Edgar Preca
Edgar Preca huwa r-raġel tad-disa' President tar-Repubblika ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, u b'hekk kien l-Ewwel Raġel ta' Malta, l-ewwel raġel li qatt kellu dak it-titlu f'Malta.
Edgar Preca | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, |
Familja | |
Konjuga/i | Marie Louise Coleiro Preca |
Okkupazzjoni |
Ħajja bikrija u karriera
immodifikaPreca ħadem mal-Air Malta għal 34 sena sa ma rtira mix-xogħol fl-2012 biex jgħin lil martu fil-kampanja tagħha għal President.[1][2]
Ħajja personali
immodifikaPreca ltaqa' ma' Marie Louise Coleiro Preca fl-2002 wara li kienu ltaqgħu, bis-saħħa ta' ħabib li kellhom inkomuni, fil-kafetterija tal-General Workers' Union fil-Belt Valletta. Għalkemm ingħata n-numru tat-telefon tagħha, Preca iktar 'il quddiem stqarr li kien mistħi wisq biex iċempillha u baqgħu qatt ma kellmu lil xulxin iktar qabel erba' snin wara fl-2006, meta inzertaw lil xulxin fl-istess kafetterija. Imbagħad bdew joħorġu flimkien u 18-il xahar wara żżewġu.[1]
Bħala l-Ewwel Raġel ta' Malta
immodifikaPreca sar l-Ewwel Raġel ta' Malta f'April 2014 meta martu ħadet il-kariga ta' President ta' Malta. Minkejja li Marie Louise Coleiro Preca hija t-tieni mara li kellha dik il-kariga, Edgar Preca kien l-ewwel konjugu ta' President mara għaldaqstant kien l-ewwel persuna li ngħata dak it-titlu. Agatha Barbara, li kienet l-ewwel President mara mill-1982 sal-1987, qatt ma żżewġet.
Malli sar l-Ewwel Raġel ta' Malta, Preca sar ukoll il-President tal-Malta Community Chest Fund, li hija istituzzjoni tal-karità mhux governattiva li għandha l-għan li tgħin lill-istituzzjonijiet u lill-individwi filantropiċi. Huwa żar ukoll pajjiżi oħra f'isem il-gvern Malti, inkluż żjara ta' tlett ijiem lejn l-Alġerija f'Jannar 2016.[1]
Unuri
immodifika- L-Italja: Gran Kurċifiss tal-Kavallieri tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (fl-10 ta' Jannar 2018)
- Il-Portugall: Gran Kurċifiss tal-Ordni tal-Mertu (fil-15 ta' Mejju 2018)
- L-Ordni Militari Sovran ta' Malta: Gran Kurċifiss pro Merito Melitensi tal-Ordni pro Merito Melitensi (fl-2015).
Ara wkoll
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ a b ċ "The shy First Gentleman". web.archive.org. 2017-09-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-03. Miġbur 2022-09-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Spouse - Marie-Louise Coleiro Preca". web.archive.org. 2019-04-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-05. Miġbur 2022-09-02.