Gżira ta' Jeju

gżira fin-Nofsinhar tal-Korea t'Isfel

Il-Gżira ta' Jeju (bil-Korean: 제주도; bil-Hanja: 濟州島; IPA: [tɕedzudo]) hija l-ikbar gżira fil-Korea t'Isfel, u tinsab fil-Provinċja ta' Jeju (il-Provinċja Awtogovernanti Speċjali ta' Jeju). Il-gżira tkopri erja ta' 1833.2 km2[1], jiġifieri 1.83 fil-mija tal-erja totali tal-Korea t'Isfel. Fl-2020, il-popolazzjoni residenti rreġistrata kienet ta' madwar 670,000 ruħ, l-ikbar popolazzjoni fost il-gżejjer fil-Korea t'Isfel.[2]

Ritratt satellitari tal-Gżira ta' Jeju

Il-gżira tinsab fl-Istrett tal-Korea, taħt il-Peniżola Koreana, fin-Nofsinhar tal-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Jeolla. Jeju hija l-unika provinċja awtogovernanti fil-Korea t'Isfel, li jfisser li l-provinċja titmexxa mill-abitanti lokali minflok mill-politiċi mill-art kontinentali.

Il-Gżira ta' Jeju għandha għamla ovali ta' 73 km mil-Lvant għall-Punent u ta' 31 km mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, b'xaqliba għan-niżla madwar il-Muntanja Halla fiċ-ċentru tal-gżira. It-tul tat-triq prinċipali huwa ta' 181 km u hemm 258 km ta' kosta. Fit-tarf nett fit-Tramuntana tal-gżira hemm il-Bajja ta' Kimnyeong, filwaqt li fit-tarf nett fin-Nofsinhar hemm il-Muntanja ta' Songak. Fit-tarf nett fil-Punent hemm Suwolbong, filwaqt li fit-tarf nett fil-Lvant hemm Seongsan Ilchulbong. Il-gżira tinsab fil-Baħar l-Isfar, fil-Baħar tal-Lvant taċ-Ċina, kif ukoll fil-Baħar tal-Ġappun li jservi bħala fruntiera importanti bejn iż-żewġ pajjiżi, speċjalment għall-Korea t'Isfel għal raġunijiet ekonomiċi, politiċi u militari.

Il-gżira "ffurmat mill-iżbroffar ta' vulkan taħt wiċċ il-baħar bejn wieħed u ieħor xi żewġ miljun sena ilu".[3] Fiha Sit ta' Wirt Dinji naturali tal-UNESCO, magħruf bħala l-Gżira Vulkanika ta' Jeju u t-Tubi tal-Lava.[4][5] Il-Gżira ta' Jeju għandha klima miti u moderata; anke fix-xitwa, it-temperatura qajla tinżel taħt iż-0 °C. Il-Gżira ta' Jeju hija destinazzjoni popolari għall-btajjel u porzjon imdaqqas tal-ekonomija tagħha jserraħ fuq it-turiżmu kif ukoll l-attività ekonomika mill-bażi navali/ċivili tagħha.

Ismijiet

immodifika

Storikament, il-gżira kienet tissejjaħ b'bosta ismijiet differenti, fosthom:

  • Doi (bil-Hangul: 도이, bil-Hanja: 島夷; litteralment "Gżira tal-Barbari")
  • Dongyeongju (bil-Hangul: 동영주; bil-Hanja: 東瀛州)
  • Juho (bil-Hangul: 주호, bil-Hanja: 州胡)
  • Tammora (bil-Hangul: 탐모라, bil-Hanja: 耽牟羅)
  • Seomna (bil-Hangul: 섭라, bil-Hanja: 涉羅)
  • Tangna (bil-Hangul: 탁라, bil-Hanja: 乇羅)
  • Tamna (bil-Hangul: 탐라, bil-Hanja: 耽羅)
  • Gżira ta' Quelpart[6][7], Quelparte[8] jew Quelpaert[9]
  • Junweonhado (bil-Hangul: 준원하도, bil-Hanja: 준원下島; jiġifieri "l-parti tan-Nofsinhar tal-peniżola")
  • Taekseungnido (bil-Hangul: 택승리도; jiġifieri "l-gżira sħuna paċifika f'Joseon")
  • Samdado (bil-Hangul: 삼다도; jiġifieri "l-Gżira tat-Tliet Abbundanzi").[10]

Qabel l-annessjoni Ġappuniża fl-1910, il-gżira kienet magħrufa l-iktar bħala l-Gżira ta' Quelpart għall-Ewropej;[11] matul l-okkupazzjoni kienet magħrufa bl-isem Ġappuniż tagħha, Saishū. L-isem Quelpart oriġina mil-lingwa Franċiża u huwa ddokumentat bl-Olandiż ukoll mhux iktar tard mill-1648. X'aktarx kien isem l-ewwel vapur Olandiż li lemaħ il-gżira, imsejjaħ quelpaert de Brack għall-ħabta tal-1642, jew inkella kien jirreferi għal xi xebħ viżiv tal-gżira minn xi anglu ma' din il-klassi ta' vapuri (bastiment żgħir tad-dispaċċ).

L-ewwel esploraturi Ewropej li lemħu l-gżira, il-Portugiżi, sejħulha Ilha de Ladrones (il-Gżira tal-Ħallelin).[12]

L-isem "Gżira ta' Fungma" deher fl-"Atlas taċ-Ċina" ta' M. Martini li wasal fiċ-Ċina bħala missjunarju fl-1655.[13]

 
Il-logo tal-Provinċja ta' Jeju

Il-kitba tal-logo uffiċjali tal-Provinċja ta' Jeju hija bl-iswed biex tevoka l-bażalt tal-gżira, u tindika li t-tradizzjonijiet ta' Jeju għandhom jiġu ppreservati u żviluppati. L-aħdar jissimbolizza l-ambjent naturali tal-Muntanja Halla u ta' Jeju inġenerali, il-blu jissimbolizza l-baħar ta' Jeju, u l-oranġjo jissimbolizza l-futur ta' tama u l-valur tal-Provinċja Awtogovernanti Speċjali ta' Jeju.[14]

L-iktar entità politika bikrija fuq il-gżira kien ir-renju ta' Tamna.[15]

Wara l-invażjonijiet tal-Mongoli fil-Korea, l-Imperu Mongolu stabbilixxa bażi fuq il-Gżira ta' Jeju u kkonverta parti mill-gżira f'żona tar-ragħha għall-kavallerija Mongola stazzjonata hemmhekk.[16]

Fil-bidu tas-seklu 15, il-Gżira ta' Jeju kienet soġġetta għat-tmexxija ċċentralizzata ferm tad-dinastija Joseon. Projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar ġiet implimentata għal kważi 200 sena u bosta rewwixti mir-residenti tal-Gżira ta' Jeju ġew imwaqqfa.[17]

Rewwixta ta' Jeju

immodifika
 
Simpatizzanti Komunisti ssuspettati jistennew li jiġu ġġustizzjati f'Mejju 1948 wara r-Rewwixta ta' Jeju

Mit-3 ta' April 1948 sa Mejju 1949, il-gvern tal-Korea t'Isfel implimenta kampanja anti-Komunista biex imur kontra tentattiv ta' rewwixta fil-gżira.[18][19] Il-kawża ewlenija għar-ribelljoni kienet l-elezzjoni skedata għall-10 ta' Mejju 1948, li ġiet maħsuba mill-Kummissjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Korea (UNTCOK) biex jinħoloq gvern ġdid għall-Korea kollha. L-elezzjonijiet ġew ippjanati biss għan-Nofsinhar tal-pajjiż, in-nofs tal-peniżola li kienet taħt il-kontroll tal-UNTCOK. Minħabba l-biża' li l-elezzjonijiet kienu se jkomplu jsaħħu l-firda, ġellieda tal-guerrilla tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea t'Isfel irreaġixxew b'mod vjolenti, u attakkaw lill-pulizija lokali u lill-gruppi taż-żgħażagħ tal-Lemin stazzjonati fil-Gżira ta' Jeju.[19][20]

Fl-2008, il-katavri tal-vittmi ta' massakru ġew skoperti f'qabar tal-massa ħdejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Jeju.[21]

Refuġjati fil-Gżira ta' Jeju

immodifika

Fl-2018, 500 refuġjat ħarbu mill-gwerra ċivili fil-Jemen u marru lejn il-Gżira ta' Jeju. Dawn ikkawżaw bosta lmenti u tħassib fost ir-residenti tal-Gżira ta' Jeju.[22][23][24][25][26][27]

Żjara ppjanata ta' Kim Jong-Un

immodifika

Fil-11 ta' Novembru 2018, ġie mħabbar li kienu bdew it-tħejjijiet biex jiġi milqugħ il-mexxej tal-Korea ta' Fuq Kim Jong-Un, li żar il-gżira waqt iż-żjara tiegħu fil-Korea t'Isfel. Kim Jong-Un ġie ttrasportat lejn il-gżira bil-ħelikopter.[28] It-tħabbira saret wara li 200 tunnellata ta' mandolin maħsuda f'Jeju ntbagħtu lill-Korea ta' Fuq bħala sinjal ta' apprezzament għal kważi żewġ tunnellati ta' faqqiegħ tal-Korea ta' Fuq li Kim Jong-Un ta lill-Korea t'Isfel bħala rigal, wara s-summit inter-Korean ta' Settembru 2018.[29][30]

Arkeoloġija

immodifika

F'Novembru 2020, l-arkeologi tal-Korea t'Isfel ħabbru l-iskoperta ta' skal mitluf ta' 900 sena tul il-kosta ta' Sinchangli. Ir-riċerkaturi skoprew ukoll oġġetti jleqqu, fosthom muniti u bċejjeċ taċ-ċeramika ta' żmien id-dinastija Song tat-Tramuntana.[31]

Ġeografija

immodifika
 
Baengnokdam fil-Muntanja Halla

Il-Gżira ta' Jeju hija gżira vulkanika, iddominata minn Hallasan: vulkan għoli 1,950 metru u l-ogħla muntanja fil-Korea t'Isfel. Il-gżira hija twila 73 kilometru mil-Lvant għall-Punent u 41 kilometru mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.[32]

Il-gżira ffurmat mill-iżbroffar vulkaniku madwar żewġ miljun sena ilu, matul l-era Ċenożojka.[33] Il-gżira tikkonsisti l-iktar minn bażalt u lava.

Żona li tkopri madwar 12 % (224 kilometru kwadru) tal-Gżira ta' Jeju hija magħrufa bħala l-Foresta ta' Gotjawal. Din iż-żona baqgħet mhux ikkultivata sas-seklu 21, peress li l-bażi ta' lava tat-tip 'a'a għamilha diffiċli għall-iżvilupp tal-agrikoltura. Peress li din il-foresta baqgħet mhux mimsusa għal daqstant żmien, għandha ekoloġija unika.[34]

Il-foresta hija s-sors ewlieni ta' ilma tal-pjan u għaldaqstant hija s-sors ta' ilma prinċipali għall-popolazzjoni tal-gżira. L-ilma tax-xita jiskula fil-ħażna tal-ilma ta' taħt l-art mix-xquq tal-lava tat-tip 'a'a taħt il-foresta. Il-Foresta ta' Gotjawal titqies bħala art mistagħdra importanti internazzjonalment skont il-Konvenzjoni Ramsar[35] peress li hija l-ħabitat ta' speċijiet uniċi ta' pjanti u hija s-sors ta' ilma prinċipali għar-residenti, għalkemm sa issa ma ġietx iddikjarata bħala sit Ramsar.[36]

Formazzjoni

immodifika
  • Madwar żewġ miljun sena ilu, il-Gżira ta' Jeju bdiet tiġi ffurmata permezz ta' attività vulkanika.[33]
  • Madwar 1.2 miljun sena ilu, taħt qiegħ il-baħar ifforma kompartiment tal-magma u beda jiżbroffa.
  • Madwar 700,000 sena ilu, il-gżira kollha ġiet iffurmata permezz ta' attività vulkanika. Din l-attività vulkanika mbagħad waqfet għal kważi 100,000 sena.
  • Madwar 300,000 sena ilu, l-attività vulkanika reġgħet bdiet tul il-kosta.
  • Madwar 100,000 sena ilu, l-attività vulkanika ffurmat il-Muntanja Halla.
  • Madwar 25,000 sena ilu, żbroffar laterali madwar il-Muntanja Halla ħalla warajh diversi oreum (krateri "parassitiċi" iżgħar mal-ġnub tal-krater prinċipali).
  • L-attività vulkanika waqfet u l-erożjoni u l-esponiment għall-elementi tul ħafna snin komplew isawru l-gżira.[37]

Il-Gżira ta' Jeju għandha klima subtropikali umduża (Cfa fil-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Jiġu esperjenzati erba' staġuni distinti; ix-xtiewi jkunu kesħin b'xita moderata, filwaqt li s-sjuf ikunu sħan u umdużi b'ħafna xita.

F'Jannar 2016, mewġa ta' kesħa affettwat ir-reġjun. Il-borra u s-silġ ġiegħlu l-kanċellazzjoni ta' 1,200 titjira minn jew lejn il-Gżira ta' Jeju, u dan ħassar il-pjanijiet ta' madwar 90,300 passiġġier.[38]

Data klimatika għall-belt ta' Jeju (1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 8.3

(46.9)

9.4

(48.9)

12.8

(55.0)

17.5

(63.5)

21.6

(70.9)

24.8

(76.6)

29.0

(84.2)

29.8

(85.6)

25.8

(78.4)

21.3

(70.3)

16.0

(60.8)

11.0

(51.8)

18.9

(66.0)

Temp. medja kuljum °C (°F) 5.7

(42.3)

6.4

(43.5)

9.4

(48.9)

13.8

(56.8)

17.8

(64.0)

21.5

(70.7)

25.8

(78.4)

26.8

(80.2)

23.0

(73.4)

18.2

(64.8)

12.8

(55.0)

8.1

(46.6)

15.8

(60.4)

Temp. baxxa medja °C (°F) 3.2

(37.8)

3.6

(38.5)

6.1

(43.0)

10.2

(50.4)

14.4

(57.9)

18.7

(65.7)

23.3

(73.9)

24.3

(75.7)

20.4

(68.7)

15.1

(59.2)

9.8

(49.6)

5.3

(41.5)

12.9

(55.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 65.2

(2.57)

62.6

(2.46)

88.6

(3.49)

89.6

(3.53)

96.4

(3.80)

181.4

(7.14)

239.9

(9.44)

262.5

(10.33)

221.6

(8.72)

80.3

(3.16)

61.9

(2.44)

47.7

(1.88)

1,497.6

(58.96)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 12.6 10.3 11.2 10.0 10.4 11.8 12.5 13.5 10.8 7.0 9.3 10.8 130.2
Umdità relattiva medja (%) 65.3 64.9 64.9 66.5 70.4 76.8 78.3 76.5 73.7 66.9 65.1 65.1 69.6
Sigħat ta' xemx medji fix-xahar 70.4 105.4 158.9 194.4 211.9 170.9 195.6 195.6 161.7 178.5 126.0 84.8 1,854.1
Sors: L-Amministrazzjoni Meteoroloġika tal-Korea[39]
Data klimatika għal Seogwipo-si (1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aug Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 10.7

(51.3)

11.6

(52.9)

14.4

(57.9)

18.5

(65.3)

22.0

(71.6)

24.6

(76.3)

28.3

(82.9)

30.1

(86.2)

27.4

(81.3)

23.4

(74.1)

18.2

(64.8)

13.2

(55.8)

20.2

(68.4)

Temp. medja kuljum °C (°F) 6.8

(44.2)

7.8

(46.0)

10.6

(51.1)

14.8

(58.6)

18.6

(65.5)

21.7

(71.1)

25.6

(78.1)

27.1

(80.8)

23.9

(75.0)

19.3

(66.7)

14.1

(57.4)

9.3

(48.7)

16.6

(61.9)

Temp. baxxa medja °C (°F) 3.6

(38.5)

4.4

(39.9)

7.1

(44.8)

11.3

(52.3)

15.3

(59.5)

19.2

(66.6)

23.5

(74.3)

24.6

(76.3)

21.1

(70.0)

15.9

(60.6)

10.6

(51.1)

5.9

(42.6)

13.5

(56.3)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 61.0

(2.40)

77.1

(3.04)

131.2

(5.17)

174.9

(6.89)

205.8

(8.10)

276.9

(10.90)

309.8

(12.20)

291.6

(11.48)

196.6

(7.74)

81.6

(3.21)

71.4

(2.81)

45.1

(1.78)

1,923

(75.71)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 10.3 9.5 11.0 10.5 10.7 12.9 14.3 14.2 10.3 6.1 7.4 8.1 125.3
Umdità relattiva medja (%) 62.8 62.1 62.4 64.5 69.9 78.2 84.1 79.0 72.5 63.9 63.2 62.2 68.7
Sigħat ta' xemx medji fix-xahar 152.2 152.6 174.0 190.9 199.0 144.2 142.1 184.2 176.1 207.1 170.5 161.8 2,054.7
Sors: L-Amministrazzjoni Meteoroloġika tal-Korea[40]
Data klimatika għal Seongsan-eup (1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aug Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 9.0

(48.2)

10.2

(50.4)

13.4

(56.1)

17.8

(64.0)

21.6

(70.9)

24.2

(75.6)

27.9

(82.2)

29.5

(85.1)

26.5

(79.7)

22.0

(71.6)

16.6

(61.9)

11.4

(52.5)

19.2

(66.6)

Temp. medja kuljum °C (°F) 5.4

(41.7)

6.2

(43.2)

9.3

(48.7)

13.6

(56.5)

17.5

(63.5)

20.8

(69.4)

24.9

(76.8)

26.3

(79.3)

23.1

(73.6)

18.0

(64.4)

12.5

(54.5)

7.6

(45.7)

15.4

(59.7)

Temp. baxxa medja °C (°F) 2.0

(35.6)

2.4

(36.3)

5.2

(41.4)

9.2

(48.6)

13.5

(56.3)

17.6

(63.7)

22.4

(72.3)

23.6

(74.5)

20.2

(68.4)

14.2

(57.6)

8.4

(47.1)

3.9

(39.0)

11.9

(53.4)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 83.2

(3.28)

69.7

(2.74)

142.2

(5.60)

150.1

(5.91)

177.7

(7.00)

223.7

(8.81)

283.2

(11.15)

360.6

(14.20)

228.4

(8.99)

90.8

(3.57)

85.1

(3.35)

72.0

(2.83)

1,966.8

(77.43)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 11.1 9.1 10.9 9.1 9.4 12.4 13.0 13.6 9.8 5.8 7.7 8.9 120.8
Umdità relattiva medja (%) 67.5 65.1 65.0 66.7 71.4 81.1 84.4 80.6 75.3 68.4 67.8 67.6 71.7
Sigħat ta' xemx medji fix-xahar 122.5 146.9 170.1 192.9 205.3 145.6 157.4 173.4 157.2 187.8 155.5 130.3 1,944.7
Sors: L-Amministrazzjoni Meteoroloġika tal-Korea[41]
Data klimatika għal Gosan-ri (1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aug Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 8.6

(47.5)

9.4

(48.9)

12.3

(54.1)

16.5

(61.7)

20.0

(68.0)

23.4

(74.1)

27.3

(81.1)

29.1

(84.4)

26.0

(78.8)

21.2

(70.2)

16.2

(61.2)

11.2

(52.2)

18.4

(65.1)

Temp. medja kuljum °C (°F) 6.2

(43.2)

6.7

(44.1)

9.3

(48.7)

13.3

(55.9)

16.8

(62.2)

20.6

(69.1)

24.7

(76.5)

26.2

(79.2)

23.1

(73.6)

18.3

(64.9)

13.3

(55.9)

8.6

(47.5)

15.6

(60.1)

Temp. baxxa medja °C (°F) 3.8

(38.8)

4.2

(39.6)

6.5

(43.7)

10.4

(50.7)

14.2

(57.6)

18.3

(64.9)

22.7

(72.9)

23.9

(75.0)

20.6

(69.1)

15.7

(60.3)

10.7

(51.3)

6.1

(43.0)

13.1

(55.6)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 43.9

(1.73)

46.9

(1.85)

75.8

(2.98)

86.4

(3.40)

110.2

(4.34)

148.7

(5.85)

178.0

(7.01)

201.8

(7.94)

116.2

(4.57)

45.7

(1.80)

57.4

(2.26)

31.7

(1.25)

1,142.8

(44.99)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 11.4 9.1 10.9 9.3 10.1 11.8 11.9 13.4 9.3 6.1 8.0 9.7 121
Umdità relattiva medja (%) 67.0 68.4 69.5 73.2 79.5 85.1 88.4 83.2 77.2 69.0 67.1 66.0 74.5
Sigħat ta' xemx medji fix-xahar 90.9 126.5 167.0 196.3 201.6 158.0 176.6 215.5 187.8 207.2 153.6 108.4 1,989.2
Sors: L-Amministrazzjoni Meteoroloġika tal-Korea[42]
Data klimatika għall-Oreum ta' Witse (2003-2009, elevazzjoni ta' 1,672 m)
Month Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aug Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) −1.6

(29.1)

0.9

(33.6)

3.4

(38.1)

10.0

(50.0)

14.9

(58.8)

18.1

(64.6)

20.3

(68.5)

20.6

(69.1)

18.1

(64.6)

13.2

(55.8)

6.8

(44.2)

0.0

(32.0)

10.4

(50.7)

Temp. medja kuljum °C (°F) −5.9

(21.4)

−3.5

(25.7)

−0.8

(30.6)

5.2

(41.4)

10.3

(50.5)

14.0

(57.2)

17.4

(63.3)

17.4

(63.3)

14.2

(57.6)

8.2

(46.8)

2.2

(36.0)

−3.5

(25.7)

6.4

(43.5)

Temp. baxxa medja °C (°F) −9.1

(15.6)

−7.5

(18.5)

−5.1

(22.8)

0.7

(33.3)

5.7

(42.3)

10.4

(50.7)

14.7

(58.5)

14.5

(58.1)

11.0

(51.8)

4.3

(39.7)

−0.9

(30.4)

−6.6

(20.1)

2.7

(36.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 46.9

(1.85)

128.0

(5.04)

301.2

(11.86)

426.1

(16.78)

653.1

(25.71)

651.9

(25.67)

742.3

(29.22)

836.4

(32.93)

526.7

(20.74)

126.5

(4.98)

165.8

(6.53)

64.6

(2.54)

4,669.4

(183.83)

Sors: L-Amministrazzjoni Meteoroloġika Reġjonali ta' Jeju[43]

Ekonomija

immodifika

It-turiżmu huwa komponent importanti tal-ekonomija lokali. Il-gżira xi kultant tissejjaħ il-"Hawaii tal-Korea t'Isfel". It-turisti miċ-Ċina ma għandhomx bżonn viża biex iżura l-Gżira ta' Jeju, għad-differenza tal-kumplament tal-Korea t'Isfel, u fis-snin 10 tas-seklu 21 bdew iżuru l-gżira permezz ta' pakketti turistiċi speċjalizzati sabiex jiksbu l-liċenzja tas-sewqan tal-Korea t'Isfel; it-test huwa simili għal dak li jsir fiċ-Ċina, iżda jista' jitlesta f'inqas żmien u huwa eħfef. Il-formoli tal-applikazzjoni u tat-testijiet huma disponibbli b'bosta lingwi, u liċenzja tas-sewqan tal-Korea t'Isfel, għad-differenza ta' waħda Ċiniża, twassal biex id-detentur tal-liċenzja jkun eliġibbli għal Liċenzja tas-Sewqan Internazzjonali.[44]

Turiżmu

immodifika
 
Il-muntanji ta' Jeju fil-ħarifa

Fl-1962, il-gvern tal-Korea t'Isfel stabbilixxa l-Korporazzjoni Nazzjonali Koreana għat-Turiżmu biex jimmonitorja u jirregola t-turiżmu intern u estern, u iktar 'il quddiem biddillu ismu għall-Organizzazzjoni Nazzjonali Koreana għat-Turiżmu.[45] Filwaqt li l-Korea ma tantx għandha riżorsi naturali abbundanti, it-turiżmu jiġġenera introjtu għall-Korea t'Isfel kollha. Fil-Provinċja ta' Jeju, speċifikament, it-turiżmu kien ta' benefiċċju u kkontribwixxa ferm għal tkabbir fl-ekonomija. Il-Gżira ta' Jeju, li spiss tiġi mqabbla ma' Hawaii, “hija d-destinazzjoni tax-xitwa għat-turisti Asjatiċi li jkunu jridu jgawdu temp sħun u bajjiet mill-isbaħ”.[46]

Il-gżira għandha popolazzjoni ta' xi 660,000 ruħ, iżda tospita 15,000,000 viżitatur fis-sena.[47] L-Ingliż ma tantx jiġi mitkellem b'mod mifrux fil-Gżira ta' Jeju, u “d-djalett lokali huwa differenti biżżejjed mill-Korean biex jiġi rikonoxxut bħala lingwa distinta”.[48] “Sa reċentement, il-vjaġġaturi Ċiniżi kienu jirrappreżentaw xi 80 % tal-vjaġġaturi barranin”; madankollu, minħabba l-installazzjoni tas-sistema THAAD (is-sistema tad-difiża f'altitudni għolja) fil-Korea, il-vjaġġaturi Ċiniżi naqsu drastikament. Minkejja dan, “is-sistema THAAD suppost isservi ta' tarka kontra l-missili mill-Korea ta' Fuq”, iżda ċ-Ċina tqisha bħala theddida għas-sigurtà.[49]

 
Il-mogħdijiet tal-injam fl-għelieqi tat-te tal-Muntanja Halla

Ma hemm l-ebda rekwiżit ta' viża għall-viżitaturi li jagħmlu soġġorn ta' mhux iktar minn 90 jum u ġew diskussi pjanijiet biex fil-ġejjieni jinbena t-tieni ajruport internazzjonali li huwa maħsub li għandu jitlesta sal-2035 biex jaqdi sa massimu ta' 45 miljun vjaġġatur. Dan għandu jtaffi l-pressjoni fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Jeju li attwalment qed jaqdi madwar 30 miljun vjaġġatur, jiġifieri erba' miljun iktar milli kien iddisinjat li jiflaħ. Hemm pjanijiet li l-ajruport attwali jżid it-titjiriet diretti lejn bliet maġġuri fosthom Tokyo, Osaka, Beijing, Shanghai, u Taipei.[50]

Għalkemm l-ekonomija tistagħna bis-saħħa tal-vjaġġaturi barranin, ir-residenti jbatu r-riperkussjonijiet negattivi tat-turiżmu. “Il-biċċa l-kbira tal-faċilitajiet kummerċjali u tal-kumpaniji maġġuri għandhom sjieda barranija”. Barra minn hekk, iż-żieda fit-turiżmu ġġib magħha problemi bħat-tniġġis fil-bajjiet, it-traffiku, u l-konsum eċċessiv tal-ilma tal-pjan. Il-gvern lokali ta' Jeju jaspira li jkun ħieles mill-karbonju sal-2030. “Kważi nofs il-karozzi elettriċi kollha fil-Korea t'Isfel huma rreġistrati fil-Gżira ta' Jeju”.

Il-Gżira ta' Jeju tospita wkoll ċentru teknoloġiku żgħir. Fl-2005, inħoloq il-Park tax-Xjenza ta' Jeju bħala kumpless għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tat-teknoloġija. Mill-implimentazzjoni tiegħu, il-park attira 117-il kumpanija tat-teknoloġija informatika u tal-bijoteknoloġija, u jospita s-sede tad-Daum Kakao Corporation.[51]

Il-Gżira ta' Jeju hija waħda mill-iktar postijiet popolari għas-surfing fil-Korea, tant li kien il-post fejn twieled is-surfing fil-Korea. Xi bajjiet famużi huma l-Bajja ta' Weoljung u l-Bajja ta' Jungmun. Din tal-aħħar tospita l-ewwel klabb tas-surfing fil-Korea, li ġie stabbilit fl-1995.[52]

Madwar il-Gżira ta' Jeju hemm gżejjer żgħar li l-viżitaturi jistgħu jżuru bil-lanċa, fosthom il-gżejjer ta' Udo, Gapado, u Marado. Il-Gżira ta' Udo hija famuża għall-ġiti turistiċi bid-dgħajjes u għall-ġelat tal-lewż.

Il-Gżira ta' Jeju saret iktar popolari dan l-aħħar wara s-sensiela oriġinali ta' Netflix imsejħa Squid Game fejn issemmiet.[53]

 
L-irdumijiet bażaltiċi ta' Daepo Jusangjeolli

Attrazzjoni turistika kulturali huma l-hekk imsejħa Haenyeo (bugħaddasa nisa ta' Jeju) li jaħsdu l-gajdri, il-gandoffli, l-arzelli, l-imħar, l-alka u organiżmi oħra tal-baħar. L-istorja tagħhom tiġi spjegata fil-mużew tal-Haenyeo.[54]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Gżira Vulkanika ta' Jeju u t-Tubi tal-Lava ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007. Fl-2018 kien hemm modifika minuri fil-konfini tas-sit.[5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[5]

Edukazzjoni

immodifika
  • In-North London Collegiate School hija boarding school indipendenti Brittanika f'Seogwipo għas-subien u għall-bniet tal-età minn erba' snin sa 19-il sena.
  • L-Iskola Internazzjonali Koreana ta' Jeju hija boarding school indipendenti għas-subien u għall-bniet.
  • Il-Branksome Hall Asia hija istituzzjoni edukattiva indipendenti għall-bniet biss li tinsab f'Seogwipo.
  • L-Akkademja ta' St. Johnsbury hija boarding school ġdida għas-subien u għall-bniet li toffri sistema edukattiva Amerikana, u tinsab ukoll f'Seogwipo.
  • L-Università Nazzjonali ta' Jeju hija università pubblika.
  • L-Università Internazzjonali ta' Jeju hija università privata.
  • L-Università Cheju Halla hija kulleġġ privat.
  • L-Università tat-Turiżmu ta' Jeju hija kulleġġ privat.
  • Korea Polytechnics hija skola vokazzjonali postsekondarja pubblika; il-Campus ta' Jeju jinsab fil-belt ta' Jeju.

Attrazzjonijiet

immodifika
  • It-Tubu tal-Lava ta' Manjanggul; li huwa twil tmien kilometri; kilometru minnhom huwa aċċessibbli pubblikament
  • Seongsan Ilchulbong jew il-"Quċċata tas-Sebħ"; kon u krater vulkaniċi tat-tufu
  • Il-Muntanja Hallasan; il-quċċata ċentrali dominanti tal-gżira
  • Il-Muntanja ta' Songaksan; muntanja u rdum tul il-kosta, b'bur tal-ħaxix ċatt li fih bosta mogħdijiet għall-mixi
  • Il-Villaġġ Folkloristiku ta' Seongeup
  • Il-Mużew tat-Teddy Bears ta' Jeju
  • Il-Mużew tal-Figurini ta' Jeju
  • Il-Park Labirint ta' Jeju
  • It-Triq Misterjuża
  • Kaskati (Jeongbang, Cheonjiyeon u Cheonjeyeon)
  • Jeju Loveland, park ta' skulturi b'temi sesswali
  • Il-Mużew tat-Te ta' O'Sulloc
  • Bajjiet (Jungmun, Hyeopjae)
  • Il-Park Tematiku ta' Ecoland bi vjaġġ ferrovjarju
  • Il-Foresta Rikreattiva Naturali ta' Jeolmul

Utilitajiet

immodifika

Il-grilja tal-enerġija tal-gżira hija kkollegata mal-impjanti tal-enerġija tal-art kontinentali tal-Korea t'Isfel minn HVDC Haenam–Cheju, u l-elettriku huwa pprovdut ukoll minn ġeneraturi li jinsabu fuq il-gżira. Mill-2001 kien hemm erba' impjanti tal-enerġija fuq il-gżira, u l-kostruzzjoni ta' oħrajn kienet ippjanati. L-iktar notevoli fosthom huma l-ġeneraturi mħaddma bil-gass tal-Impjant tal-Enerġija Termali ta' Jeju li jinsab fil-belt ta' Jeju. Dawn il-ġeneraturi ġew kostruwiti mill-1982 'il quddiem, u ssostitwew strutturi iktar bikrin li kienu ilhom jeżistu mill-1968. Bħal fil-bqija tal-Korea, il-provvista tal-enerġija hija ssorveljata mill-Korporazzjoni tal-Enerġija Elettrika tal-Korea.[55]

Fi Frar 2012, il-gvernatur tal-istat ta' Hawaii fl-Istati Uniti, Neil Abercrombie, u d-direttur tas-Suq tal-Elettriku u tad-Diviżjoni tal-Grilja Intelliġenti fil-Ministeru Korean għall-Ekonomija tal-Għarfien, Choi Kyu-Chong, iffirmaw ittra ta' intenzjoni biex jikkondividu l-informazzjoni dwar it-teknoloġija tal-Grilja Intelliġenti. Il-Grilja Intelliġenti ta' Jeju inizjalment ġiet installata f'6,000 dar f'Gujwa-eup u qed tiġi mwessa'. Il-Korea t'Isfel qed tuża l-programm pilota tal-Grilja Intelliġenti ta' Jeju għall-ittestjar sabiex timplimenta Grilja Intelliġenti għall-pajjiż kollu sal-2030.[56]

Trasport

immodifika

Il-gżira hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Jeju fil-belt ta' Jeju. Ir-rotta tal-ajru minn Seoul sal-belt ta' Jeju hija l-iktar waħda li tittrasporta passiġġieri fid-dinja, b'marġni sinifikanti. Saħansitra ġew ittrasportati madwar 13,400,000 passiġġier bejn iż-żewġ bliet fl-2017.[57] Bliet oħra li għandhom titjiriet lejn il-Gżira ta' Jeju huma Daegu, Busan, Gunsan u Gwangju.

Il-Gżira ta' Jeju hija aċċessibbli wkoll minn Busan bil-lanċa. Il-vjaġġ bil-lanċa jieħu bejn tliet sigħat u 12-il siegħa.[58]

Il-gżira għandha sistema tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, iżda ma hemm l-ebda linja ferrovjarja fuq il-gżira. Ġiet proposta mina ferrovjarja li twassal sal-gżira, b'kollegament man-network ekspress Korean iżda attwalment ma twettaq xejn minħabba t-tħassib dwar il-kostijiet u l-oppożizzjoni lokali fil-gżira.[59]

Bażi Navali ta' Cheju/Jeju

immodifika

Fl-1993, ir-Repubblika tal-Korea bdiet bl-ippjanar ta' bażi navali fuq il-Gżira ta' Jeju. Il-kostruzzjoni bdiet fil-villaġġ ta' Gangjeong fl-2007 u tlestiet fl-2011. Il-bażi kienet iddeżinjata biex tkun port militari u kummerċjali mħallat, simili għal dawk f'Sydney, l-Awstralja u f'Hawaii, l-Istati Uniti. Il-bażi tista' takkomoda sa 20 bastiment tal-gwerra u tliet sottomarini, kif ukoll żewġ bastimenti tal-kruċieri ċivili sa 150,000 tunnellata. L-isem uffiċjali tiegħu huwa l-Kumpless tal-Port Ċivili-Militari ta' Jeju. Ir-residenti ta' Jeju, l-ambjentalisti, u l-partiti tal-oppożizzjoni opponew il-kostruzzjoni[60] u sostnew li l-perikli ambjentali jistgħu jikkawżaw ħsara lill-"Gżira tal-Paċi", titlu li ġie ddeżinjat mill-gvern.[61] Kien hemm protesti li kkawżaw dewmien fil-kostruzzjoni, iżda l-bażi tlestiet fl-2016.[62]

Fl-2002, ġiet irrapportata l-marda tal-iskarlattina fost it-tfal Koreani fil-Provinċja ta' Jeju. Ix-xjenzati wettqu riċerka fuq din il-marda u għamlu analiżi skont l-età sabiex tkun ta' sostenn għall-ipoteżijiet rilevanti tagħhom rigward kif kienet faqqgħet din il-marda. Is-Servizz Nazzjonali Korean ta' Assigurazzjoni tas-Saħħa analizza din id-data mill-klejms tal-assigurazzjoni fil-pajjiż kollu. Il-kalkoli tagħhom tar-rata grezza ta' inċidenza u l-applikazzjoni tal-estimatur intrinsiku għall-gruppi skont l-età u l-kalendarju żvelaw total ta' 2,345 każ ta' tfal li kellhom id-deni li kienet waħda mill-mardiet ewlenin. Dan wassal għall-iskoperta li t-tfal bejn 0 snin u sentejn kienu l-iktar li kellhom id-deni u kienu iktar is-subien milli l-bniet li mardu. Ix-xejra tal-marda battiet bejn l-2002 u l-2016 u l-korrelazzjoni naqset ukoll fis-snin kollha osservati.[63]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Largest Islands of Countries". www.worldislandinfo.com. Miġbur 2021-10-20.
  2. ^ “120417(조간)_2012년도_지적통계연보_발간(지적기획과1)” (HWP).
  3. ^ "Jeju Island". Business Traveller. Frar 2011.
  4. ^ "Unesco names World Heritage sites" (bl-Ingliż). 2007-06-28. Miġbur 2021-10-20.
  5. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Jeju Volcanic Island and Lava Tubes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-20.
  6. ^ Hulbert, H. B (1905). "The Island of Quelpart". Bulletin of the American Geographical Society. 37 (7): 396–408.
  7. ^ Hall, R. Burnett (1926). "Quelpart Island and Its People". Geographical Review. 16 (1): 60–72.
  8. ^ Hulbert, Archer Butler (1902). The Queen of Quelparte (bl-Ingliż). Little, Brown. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  9. ^ Sokol, A. E (1948). "The Name of Quelpaert Island". Isis. 38 (3/4): 231–235.
  10. ^ "Jeju Island Facts". www.softschools.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-21. Miġbur 2021-10-20.
  11. ^ "The Island of Quelpart" (PDF).
  12. ^ Sokol, A. E. (February 1948). "The Name Of Quelpaert Island". The University of Chicago Press. 38 (3/4): 231–235.
  13. ^ eastsea1994.org. "The memory and traces of marine exchange:Jeju Island in eastern and western antique maps" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-08-31. Miġbur 2021-10-21.
  14. ^ "제주특별자치도 코로나바이러스감염증-19 상황실". 제주특별자치도청 (bil-Korean). Miġbur 2021-10-20.
  15. ^ "The Queen of Tamna: Was Jeju previously ruled by a mythical warrior queen? - JEJU WEEKLY". www.jejuweekly.com (bil-Korean). Miġbur 2021-10-20.
  16. ^ Henthorn, William E. (1963). Korea: the Mongol invasions. E.J. Brill. p. 190.
  17. ^ Yang, Changyong; Yang, Sejung; O’Grady, William (2019-12-31). Jejueo: The Language of Korea's Jeju Island. University of Hawaii Press. p. 3. ISBN 978-0-8248-8140-5.
  18. ^ Hugh Deane (1999). The Korean War, 1945-1953. China Books&Periodicals, Inc. pp. 54–58. ISBN 9780141912240.
  19. ^ a b Merrill, John (1980). "Cheju-do Rebellion". The Journal of Korean Studies. 2: 139–197.
  20. ^ Deane, Hugh (1999). The Korean War 1945-1953. San Francisco: China Books and Periodicals Inc. pp. 54–58. ISBN 978-0-8351-2644-1.
  21. ^ "Islanders still mourn April 3 massacre - JEJU WEEKLY". www.jejuweekly.com (bil-Korean). Miġbur 2021-10-20.
  22. ^ "How hundreds of Yemenis fleeing the world's worst humanitarian crisis ended up on a resort island in South Korea" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-20.
  23. ^ Harris, Bryan (2018-06-30). "South Koreans outraged as 500 Yemeni refugees flee to island". Miġbur 2021-10-20.
  24. ^ "Yemeni refugees' fate tested on Jeju Island". koreatimes (bl-Ingliż). 2018-06-17. Miġbur 2021-10-20.
  25. ^ "South Korea to tighten laws amid influx of Yemeni asylum-seekers to resort island of Jeju" (bl-Ingliż). Singapore. 2018-06-29. Miġbur 2021-10-20.
  26. ^ He-rim, Jo (2018-06-29). "Justice Ministry proposes reinforcement measures to amend refugee act". The Korea Herald (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-20.
  27. ^ 이소현. "제주 온 예멘인 500여 명 난민 신청..엇갈리는 시선" (bil-Korean). Miġbur 2021-10-20.
  28. ^ "Jeju prepares for Kim Jong-un's visit by helicopter". koreatimes (bl-Ingliż). 2018-11-11. Miġbur 2021-10-20.
  29. ^ "Summit bears fruit as South Korea flies tangerines to North - Channel NewsAsia". web.archive.org. 2018-11-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-11. Miġbur 2021-10-20.
  30. ^ Ryall, Julian (2018-11-08). "South Korea declares Kim Jong-un's mushrooms safe to eat" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-20.
  31. ^ Jackson, Sofie (2020-11-27). "Archaeologists discover 900-year-old lost treasure under the sea". Dailystar.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-20.
  32. ^ "Map of Korea (13): Cheju Island". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2021-10-21.
  33. ^ a b Woo, Kyung; Sohn, Young; Ahn, Ung; Spate, Andy (January 2013), "Geology of Jeju Island", Jeju Island Geopark - A Volcanic Wonder of Korea, Geoparks of the World (closed), 1: 13–14, ISBN 978-3-642-20563-7
  34. ^ "RISS 통합검색 - 학위논문 상세보기". www.riss4u.net. Miġbur 2021-10-21.
  35. ^ Jang, Yong-chang and Chanwon Lee, 2009, "Gotjawal Forest as an internationally important wetland," Journal of Korean Wetlands Studies, 2009, Vol 1.
  36. ^ "Ramsar site list" (PDF). web.archive.org. 2009-01-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-01-14. Miġbur 2021-10-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  37. ^ "제주특별자치도 자연환경생태정보시스템". archive.ph. 2016-07-12. Miġbur 2021-10-21.
  38. ^ CNN, Tiffany Ap, for. "Deaths, travel disruption as bitter cold grips Asia". CNN. Miġbur 2021-10-21.
  39. ^ "평년값자료(30년) > 국내기후자료 > 기후자료 > 날씨". www.kma.go.kr. Miġbur 2021-10-21.
  40. ^ "평년값자료(30년) > 국내기후자료 > 기후자료 > 날씨". www.kma.go.kr. Miġbur 2021-10-21.
  41. ^ "평년값자료(30년) > 국내기후자료 > 기후자료 > 날씨". www.kma.go.kr. Miġbur 2021-10-21.
  42. ^ "평년값자료(30년) > 국내기후자료 > 기후자료 > 날씨". www.kma.go.kr. Miġbur 2021-10-21.
  43. ^ "제주도 최고多雨地 윗세오름, 연간 4669.4㎜ - 제주도 상세기후특성집 발행 - > 보도자료 > 사전정보공개 > 제주지방기상청 > 소속·산하기관 소개 > 기상청소개". web.kma.go.kr. Miġbur 2021-10-21.
  44. ^ Craig, Erin. "The unusual reason Chinese tourists are going to S Korea". www.bbc.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-21.
  45. ^ Lee, Yong-Sook (August 17, 2006). "The Korean War and tourism: Legacy of the war on the development of the tourism industry in South Korea". International Journal of Tourism Research. 8 (3): 157–170.
  46. ^ Lee, B. J. (2008-12-12). "Sun and Seafood on Korea's Jeju Island". Newsweek (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-21.
  47. ^ "South Korea's Jeju Island suffers from 'too many tourists'". South China Morning Post (bl-Ingliż). 2018-01-04. Miġbur 2021-10-21.
  48. ^ "The Hawaii of South Korea? The good, bad, ugly sides to Jeju Island". South China Morning Post (bl-Ingliż). 2018-06-01. Miġbur 2021-10-21.
  49. ^ Einhorn, B., Kim, S., & Park, K. (March 13, 2017). "Beijing Is Mad About Thaad". Bloomsberg Businessweek.
  50. ^ "South Korea's Jeju Island suffers from 'too many tourists'". South China Morning Post (bl-Ingliż). 2018-01-04. Miġbur 2021-10-21.
  51. ^ W., E. (November 2014). "Too Reliant on Tourism? Jeju Tries Technology". Forbes Asia.
  52. ^ Post, The Jakarta. "5 surfing spots to ride the wave in Korea". The Jakarta Post (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-21.
  53. ^ "'Squid Game' draws attention to Jeju Island". koreatimes (bl-Ingliż). 2021-10-18. Miġbur 2021-10-21.
  54. ^ "The Hawaii of South Korea? The good, bad, ugly sides to Jeju Island". South China Morning Post (bl-Ingliż). 2018-06-01. Miġbur 2021-10-21.
  55. ^ "KOMIPO - A New Leader in the Power Generation Industry". web.archive.org. 2005-06-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-06-16. Miġbur 2021-10-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  56. ^ "Korea and Hawaii join forces in Smart Grid venture - JEJU WEEKLY". www.jejuweekly.com (bil-Korean). Miġbur 2021-10-21.
  57. ^ Murray, Tom. "The world's busiest air route is between Seoul and the 'South Korean Hawaii'". Business Insider (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-21.
  58. ^ "Ferry to Jeju : VisitKorea Ferry to Jeju". english.visitkorea.or.kr. Miġbur 2021-10-21.
  59. ^ "To Jeju, by train?". m.jejuweekly.com (bil-Korean). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-21. Miġbur 2021-10-21.
  60. ^ "History | Save Jeju Now". savejejunow.org. Miġbur 2021-10-21.
  61. ^ "Cheju / Jeju Naval Base". www.globalsecurity.org. Miġbur 2021-10-21.
  62. ^ 이현주 (2016-02-29). "[Editorial] Jeju naval base". The Korea Herald (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-21.
  63. ^ Kim, Jinhee; Kim, Ji-Eun; Bae, Jong-Myon (May 2019). "Incidence of Scarlet Fever in Children in Jeju Province, Korea, 2002-2016: An Age-period-cohort Analysis". Journal of Preventive Medicine and Public Health. 52 (3): 188–194.