Fabio Attard
Dun Fabio Attard (twieled fit-23 ta' Marzu 1959) huwa patri Sależjan Malti li ismu beda jiċċirkola bħala suċċessur possibbli ta' Mons. Pawlu Cremona bħala Arċisqof ta' Malta.
Fabio Attard | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1959 (64/65 sena) |
Okkupazzjoni |
Studji
immodifikaGħamel il-professjoni Sależjana nhar it-8 ta' Settembru 1980 ġewwa Dublin, l-Irlanda fejn kien għamel ukoll in-novizzjat. Ġie ordnat djaknu f'Ruma fil-11 ta' Lulju 1986 u ordnat saċerdot fl-4 ta' Lulju 1987 fil-Bażilika ta' San Ġorġ ir-Rabat mill-Kardinal Sależjan Jose' Castillo Lara. Studja t-teoloġija fl-Università Pontificia Salesiana. Kien iggradwa fit-teoloġija Morali fl-"Alfonsianum" f'Ruma wkoll.
Ħidma
immodifikaL-ewwel ħidma tiegħu kienet li joħloq preżenza Sależjana f'xi subborgi f'Tuneż, it-Tuneżija, fejn għamel bejn l-1988 u l-1991 meta reġa' lura Malta beda jaħdem f'St Patrick's u l-Oratorju. Fl-1993 sar rettur tal-oratorju u fl-1994 tal-iskola ukoll.
Fl-1996 kien mitlub ikompli l-istudji u mar Dublin jirriċerka fuq John Henry Newman, fuq it-tema tal-kuxjenza. Gradwa b'distinzjoni minn Milltown Institute of Theology and Philosophy, immexxi mill-Ġiżwiti, fl-1999, u l-Università Sależjana ta' Ruma qabbditu jgħallem it-teoloġija morali u l-ispiritwalità.
F'Ruma huwa kien attiv ukoll fl-Accademia Alfonsiana u korsijiet internazzjonali għal kongregazzjonijiet reliġjużi.
Karigi
immodifikaFl-2005 sar ir-rettur tal-Istitut tal-formazzjoni Pastorali, li kien ħoloq hu stess fl-Arċidjoċesi ta' Malta.
Sa mill-2008, Attard qed iservi bħala kunsillier għat-tieni terminu konsekuttiv bħala kunsillier tal-ministeru taż-żgħażagħ Sależjani.