heda tiegħu biex jeħodha kontra u jeqred l-organizzazzjoni mafjuża. Fl-1980 wasal l-arrest tal-ewwel sitt mafjużi.

Grupp kontra l-mafja

immodifika

Fl-1980, twaqqaf grupp magħmul minn erba' maġistrati. Falcone, Borsellino u Barrile bdew jaħdmu id f'id, taħt Chinnici. Iż-żgħażagħ huma l-forza li fuqha wieħed jista' jserraħ biex ibiddel mentalità tal-poplu u l-maġistrati dan kienu jafuh. Riedu jqanqlu l-kuxjenzi u jħossu madwarhom l-istima tal-poplu. Kemm Giovanni Falcone kif ukoll Paolo Borsellino dejjem fittxew li jkunu mal-poplu. Borsellino beda d-dibattiti fl-iskejjel, kien jieħu sehem fihom hu stess, ikellem liż-żgħażagħ fil-laqgħat magħhom biex jispjega u jeqred darba għal dejjem il-kultura mafjuża.

Nhar l-4 ta' Awwissu 1983, karozza bomba qatlet lil Rocco Chinnici. Kienet daqqa ta' ħarta kbira għal Falcone u Borsellino għax Chinnici kien għalihom il-punt ta' riferiment. Iżda flok Chinnici wasal f'Palermo il-maġistrat Caponnetto u allura l-grupp ta' maġistrati seta' jissokta bil-ħidma u jikseb l-ewwel riżultati. Fl-1984, arrestaw lill-mafjuż magħruf Vito Ciancimino; u s-“super pentit” Tommaso Buscetta beda jikxef ix-xibka kumplikata tal-mafja.

Bdiet il-preparazzjoni tal-Maxiprocesso u nqatel il-Kummissarju Beppe Montana. Billi Falcone e Borsellino kienu f'periklu kbir ittieħdu fil-gżira ta' Asinara biex jikkonkludu l-aħħar atti qabel jibda l-proċess. Fil-bidu tal-Maxiprocesso l-opinjoni pubblika bdiet tikkritika lill-maġistrati, lill-iskorta u r-rwol ġdid tagħhom. Wara dan, Borsellino laħaq Prokuratur Kap tat-Tribunal ta' Marsala.

Lejn it-tmiem

immodifika

Fl-1991 Falcone, mar Ruma bħala direttur tal-affarijiet penali biex jaħdem għat-twaqqif tas-Superprokura. Ħass il-bżonn li jinvolvi iktar lil politiċi importanti fil-ġlieda kontra l-mafja. Iżda fit-23 ta' Mejju 1992 seħħet l-"Istraġi ta’ Capaci" li fiha Giovanni Falcone nqatel mill-mafja flimkien ma' martu u l-iskorta.

Kien sejjer Palermo lura minn Ruma, kif kien jagħmel dejjem fi tmiem il-ġimgħa. L-ajruplan tas-servizz telaq mill-ajruport ta' Ciampino fil-16:45 u wasal Punta Raisi wara vjaġġ ta' 53 minuta. Kien hemm jistennewh tliet karozzi Fiat Croma blindati, bi grupp ta' skorta taħt il-kap tal-iskwadra mobbli ta' Palermo, Arnaldo La Barbera. Kif niżel mill-ajruplan, Falcone mar isuq il-Croma bajda, u fis-seat ta' ħdejh qagħdet Francesca Morvillo filwaqt li x-xufier Giuseppe Costanza qagħad fis-seat ta' wara. Fil-Croma ħamra kien hemm Vito Schifani, Antonio Montinaro u Rocco Dicillo, u f'dik blu Paolo Capuzzo, Gaspare Cervello u Angelo Corbo. Quddiem kien hemm il-ħamra, imbagħad il-bajda misjuqa minn Falcone, u fl-aħħar il-blu. Xi ħadd ċempel lill-qattiela li Falcone kien telaq mill-ajruport biex jilħqu jlestu l-isplussiv.

Il-karozzi qabdu l-awtostrada fid-direzzjoni ta' Palermo. Ma daqqewx sireni, kollox deher trankwill. Tmien minuti wara, fis-17:58, ħames mitt kilo ta' TNT imqiegħda f'mina mħaffra taħt it-triq, ġew sploduti permezz ta' remote control minn Giovanni Brusca, mafjuż fuq ordni ta' Totò Riina. Falcone ma mietx mill-ewwel imma siegħa wara fl-isptar ħabba ħafna emoraġiji interni.

L-ewwel kotba bil-Malti dwar il-mafja

immodifika

Nhar id-19 ta’ Lulju 2017, Say it Publications ippubblikaw u nedew żewġ kotba bl-isem “Sfidaw lill-Mafja”[1] ta’ Robert Aloisio fl-okkażjoni tal-25 sena mill-qtil taż-żewġ imħallfin Palermitani, Giovanni Falcone u Paolo Borsellino. It-tnedija saret fiċ-Ċentru Ħanin Samaritan, Santa Venera. Borsellino nqatel propju bħal dakinhar, nhar id-19 ta’ Lulju 1992, fil-ħamsa ta’ filgħaxija, minn karozza bomba pparkjata taħt id-dar ta’ ommu.

Dawn il-kotba Aloisio kitibhom biex ma ninsewx. Il-25 sena mill-qtil barbaru tal-imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino ma riedx iħallih anniversarju li jibqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn. Tassew li dawn l-eroj ma kinux Maltin. Kienu Sqallin. Imma qabelxejn kienu persuni onesti, korretti u ġusti.

“Sfidaw lill-Mafja” u “Falcone u Borsellino: Żewġ lmħallfin li Sfidaw lill-Mafja”, Aloisio kitibhom biex jagħti tama u jfakkar li ma rridu qatt nidraw il-ħażen, ikunx mafja jew xi ħaġa oħra, u m’għandna qatt nirrassenjaw ruħna għalih. Il-ġwejjef u l-beżżiegħa jagħmlu hekk.

Suġġetti trattati fil-kotba

immodifika

• L-istorja tal-Imħallef Giovanni Falcone li l-mafja użat nofs tunnellata splussiv biex toqtlu. Għaliex il-mafja kienet tobogħdu daqshekk?

• L-istorja tal-Imħallef Paolo Borsellino li wara li qatlu lil sieħbu Falcone kien jaf li kien imiss lilu. Għaliex baqa’ hemm u ma telaqx minn Sqallija?

• L-istorja ta’ Rosaria, armla żagħżugħa li l-għajta tagħha fil-knisja, għajta ta’ maħfra u ġustizzja, għadha tidwi sal-lum. Għaliex?

• L-istorja ta’ Tommaso Buscetta, is-superboss tal-mafja, li wara li l-Corleonesi mafjużi qatlulu tnax-il membru tal-familja tiegħu, fosthom tnejn minn uliedu, iddeċieda li jikkollabora mal-ġustizzja u kixef is-sistema mafjuża.

• L-istorja ta’ Totò Riina, “il capo dei capi”, li minn kriminal żgħir ta’ serq ta’ bhejjem spiċċa biex sar il-kap tal-mafja kollha ta’ Palermo. Kif irnexxielu jagħmel dan?

• Ir-rabta bejn il-mafja ta’ Sqallija u Malta. Veru li Totò Riina kien ikun spiss Għawdex? Veru li dak li għafas ir-remote u sploda lil Falcone ftit qabel kien ukoll Għawdex?

• X’kienu ġew jagħmlu Malta t-tliet ulied tal-Imħallef Borsellino, tliet xhur wara li qatlulhom lil missierhom? Intervista ma’ min kien responsabbli li ġabhom hawn Malta.

• Intervista esklussiva ma’ Maria Falcone, oħt l-Imħallef Falcone, b’messaġġ lill-qarrejja u liż-żgħażagħ Maltin.

• Dizzjunarju ta’ termini assoċjati mal-mafja.

• 100 kwotazzjoni minn fomm dawk li ġġieldu lill-mafja.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Log into Facebook". Facebook (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-19.