Fraizer Campbell (twieled fit-3 ta' Settembru 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala attakkant ma' Huddersfield Town

Fraizer Campbell
Informazzjoni personali
Isem sħiħFraizer Lee Campbell
Twelid13 ta' Settembru 1987 (1987-09-13) (37 sena)
HuddersfieldIngilterra
Tul1.72 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliHuddersfield Town
Numru22
Mixtliet
0000–2006Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2009Manchester United
2006–2007Royal Antwerp (self)
2007–2008Hull City (self)
2007–2008Tottenham Hotspur (self)
2009–2013Sunderland
2013–2014Cardiff City
2014–2017Crystal Palace
2017–2019Hull City
2019–Huddersfield Town
Tim nazzjonali
2008–2009Ingilterra U21
2012Ingilterra

Karriera

immodifika

Bidu tal-karriera

immodifika

Campbell iffirma kuntratt mal-Akkademja ta' Manchester United fl-1 ta' Lulju 2004, u għamel impatt immedjat, fejn skorja 14-il gowl minn 22 logħba għat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena. Il-prestazzjoni tajba mat-timijiet taż-żgħar wasslitu biex jilgħab ħames logħbiet mat-tim tar-Riservi fejn skorja darba. L-istaġun ta' wara kabbar l-impatt tiegħu mat-tim tar-Riservi. Campbell qasam it-tieni post tal-aqwa skorer tat-tim tar-Risveri b'disa' gowls (wara Giuseppe Rossi, li skorja 26 gowl f'25 logħba), fejn għen lit-tim fi triqithom għat-tripletta tar-Riservi, bil-Premier Reserve League, North/South Play-off Shield u l-Manchester Senior Cup.

F'Novembru tal-2005, Campbell ingħata n-numru 51 ta' Manchester United u issejaħ għall-ewwel darba mat-tim fit-tielet rawnd tal-FA Cup kontra Burton Albion f'Jannar tal-2006. Campbell iffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fit-22 ta' Marzu 2006, u fid-9 ta' Mejju daħal bħala sostitut fil-logħba ta' testimonjanza għal Roy Keane f'Old Trafford, fejn ħa post Kieran Richardson fil-75 minuta. Lejn l-aħħar tas-sajf hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-ewwel tim wara li daħal bħala sostitut fil-post ta' Wayne Rooney kontra Macclesfield Town.

Royal Antwerp

immodifika

Hu ngħaqad mat-tim Belġjan affiljat ma' Manchester United, Royal Antwerp, matul l-istaġun 2006–07, fejn kompla jiskorja gowls u wassal sabiex il-partitarji bdew isejħulu "Super Campbell". Il-21 gowl tiegħu f'31 logħba mal-ewwel ħdax taw lil Antwer post fil-play-offs tat-Tieni Diviżjoni Belġjana.

Mar-ritorn tiegħu mal-klabb ta' Manchester hu daħal bħala sostitut minflok Michael Carrick fit-73 minuta, partita li Manchester United tilfu 1–0 kontra Manchester City.[1]

Hull City

immodifika

Fil-bidu tal-istaġun 2007–08, hu ġie msellef lil Hull City sa nofs Jannar 2008[2], u fid-debutt tiegħu skorja darbtejn fir-rebħa ta' 3–0 fuq Barnsley. Wara prestazzjoni sodisfaċenti kontra Wolverhampton Wanderers, fejn skorja gowl u assista ieħor, Hull stqarrew ix-xewqa li jestendu ż-żmien ta' self ta' Campbell sa tmiem l-istaġun. L-estenzjoni tas-self kienet kompluta fit-28 ta' Diċembru 2007. Hu spiċċa l-istaġjun bħala l-aqwa skorer ta' Hull City, biex għenhom jakkwistaw l-ewwel promozzjoni tagħhom għall-ogħla diviżjoni Ingliża, wara stennija ta' 104 snin. Minħabba l-forma tajba li wera matul il-perjodu ta' self, Hull xtaqu li jieħdu lil Campbell b'mod permanenti jew għal staġun ieħor ta' self. Madanakollu, Campbell espressa għal ħafna drabi x-xewqa li jirritorna lura lejn Old Trafford u jipprova jagħmilha mal-ewwel tim. Fl-1 ta' Settembru 2008, Hull City għamlu offerta rekord (għall-klabb) ta' £7 miljun għas-servizzi tal-plejer.[3]

Manchester United

immodifika

Lura Manchester, Campbell daħal bħala sostitut fl-ewwel logħba tal-istaġun fir-rebħa bil-penalties kontra Portsmouth fil-finali tal-Community Shield sabiex kiseb l-ewwel midalja ta' rebbieħ. Hu ddebutta għall-ewwel darba mal-ewwel ħdax fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat il-ġdid kontra Newcastle United, fejn ifforma koppja tal-attakk ma' Wayne Rooney.

Tottenham Hotspur

immodifika

Fit-2 ta' Settembru 2008, fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti, Campbell iffirma ma' Tottenham Hotpur b'self għal staġun, bħala parti mit-trasferiment li ra lil Dimitar Berbatov jissieħeb ma' Manchester United għas-somma ta' madwar £30.75 miljun.[4] Hu ddebutta ma' Tottenham fit-18 ta' Settembru 2008, fejn daħal ħa post Aaron Lennon fil-logħba mil-ewwel leg valida għall-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA kontra Wisła Kraków. F'temp ta' ħmistax-il minuta li kien daħal, Campbell ipprovda lil Darren Bent bil-passaġġ għall-gowl rebbieħ. L-ewwel gowl fil-kampjonat lokali għal Fraizer Campbell wasal fit-telfa kontra Fulham bl-iskor ta' 2–1, bil-gowl tiegħu ta' konsolazzjoni jasal fl-aħħar minuti tal-logħba.

Sunderland

immodifika

Minkejja li f'Ġunju tal-2009 Hull City irritornaw b'offerta ta' £6 miljun għal Campbell, offerta aċċettata minn Manchester United,[5] fil-11 ta' Lulju 2009, Campbell iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sunderland wara li Manchester United aċċettaw offerta' ta' £3.5 miljun (offerta li potenzjalment setgħet titla' għal £6 miljun).[6] Fid-9 ta' Marzu 2010, Campbell skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League għall-Black Cats, fejn skroja kontra Bolton wara biss 41 sekonda fir-rebħa ta' 4–0.

Wara bidu entużjażmanti fil-logħbiet ta' qabel il-kampjonat 2010–11, nhar id-29 ta' Awwissu 2010 fil-partita kontra Manchester City hu weġġa' l-ligament tal-kruċjata anterjuri, li ħallietu barra mil-logħob għal sitt xhur.[7] F'Marzu tal-2011 irritorna jitħarreġ, madanakollu reġa' sofra uġigħ fl-istess irkoppa fit-3 ta' April 2011.[8] L-operazzjoni li segwiet tgħarrfet li Campbell kien se jkun barra mil-logħob għal tnax-il xahar.

Ir-ritorn finali tiegħu wasal fid-29 ta' Jannar 2012 fejn daħal bħala sostitut għal Connor Wickham fil-partita mir-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Middlesbrough fejn issiġillaha bil-gowl tad-dro għal skor ta' 1–1. Fil-Premier League hu rritorna għal-logħba tal-1 ta' Frar 2012 kontra Norwich City, fejn skorja u assista gowl ieħor fir-rebħa ta' 3–0 ġewwa darhom.

Cardiff City

immodifika
 
Fraizer Campbell għal Cardiff City kontra Bristol Rovers

Nhar il-21 ta' Jannar 2013, Campbell iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs ma' Cardiff City għas-somma ta' madwar £650,000.[9] Id-debutt tiegħu wasal fit-2 ta' Frar 2013 kontra Leeds United fejn wara biss żewġ minuti mid-dħul fil-partita hu skorja l-uniku gowl tal-logħba.

Internazzjonali

immodifika

Campbell lagħab mad-diversi livelli għan-nazzjonal Ingliż. Fit-23 ta' Frar 2012, minkejja li kien skorja biss 6 gowls f'4 snin, Campbell irċieva sejħa biex jissieħeb mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Olanda. Hu ddebutta fit-80 minuta fit-telfa ta' 3–2 li sofriet l-Ingilterra.

Manchester United
Hull City

Referenzi

immodifika
  1. ^ Bevan, Chris (2007-08-19). "Man City 1-0 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2007-08-22.
  2. ^ "Campbell Joins On Loan" (bl-Ingliż). Hull City AFC. 2007-10-18. Arkivjat mill-orġinal fl-2012-03-14. Miġbur 2007-10-22.
  3. ^ "Hull confirm their £7million bid for United striker Frazier Campbell" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2008-08-30. Miġbur 2011-01-03.
  4. ^ "Man Utd complete Berbatov switch" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-09-01. Miġbur 2008-09-02.
  5. ^ "Hull's bid for Campbell accepted" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-07. Miġbur 2009-06-08.
  6. ^ "Sunderland seal Campbell capture" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2019-07-11. Miġbur 2009-07-11.
  7. ^ "Sunderland forward Fraizer Campbell out for six months" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-08-31. Miġbur 2011-01-02.
  8. ^ "Sunderland striker Campbell to miss rest of season" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-04-14. Miġbur 2011-11-07.
  9. ^ Denham, Mark (2013-01-21). "DEAL DONE: CAMPBELL SIGNS FOR CITY" (bl-Ingliż). Cardiff City FC. Miġbur 2013-01-21.

Ħoloq esterni

immodifika