Batterija taż-Żonqor
Il-Batterija taż-Żonqor hija batterija tal-artillerija f'Marsaskala, Malta, mibnija fuq art għolja li tħares fuq il-Bajja ta' Marsaskala. Din hija forti poligonali li nbeniet mill-Ingliżi bejn l-1882 u l-1886.
Data meta nħoloq | 1882 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Wied il-Għajn |
Koordinati | 35°52′5″N 14°33′53″E |
Ikkummissjonat minn | Imperu Brittaniku |
Storja
immodifikaIl-Batterija taż-Żonqor inbniet mill-Ingliżi bejn l-1882 u l-1886 bi spiża ta’ £5000 [1] (jew £6000).[2] Għandha forma pentagonali, u hija mdawra b'foss wiesa' ta' 6 metri. Il-pożizzjonijiet tal-isparar u l-imħażen tal-munizzjon kienu jinsabu taħt il-livell tal-art biex jipproteġuhom min-nar tal-għadu. L-ekwipaġġ ta' l-armi u l-garniġjon tiegħu kienu stazzjonati fil-Fortizza San Leonardu fil-viċin.[3]
Ftit wara li tlestiet, il-batterija nstabet li ma kienetx tajba għad-difiża peress li l-firxa tal-kanuni RML ta' 7 pulzieri tagħha ma kienux ilaħħqu iż-żona tal-bajja li suppost kienu intiżi biex jiddefendu. Minħabba dan, saru pjanijiet ġodda biex jiddefendu l-bajja mill-Gvernatur Lintorn Simmons, iżda dawn qatt ma ġew implimentati.
Huwa maħsub li l-batterija kienet armata bi tliet kanuni,[2] iżda jingħad li setgħu qatt ma ġew impoġġija f'posthom għall-użu.[4] L-armi tan-nar tal-batterija eventwalment ġew żarmati, u fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-batterija kienet użata bħala maħżen għall-munizzjon.
Fil-preżent
immodifikaIl-batterija issa tintuża għal skopijiet agrikoli u mhix miftuħa għall-pubbliku. [5]
Referenzi
immodifika- ^ "Marsaskala" (PDF). douzelage.org. Miġbur 1 January 2015. p. 7.
- ^ a b Guillaumier, Alfie (2005). Bliet u Rħula Maltin. 2. Klabb Kotba Maltin. p. 971. ISBN 99932-39-40-2.
- ^ "Marsaskala" (PDF). douzelage.org. Miġbur 1 January 2015. p. 7.
- ^ Stephenson, Charles (2004). The Fortifications of Malta 1530-1945 (Fortress). Osprey Publishing. p. 6. ISBN 978-1841766935.
- ^ "Batterija Taz Zonqor". zonqor.com. 22 November 2010. Miġbur 1 January 2015.