Franco Di Santo
Franco Matías di Santo (twieled fis-7 ta' April 1989) hu plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Franco Matías Di Santo | ||
Twelid | 7 ta' April 1989 Mendoza, Arġentina | ||
Tul | 1.93 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Tijuana | ||
Mixtliet | |||
2005–2006 | Audax Italiano | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2008 | Audax Italiano | ||
2008–2010 | Chelsea | ||
2009–2010 | → Blackburn Rovers (self) | ||
2010–2013 | Wigan Athletic | ||
2013–2015 | Werder Bremen | ||
2015–2019 | Schalke 04 | ||
2019 | Rayo Vallecano | ||
2019–2020 | Atlético Mineiro | ||
2020–2022 | San Lorenzo | ||
2022 | Göztepe | ||
2022– | Tijuana | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2009 | Arġentina U-20 | ||
2012–2013 | Arġentina |
Karriera
immodifikaDi Santo beda l-karriea tiegħu mal-klabb Ċilen ta' Audax Italiano. Wara prestazzjonijiet impressjonanti, fil-25 ta' Jannar 2008, Di Santo ingħaqad ma' Chelsea.
Hu ddebutta mat-tim tar-riservi fil-11 ta' Frar 2008, fejn skorja l-gowl tal-pari kontra t-tim tar-riservi ta' Fulham. Fl-ewwel staġun tiegħu 2007–08 mat-tim tar-riservi hu skorja 12-il gowl fi 8 logħbiet.
Għall-istaġun 2008–09 hu ngħaqad mal-ewwel tim tal-Blues fejn mat-tim mar iċ-Ċina għat-tour annwali ta' qabel l-istaġun. Fl-ewwel logħba tiegħu, daħal minn fuq il-bank tas-sostituti biex skorja t-tielet gowl fir-rebħa ta' 4–0 kontra Guangzhou Pharmaceutical. It-tieni gowl tiegħu wasal biss ħames minuti mid-dħul tiegħu fil-konfront kontra Chengdu Blades, li ssarfet f'rebħa ta' 7–0.
L-ewwel logħba uffiċjali tiegħu kienet fil-pari ta' 1–1 kontra Tottenham Hotspur, fejn daħal bħala sostitut għal Nicolas Anelka fit-88 minuta. Id-debutt fil-UEFA Champions League wasal kontra CFR Cluj tar-Rumanija, meta ħa post Florent Malouda wara 70 minuta logħob. Il-logħba ntemmet 0–0. Matul l-istaġun 2008–09 għamel tmien dehriet fil-kampjonat, kollha bħala sostitut.
Nhar it-3 ta' Awwissu 2009, Di Santo issieħeb ma' Blackburn Rovers bil-formola ta' self sa Frar tal-2010, bl-għażla li l-perjodu ta' self jiġi estiż għal sitt xhur oħra sa Ġunju 2010.[1] Hu ddebutta mar-Rovers fir-rebħa ta' 2–1 kontra Aston Villa fejn ta assist għall-gowl ta' David Dunn. Hu beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax fit-18 ta' Ottubru 2009 kontra Burnley, fejn skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-futbol Ingliż waqt li assista l-gowl ta' David Dunn. Wara li ġie deċiż li l-perjodu ta' self tiegħu jiġi estiż, ftit li xejn sab ħin fil-grawnd, fejn kien involut fil-partiti aktar bħala sostitut.
Minuti qabel it-tmiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2010, hu ngħaqad b'mod definittiv ma' Wigan Athletic.[2]
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Chelsea
- FA Cup: 2008–09
- Wigan Athletic
- FA Cup: 2012–13
Referenzi
immodifika- ^ "Di Santo joins Rovers on loan" (bl-Ingliż). Blackburn Rovers FC. 2009-08-03. Arkivjat mill-orġinal fl-2011-07-16. Miġbur 2010-09-24.
- ^ "Wigan leave it late to snap up Chelsea starlet Franco Di Santo" (bl-Ingliż). The Telegraph. 2010-08-31. Miġbur 2010-09-24.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Franco Di Santo (Franco Di Santo) |
- Franco Di Santo fuq Soccerbase