John Henry Newman
John Henry Newman (Londra, 21 ta' Frar 1801 – Edgbaston, 11 ta' Awwissu 1890) kien figura importanti fl-istorja reliġjuża Ingliża tas-seklu 19. Fil-bidu kien qassis fiċ-Church of England, u figura ewlenija tal-Oxford Movement (li ried ir-ritorn taċ-Church of England lejn ħafna mit-twemmin u mil-liturġija Kattolika), biex imbagħad fl-1845 ikkonverta għall-Kattoliċeżmu u sar Kardinal. Kien ukoll figura letterarja kbira. Fost kitbietu nsibu l-awtobijografija tiegħu Apologia Pro Vita Sua (1865–66), The Grammar of Assent (1870), u ll-poeżija Gerontius. Il-beatifikazzjoni tiegħu ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.
Tfulija
immodifikaJohn Henry Newman twieled Londra, il-kbir fost sitt aħwa. Missieru, John ukoll, kien bankier. Ta' 7 snin Newman intbagħat Great Ealing School. Newman kien diliġenti imma mistħi, riservat u superstizzjuż. Kien jogħxa jaqra l-Bibbja, u wkoll ir-rumanzi ta' Walter Scott. Iktar tard qara wkoll il-kitbiet xettiċi ta' Paine, Hume, u forsi Voltaire, u għal xi żmien kien influwenzat minnhom. Fl-aħħar sena tiegħu f'dik l-iskola, meta kellu 15-il sena, huwa beda jemmen bis-serjetà b'konvinzjoni li, fl-Apologia jgħid, kienet "iktar ċerta mill-fatt li għandi jdejja u saqajja." Huwa waqa' "taħt l-influwenza ta' kredu definttiv," u rċieva fl-intellett tiegħu fidi "li bil-ħniena t'Alla, qatt ma ġiet imħassra jew imtappna".
Huwa kien impressjonat l-iktar bil-ktieb ta’ Kalvinu Il-Jien u l-Ħallieq tiegħi. Newman sar Kalvinist. F'dan iż-żmien huwa sejjaħ lill-Papa tal-Knisja Kattolika: l-Antikrist. Fl-1816 huwa sar avukat. Iżda ftit wara mar jistudja fi Trinity College, Oxford. Iżda l-eċitament fl-eżamijiet finali tal-Università qabdu breakdown u ġab third class fl-1821.
Qassis Anglikan
immodifikaTa’ 23 sena ġie ordnat saċerdot Anglikan u erba’ snin wara nħatar Kurat ta’ St. Mary’s, il-knisja tal-Università f’Oxford fejn ta xhieda ta’ twemminu, l-aktar bil-mod kif kien jipprietka. Fl-1837 ħareġ l-Uffiċċju Profetiku tal-Knisja li aktar tard sar magħruf bħala Via Media, li fih jipprova juri li l-Anglikaniżmu kien it-triq tan-nofs bejn il-Kattoliċiżmu u l-Protestantiżmu popolari.
Vjaġġ fil-Mediterran u Malta
immodifikaF'Diċembru 1832 Newman beda vjaġġ fil-Mediterran li fih żar Ġibiltà, Malta, il-gżejjer Ioniċi, Sqallija, Napli u Ruma. Huwa wasal Malta fl-10 ta' Jannar 1833 iżda ma tantx gawdiha għax wara li żammewh kwarantina fil-Lazzarett (li l-esperjenza kerha tiegħu jiktibha f'ittra lil Jemima) qabdu riħ qawwi li ma tantx ħallieh jiċċaqlaq. Fil-Lazzarett huwa kien kera vjolin li fi kliemu nstema' grandjuż f'dak l-ispazju kbir. Kien ftit wara dan li kiteb il-poeżija famuża Lead, kindly light, li aktar tard saret innu popolari.
Il-Konverżjoni għall-Kattoliċeżmu
immodifikaFl-1842 ġara avveniment importanti li biddillu ħajtu: iddeċieda li jirtira f’Littlemore, u baqa’ jgħix hemmhekk taħt il-kundizzjonijiet monastiċi flimkien ma’ grupp żgħir ta’ dixxipli. Lil dawn id-dixxipli tahom il-biċċa xogħol li jiktbu l-ħajja ta’ xi qaddisin Ingliżi, filwaqt li hu kiteb: Essay on the development of Christian doctrine.
B’din huwa pprova jerġa’ jitħabbeb mal-Kredu kif imħaddan mill-Knisja Kattolika. Sena wara, ippubblika stqarrija fl-Oxford Conservative Journal, fejn irtira formalment dak kollu li kien qal kontra Ruma(fosthom li "l-belt hija sabiħa imma r-reliġjon tagħha hija waħda politeistka, deġenerata u idolatra").
Wieħed mid-dixxipli tiegħu hawnhekk ħallieh imma John Henry Newman iddeċieda li kien wasal iż-żmien li jippriedka l-aħħar priedka Anglikana tiegħu f’Littlemore u jirriżenja minn Kurat.
Nhar id-9 ta’ Ottubru, 1845 Newman intlaqa' formalment fil-Knisja Kattolika minn Dominic Barberi, saċerdot Passjonista Taljan fil-Kulleġġ ta' Littlemore. Sena wara telaq lejn Ruma u ddeċieda li fuq ir-regola ta’ San Filippu Neri, li tiegħu Newman ried iwaqqaf Oratorju f’Londra.
Kardinal
immodifikaFl-1879 il-Papa Ljun XIII ħatru Kardinal. Il-motto fuq l-arma tiegħu kien “Cor ad cor loquitur” (Qalb tkellem lil Qalb). Ħafna żmien qabel Newman kien iddikjara “li kien ilu ħajtu kollha kontra l-Liberaliżmu li jagħraf li m’hemmx verità fir-reliġjon imma li kull twemmin hu bħal kull ieħor, u li l-Kristjaneżmu hu biss sentiment u gost, imma mhux fatt oġġettiv, mhux mirakoluż”.
Wara dan reġa’ dar dawra mal-kitbiet kollha tiegħu bl-aħħar waħda tkun dwar xi problemi li wieħed isib il-Bibbja. Il-kitba Il-Ħolma ta’ Ġeronzju(1865) qalibha fil-vers poetiku, u hi meqjusa fl-istess klassi tal-versi u ħsibijiet ta’ Dante, fejn iħares lejn l-aħħar pellegrinaġġ tiegħu bħala “waħdi mal-Waħdieni”.
Mewt
immodifikaMiet fit-tbatija, fil-11 ta’ Awwissu, 1890. Il-funeral tiegħu kien wieħed mill-akbar li qatt saru. Ġie midfun fl-istess qabar ta’ Ambrose St.John, li kien għenu “jgħix taħt Alla għal 32 sena”. Fuq l-irħama hemm miktub hekk: “Mid-dellijiet u mis-simboli toħroġ il-verità”.
Beatifikazzjoni
immodifikaĠie ddikjarat Venerabbli mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-22 ta’Jannar 1991. Il-beatifikazzjoni tiegħu ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.
Il-ħsibijiet tal-Kardinal John Henry Newman influwenzaw bis-sħiħ il-Konċilju Vatikan II partikolarment fl-ekkleżjoloġija, l-ekunemiżmu, it-teorija ta’ l-iżvilupp dottrinali, il-kuxjenza u l-lajċi.
Kitbiet
immodifikaIl-Perjodu Anglikan
immodifika- Arians of the Fourth Century (1833)
- Tracts for the Times (1833–1841)
- British Critic (1836–1842)
- On the Prophetical Office of the Church (1837)
- Lectures on Justification (1838)
- Parochial and Plain Sermons (1834–1843)
- Select Treatises of St. Athanasius (1842, 1844)
- Lives of the English Saints (1843–44)
- Essays on Miracles (1826, 1843)
- Oxford University Sermons (1843)
- Sermons on Subjects of the Day (1843)
Il-Perjodu Kattoliku
immodifika- Essay on the Development of Christian Doctrine (1845)
- Retractation of Anti-Catholic Statements (1845)
- Loss and Gain (novel – 1848)
- Faith and Prejudice and Other Sermons (varji)
- Discourses to Mixed Congregations (1849)
- Difficulties of Anglicans (1850)
- Present Position of Catholics in England (1851)
- Idea of a University (1852 u 1858)
- Cathedra Sempiterna (1852)
- Callista (1855)
- The Rambler (editur) (1859–1860)
- Apologia Pro Vita Sua (awtobijografija – 1866, 1865)
- Letter to Dr. Pusey (1865)
- The Dream of Gerontius (1865)
- An Essay in Aid of a Grammar of Assent (1870)
- Sermons Preached on Various Occasions (varji/1874)
- Letter to the Duke of Norfolk (1875)
- Five Letters (1875)
- Sermon Notes (1849–1878)
- Select Treatises of St. Athanasius (1881)
- On the Inspiration of Scripture (1884)
- Development of Religious Error (1885)
Xogħlijiet oħra
immodifika- Addresses to Cardinal Newman and His Replies, u Biglietto Speech (1879)
- Discussions and Arguments (varji/1872)
- Essays Critical and Historical (varji/1871)
- Historical Sketches (varji/1872)
- Historical Tracts of St. Athanasius (1843)
- Tracts Theological and Ecclesiastical (various/1871)