Ġannikol Buhagiar

pittur Malti (1698–1725)
(Rindirizzat minn Gio Nicola Buhagiar)

Ġannikol Buhagiar, magħruf ukoll bħala Gio Nicola Buhagiar jew Gian Nicola Buhagiar, (17 ta’ Mejju 1698 – 21 ta’ Marzu 1752) kien pittur Malti.

Ġannikol Buhagiar
Ħajja
Twelid Ħaż-Żebbuġ, 17 Mejju 1698, 1698
Mewt Valletta, 21 Marzu 1752
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
Post tax-xogħol Malta

Bijografija

immodifika
 
Sant Agata, Mużew tal-Katidral, ir-Rabat, Għawdex

Buhagiar twieled Ħaż-Żebbuġ fis-17 ta’ Mejju 1698. Huwa kien iben in-naġġar tal-ġebel Pasquale Buhagiar, filwaqt li ommu kienet Leonora Buttigieg, oriġinarjament mis-Siġġiewi. Il-familja eventwalment marret toqgħod fil-belt kapitali ġdida ta' Malta, Valletta.[1]

Buhagiar kellu ħanut tax-xogħol fejn il-pittur sieħbu Francesco Zahra aktarx li beda t-taħriġ tiegħu. Ix-xogħolijiet bikrin ta' Zahra kien ispirat ħafna minn dawk ta' Buhagiar, tant li l-istil tagħhom kien kważi ma jintgħarafx[2] u xi xogħlijiet attribwiti lil Zahra setgħu fil-fatt ikunu ta' Buhagiar. Pereżempju, Is-Sagra Familja m’Alla l-Missier li tinstab fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien kienet attribwita għal ħafna snn liż-żewġ artisti, iżda issa hija meqjusa bħala xogħol ta’ Buhagiar.[1]

Fl-14 ta’ Frar 1719 huwa żżewweġ lil Anna Maria Cachia, u kellhom tlett itfal: Maria, Eleonora u Ferdinando. Dan tal-aħħar sar saċerdot.

Buhagiar miet fil-Belt Valletta fil-21 ta' Marzu 1752 u ndifen fil-Knisja tal-Karmenu.[1]

Xogħlijiet

immodifika

Xogħlijiet attribwiti lil Buhagiar jinstabu f’għadd ta’ knejjes u kappelli madwar il-gżejjer Maltin. Il-pitturi tiegħu jinkludu l-Madonna tal-Karità (1738) fil-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ u l-Madonna tar-Rużarju fil-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Xogħlijiet oħra jinstabu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, u fil-knejjes parrokkjali ta' Bormla, l-Għarb, Ħal Għaxaq, l-Imqabba, in -Naxxar, l-Isla, is- Siġġiewi, ir- Rabat u Ħaż-Żabbar, fil- Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, kif ukoll diversi knejjes oħra f’Malta u Għawdex.[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A–F. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 339–340. ISBN 9789993291329.
  2. ^ "Francesco Zahra 1710–1773 His life and art in mid-18th century Malta". Midsea Books. Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 October 2018.