Gayatri Chakravorty Spivak
Gayatri Chakravorty Spivak FBA (imwielda fl-24 ta' Frar 1942) hija studjuża, teorika letterarja, u kritiku femminista Indjana. Spivak hija Professur fl-Università ta' Columbia, u membru fundatriċi tal-Comparative Literature and Society fl-istess università.[1]
Gayatri Chakravorty Spivak | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Calcutta, 24 Frar 1942 (82 sena) |
Nazzjonalità | Indja |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Calcutta Lady Brabourne College (en) Girton College (en) Università ta' Cornell Università ta' Iowa St. John's Diocesan Girls' Higher Secondary School (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb filosofu għalliem fl-università traduttur kritiku letterarju |
Impjegaturi |
Università ta' Columbia Università ta' Iowa (1966 - 1970) Università ta' Iowa (1970 - 1974) University of Texas at Austin (en) (1978 - 1984) Emory University (en) (1984 - 1986) University of Pittsburgh (en) (1986 - 1991) Università ta' Columbia (1991 - University of California, Irvine (en) (2002 - 2018) |
Premjijiet |
List |
Influwenzat minn | Paul de Man (mul) |
Sħubija | Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi |
Meqjusa bħala waħda mill-aktar teoriċi postkolonjali influwenti, Spivak hija magħrufa l-aktar għall-esej tagħha Can the Subaltern Speak?, u għat-traduzzjoni u l-introduzzjoni tagħha f'De la grammatologie ta' Jacques Derrida[2]. Hija ttraduċiet diversi xogħlijiet ta' Mahasweta Devi għall-Ingliż, b'noti kritiċi dwar ħajjet Devi u l-istil tal-kitba tagħha, partikolarment f'Imaginary Maps u Breast Stories.
Fl-2012, Spivak ingħatat il-Premju tal-Arti u tal-Filosofija ta' Kyoto minħabba li kienet "teorika u edukatriċi li tkellmet għall-umanitajiet kontra l-kolonjaliżmu intellettwali f'dinja globalizzata". Fl-2013, hija rċiviet il-Padma Bhushan, it-tielet l-ogħla premju ċivili mogħti mir-Repubblika tal-Indja.
Għalkemm Spivak hija spiss assoċjata mal-postkolonjaliżmu, hija kkonfermat kif tbiegħdet minn din id-dixxiplina fil-ktieb tagħha A Critique of Postcolonial Reason (1999), pożizzjoni li sostniet fl-esej "How the Heritage of Postcolonial Studies Thinks Colonialism Today", ippubblikata f'Janus Unbound: Journal of Critical Studies, fl-2021.
Referenzi
immodifika- ^ "Gayatri C. Spivak | The Department of English and Comparative Literature". english.columbia.edu. Miġbur 2023-03-16.
- ^ From Agamben to Žižek : contemporary critical theorists. Edinburgh. 2010.