Fortizza San Leonardu

forti poligonali f'Ħaż-Żabbar

Il-Fortizza San Leonardu, magħrufa wkoll bħala l-Forti San Anard, hija forti poligonali f'Ħaż-Żabbar, Malta. Inbniet bejn l-1872 u l-1878 mill- Ingliżi bejn l-inħawi ta' San Leonardo u ż-Żonqor 'l fuq mix-xatt lejn il-Lvant tal-Port il-Kbir .

Il-Fortizza San Leonardu
forti
Data meta nħoloq1872 Immodifika
KunflittIt-Tieni Gwerra Dinjija Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabĦaż-Żabbar Immodifika
Koordinati35°52′40″N 14°33′35″E Immodifika
Ikkummissjonat minnImperu Brittaniku Immodifika
Map

Il-Forti San Leonardu nbniet bejn l-1872 u l-1878 mill-Ingliżi, bħala parti minn programm ta’ titjib fis-swar ta’ Malta rakkomandat fir-Rapport tal-Kurunell Jervois tal-1866. Il-forti kellu jissejjaħ Fort Tombrell iżda l-isem inbidel għal Forti San Leonardo meta bdiet l-kostruzzjoni.[1]

It-tqassim tagħha huwa kkumplikat, b'forti iżgħar fuq ġewwa tjifforma kantuniera waħda fil-parti l-kbira tal-forti li fiha l-postijiet għall-kanuni. Il-forti inizjalment kienet armat b'kanuni ta' 11-il pulzier li aktar tard ġew sostitwiti minn kanuni ta' 9.2 pulzier ikkargati differenti minn xulxin.

Fl-1882, inbniet il-Batterija taż-Żonqor madwar kilometru bogħod mill-Forti San Leonardo. Il-batterija kienet imħaddma mill-ekwipaġġ tal-armi u l-gwarniġjon stazzjonati fil-Forti San Leonardo.[2]

Il-Forti kienet użata għad-difiża tal-kosta fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fis-17 ta' Mejju 1942, il-forti għen biex ifendi attakki minn mill-inqas erba' E-Boats Taljani.[3]

Il-forti baqgħet tintuża mill-militar Ingliż sas-snin sebgħin tas-seklu 20.

Fil-preżent

immodifika
 
Intern tal-Forti San Leonardo

Il-Forti San Leonardo kienet mikrija lil bidwi tal-baqar fl-1973 għal somma annwali ta’ €93, u ntużat bħala razzett sal-bidu tas-snin 2010.[4]

Il-forti nnfisa għada f'kundizzjoni raġonevoli, għalkemm inbniet dar ġewwa l-foss u l-foss intradam biex jinħoloq aċċess. Il-fosos lejn il-baħar huma kollha fi stat tajjeb. Kostruzzjoni moderna, aktarx ġibjun, ħdejn in-naħa tax-xatt tal-forti naqqset mid-dehra oriġinali tagħha, u l-avviċinament lejn il-bieb prinċipali garrab ħsara sostanzjali meta nħatt għas-sejjieħ.

Fl-2011, ġie approvat torri tal-komunikazzjoni għoli 60 metru tal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO biex jinbena fuq il-glaċis tal-forti.[5]

Fl-2014, kien propost li l-forti tinbidel f’lukanda boutique. Din l-Art Ħelwa qalet li l-forti għandha tiġi restawrata, iżda l-kuntest militari tiegħha m’għandux jintilef kif sar bil-Batterija ta' Cambridge fuq il-Ponta ta' Tigné.[6]

Fl-2015, il-gvern għamel proposta biex il-Forti San Leonardo tiġi nkluża fil-kampus tal-Università Amerikana ta’ Malta, li kellu jinfetaħ fl-2016, bil-kundizzjoni li l-forti tiġi riabilitat u miftuħa għall-pubbliku.[7] Din il-proposta ma ġietx implimentata, peress li l-kampus minflok inqasam bejn il-Baċir Nru 1 f’Bormla u l-Ponta taż-Żonqor f’Marsaskala.[8]

F’Mejju 2015, id-deputat tal-oppożizzjoni Jason Azzopardi ippropona li s-sit xorta għandu jinfetaħ għall-pubbliku, mingħajr il-proposa tal-Università Amerikana ta' Malta.[9]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Formosa, Christian. "Colonel Jervois Report of 1866". Malta Military. Arkivjat minn l-oriġinal fl-17 November 2015. Miġbur 31 December 2014.
  2. ^ "Marsaskala" (PDF). douzelage.org. Miġbur 25 January 2015.
  3. ^ "17 May 1942: Stealth E-Boat Attack Repulsed". Malta: War Diary. 17 May 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-31 December 2014. Miġbur 31 December 2014.
  4. ^ Debono, James (21 December 2011). "Benghajsa fort to be returned to government". Malta Today. Miġbur 31 December 2014.
  5. ^ Debono, James (13 September 2011). "60-metre communications tower set to rise from historic fort St Leonard". Malta Today. Miġbur 25 January 2015.
  6. ^ Muscat, Caroline (8 November 2014). "Hotels an excuse for 'Buġibba in south'". Times of Malta. Miġbur 25 January 2015.
  7. ^ "Fort San Leonardo may be incorporated in new university campus". Times of Malta. 5 May 2015. Miġbur 5 May 2015.
  8. ^ "'American' University to occupy Dock 1 buildings and reduced Zonqor site". Times of Malta. 20 August 2015. Miġbur 20 August 2015.
  9. ^ "End of the line for land squatters?".

Mudell:Forts in Malta