Francisco Varallo
Francisco Antonio Varallo (twieled fil-5 ta' Frar 1910 – miet fit-30 ta' Awwissu 2010) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin, li kien jilgħab bħala attakkant. Beda l-karriera tiegħu ma' Gimnasia La Plata u aktar tard mar ma' Boca Juniors fejn rebaħ għal numru ta' drabi t-titlu nazzjonali bejn l-1929 u l-1935.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Francisco Antonio Varallo | ||
Twelid | 5 ta' Frar 1910 La Plata, Arġentina | ||
Mewt | 30 ta' Awwissu 2010 (100 sena) La Plata | ||
Tul | 1.70 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1924–1928 | 12 de Octubre | ||
1928 | Gimnasia LP | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1928–1931 | Gimnasia LP | ||
1931–1940 | Boca Juniors | ||
Tim nazzjonali | |||
1930–1937 | Arġentina | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1957–1958 | Gimnasia LP |
Fl-1937 rebaħ il-Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol (dik li llum tissejjaħ il-Copa América) mat-tim nazzjonali Arġentin. Kien ukoll l-iżgħar plejer fit-Tazza tad-Dinja 1930, l-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni, u l-aħħar wieħed mill-parteċipanti li mietu.[1] Sal-2008 kien għadu jżomm it-titlu tal-aqwa skorer tal-Boca Juniors b'181 gowl, sakemm għaddieh Martín Palermo.
Bijografija
immodifikaTfulija u żgħożija
immodifikaImwieled nhar il-5 ta' Frar 1910 fid-distrett ta' Los Hornos ta' La Plata, Varallo hu t-tielet wild ta' Pedro Varallo u Teresa Yatorno. Imlaqqam bħala Pancho minn familtu u ħbiebu, hu mal-ewwel wera l-ħajra lejn il-logħba tal-futbol fejn ta' età żgħira iddebutta mat-tim tal-lokal, Ferro Carril Sud.[2]
Ta' sbatax-il sena mar bi prova mal-Estudiantes u minkejja li skorja tnax-il gowl fi tliet partiti ta' prova, hu ma ġiex ingaġġat.[3][4]
Karriera
immodifikaMewt
immodifikaFl-aħħar xhur ta' ħajtu hu ġie rikoverat f'dar tal-mistrieħ f'Villa Elisa kawża ta' bronkite.[1] Minħabba kumplikazzjoni respiratorja hu miet ta' 100 sena fl-ewwel sigħat tat-Tnejn 30 ta' Awwissu 2010.[5] Il-fdalijiet tiegħu ġew midfuna fil-ġurnata segwenti fil-qabar tal-familja; fil-funeral tiegħu pparteċipaw diversi personaġġi prominenti tal-futbol Arġentin u plejers tal-Boca bħal Martín Palermo, Jorge Ameal, Sebastián Battaglia, Julio Grondona, Walter Gisande, president ta' Gimnasia, u Rubén Filippas, president tal-Estudiantes. F'din l-okkażjoni kemm il-Boca Juniors kif ukoll Gimnasia iddikjaraw ġurnata ta' luttu u esprimew "id-dispjaċir kbir għall-mewt ta' wieħed mill-ikbar idoli". Il-Boca issospendew l-attivitajiet u l-formazzjoni ta' Claudio Borghi tħarrġet b'bibien magħluqa. Fil-partita li segwiet il-mewt ta' Vrallo, l-iskwadra tal-kapital osservat minuta ta' silenzju qabel il-partita kontra San Lorenzo.
Statistika
immodifikaKlabb
immodifikaLogħbiet internazzjonali
immodifikaDehriet u gowls internazzjonali – Arġentina | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
25 ta' Mejju 1930 | Buenos Aires | Arġentina | 1–1 | Urugwaj | Copa Newton | 1 |
15 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Franza | 0–1 | Arġentina | Tazza tad-Dinja 1930 | |
19 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina | 6–3 | Messiku | Tazza tad-Dinja 1930 | 1 |
22 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina | 3–1 | Ċili | Tazza tad-Dinja 1930 | |
30 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Urugwaj | 4–2 | Arġentina | Tazza tad-Dinja 1930 | |
14 ta' Diċembru 1933 | Montevideo | Urugwaj | 0–1 | Arġentina | Logħba ta' ħbiberija | 1 |
15 ta' Awwissu 1934 | Avellaneda | Arġentina | 1–0 | Urugwaj | Logħba ta' ħbiberija | |
18 ta' Lulju 1935 | Montevideo | Urugwaj | 1–1 | Arġentina | Copa Héctor Gómez | |
15 ta' Awwissu 1935 | Avellaneda | Arġentina | 3–0 | Urugwaj | Copa Juan Mignaburu | |
20 ta' Novembru 1936 | Montevideo | Urugwaj | 2–1 | Arġentina | Copa Héctor Gómez | |
30 ta' Diċembru 1936 | Buenos Aires | Arġentina | 2–1 | Ċili | Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol | 2 |
9 ta' Jannar 1937 | Buenos Aires | Arġentina | 6–1 | Paragwaj | Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol | |
16 ta' Jannar 1937 | Buenos Aires | Arġentina | 1–0 | Perù | Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol | |
23 ta' Jannar 1937 | Buenos Aires | Arġentina | 2–3 | Urugwaj | Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol | 1 |
30 ta' Jannar 1937 | Buenos Aires | Arġentina | 1–0 | Brażil | Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol | |
1 ta' Frar 1937 | Buenos Aires | Arġentina | 2–0 | Brażil | Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol | |
Total | Preżenzi | 16 | Gowls | 6 |
Karatteristiċi tekniċi
immodifikaAttakkant aġli u ħafif,[6] hu kien jirnexxielu jippenetra d-difiża grazzi għall-fiżiku tiegħu u għall-kontroll tajjeb tal-ballun.[6] Minkejja l-istatura żgħira, hu kellu xuttijiet b'saħħithom, karatteristika li tagħtu l-laqam ta' Cañoncito (bil-Malti: kanun żgħir).[3][6]
Referenzi
immodifika- ^ a b "Murió Francisco Varallo" (bl-Ispanjol). Clarín. 2010-08-30. Miġbur 2012-07-27.
- ^ ""Pancho" Varallo cumple 100 años" (bl-Ispanjol). Rueda de Noticias. 2010-02-05. Miġbur 2012-07-27.
- ^ a b "Ex-Jugadores: Francisco Varallo". gelp.org (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-02-04. Miġbur 2012-07-29.
- ^ Ramiro Scandolo (2010-02-05). "El récord es de Varallo" (bl-Ispanjol). Olé. Miġbur 2012-07-27.
- ^ "A los 100 años murió Pancho Varallo, el último sobreviviente del Mundial 1930" (bl-Ispanjol). La Capital. 2010-08-30. Miġbur 2012-07-29.
- ^ a b ċ "Francisco Varallo" (bl-Ispanjol). Fútbol Factory. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-20. Miġbur 2012-07-30.
Ħoloq esterni
immodifika- Francisco Varallo – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- (ES) Profil fuq Bocampeonweb