Emerson Ferreira da Rosa

Emerson Ferreira da Rosa (twieled fl-4 ta' April 1976), magħruf sempliċiment bħala Emerson, huwa eks-plejer tal-futbol Brażiljan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" minħabba l-movimenti felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.

Emerson
Informazzjoni personali
Isem sħiħEmerson Ferreira da Rosa
Twelid4 ta' April 1976 (1976-04-04) (48 sena)
PelotasBrażil
Tul1.84 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1992–1993Grêmio
Karriera professjonali
SninKlabb
1994–1997Grêmio
1997–2000Bayer Leverkusen
2000–2004Roma
2004–2006Juventus
2006–2007Real Madrid
2007–2009Milan
2009Santos
2016Miami Dade
Tim nazzjonali
1997–2006Brażil

Karriera

immodifika

Wara li beda l-avventura Ewropea mat-tim Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen, Emerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Supertazza Taljana fl-2001. Il-prestazzjonijiet impressjonanti għal Roma fl-istaġun 2003–04, wasslu għal klabbs bħal Juventus kif ukoll Real Madrid biex jinteressaw irwieħhom fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ Fabio Capello biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun Ewro. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajba li kellu ma' Capello flimkien ma' prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar tal-2007 anke jekk kien jaf li b'konsegwenza t'hekk kien se jinżel is-salarju. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid Ramon Calderon, qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi.

Fil-21 ta' Awissu 2007, Milan uffiċjalizzaw l-akkwist tal-Brażiljan.[1] Id-debutt wasal fis-Supertazza Ewropea meta' Milan rebħu lil Sevilla 3–1 nhar il-31 ta' Awwissu. Nhar il-21 ta' April 2009 hu u l-klabb Milanist waslu fi qbil unanimu li jħassru l-kuntratt minħabba raġunijiet personali.[2]

Wara li fis-26 ta' Lulju, 2009, iddeċieda li jissieħeb ma' Santos, tliet xhur wara, eżattament fis-16 ta' Ottubru, hu ddeċieda li jtemm il-kuntratt tiegħu minħabba uġigħ persistenti.

Internazzjonali

immodifika

Emerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-kaptan tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja 2002, però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tal-2002.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Welcome Puma! - AC Milan.com
  2. ^ "Emerson Leaves Milan Through Mutual Consent" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-04-21. Miġbur 2009-04-21.

Ħoloq esterni

immodifika