Diskussjoni utent:ToniSant/Arkivju 2020

We sent you an e-mail

immodifika

Hello ToniSant/Arkivju 2020,

Really sorry for the inconvenience. This is a gentle note to request that you check your email. We sent you a message titled "The Community Insights survey is coming!". If you have questions, email surveys@wikimedia.org.

You can see my explanation here.

MediaWiki message delivery (d) 18:45, 25 Settembru 2020 (UTC)Wieġeb

Problema fil-ħoloq

immodifika

Toni

Tista' tħares naqra lejn Guy de Maupassant , Pubblikazzjonijiet f'ordni alfabetika. Dawn il-ħoloq suppost jeħduk għal Gutenberg press ktieb elettroniku imma ġew korrotti kollha. Forsi din mhijiex problema tagħna biss.

Saħħiet

Leli Forte (d) 09:46, 9 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb

@Leli Forte: Jidher li l-problema hija għax il-ħoloq jippuntaw lejn gutenberg.net flok gutenberg.org -- aktarx li gutenber.org intilef mill-Gutenberg Online Library. Apparti dan, min-naħa tal-Wikimedia hemm rakkomandazzjoni biex jintużaw sorsi li huma fuq Wikisource, meta m'hemmx aktar copyright fuq il-kitba, għax hekk ikunu ukoll fl-istess ekosistema tal-Wikipedija. --ToniSant (d) 16:04, 13 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb

Tista' tħares lejn din ukoll jj. Grz.

Meridian Gaming

Leli Forte (d) 10:45, 13 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb

@Leli Forte: u din 99% spam sofistikat għax anqas fuq en.wp ma tidher u wisq anqas fuq Wikidata. --ToniSant (d) 16:04, 13 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb

Infoboxes minn Wikidata

immodifika

Sami At Ferhat qiegħed joħloq infoboxes li jieħdu l-informazzjoni minn Wikidata u qiegħed idaħħalhom f'xi artikli. Il-problema hi li l-informazzjoni minn Wikidata hi bl-Ingliż. Ma nistax nikkunttjah, allura imblukkajtu sakemm inkunu nistgħu niddiskutuhom. Nistenna li xi ħadd li qiegħed jagħmel dawn l-affarijiet anke b'intenzjoni tajba għandu jiftaħ kont fuq il-wiki tagħna biex inkunu nistgħu nikkuntatjawh.

Leli Forte (d) 16:42, 26 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb

@Leli Forte: Il-mod kif tidħol l-informazzjoni fuq il-Wikipedia minn Wikidata huwa xi ħaġa li ltqajt magħha waqt xi lagħat tal-Wikimedia fl-aħħar xhur. Fuq en.wp hemm diversi amministraturi u edituri kontra din il-prattika, u mhux minħabba kwistjoni ta' lingwa. Min-naħa tagħna, il-biċċa tal-lingwa faċli tissolva. Li jinketawni aktar huwa li Sami At Ferhat imblokkat għax ma jidihirx faċli nikkuntattjawh. Il-prassi tal-kont fuq il-wiki hija li l-kont huwa wieħed universali għall-proġetti kollha tal-Wikimedia. Ara hawn dwar hekk. Jiena se nipprova nagħmel kuntatt ma' dan l-utent kif ikolli naqra ċans, aktarx din il-ġimgħa stess. Ngħidlek kif inkun bqajt miegħu. Grazzi dejjem. --ToniSant (d) 13:54, 27 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb
Infatti Sami At Ferhat ikkuntattjani u jien żblokkjajtu. Tista' tara il-korrispondenza bejnietna hawn:[1]
Leli Forte (d) 17:50, 27 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb
@Leli Forte: Grazzi ta' dan! Intant qed nesplora naqra kif nistgħu nittraduċu (faċilment!) dawn l-infoboxes fuq Wikidata. Ħallejtlek nota fuq il-paġna ta' diskussjoni dwar Edward Caruana Dingli rigward din il-biċċa. --ToniSant (d) 18:04, 27 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb
Bħala prinċipju m'għandi xejn kontra tagħhom, imma fil-prattika dawn min ħa jittraduċhom, ħa jibqgħu hemm għal snin u jkollna wiki nofsu bl-Ingliż u nofsu bil-Malti. Iżjed faċli niżvillupaw infoxes tagħna. Dak li jkun qed jikteb l-artiklu jkollu l-informazzjoni meħtieġa f'idejh u ma jkollux bżonn wikidata. Kultant naqta' qalbi.
Leli Forte (d) 19:27, 27 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb
@Leli Forte: Nifhem sew il-frustrazzjoni tiegħek. Li qed tgħid int kollu minnu. Jidher, però, li hemm anke mod ieħor kif inħarsu lejha din. Ħafna mit-traduzzjonijiet ta' Wikidata darba jsiru. Qed nesplora u nesperimenta jien. Intant, per eżempju, għamilt ta' Raffaello u tista' tarha fuq il-verżjoni li ħassart int. X'taħseb? Probabbli mod differenti lejn naraw l-affarijiet. Irrid nara aktar xorta, sintendi, għax il-punt tiegħek validissimu, anke jekk il-Wikidata hija xi ħaġa dinamika u mhux statika u allura jekk nittraduċu darba, ngħidu aħna, "attakk tal-qalb" allura kull min jidher dan it-terminu fl-infobox tiegħu ikun diġa tradott u la rridu nittraduċuh mill-ġdid u wisq anqas indaħħluh manwalment. Jaf hemm lok ukoll ta' traduzzjoni mekkanika/awtomatizzata għal fuq Wikidata. Ma nafx biżżejjed għadni. Se nkompli nfittex u niskopri. Grazzi dejjem tal-paċenzja! --ToniSant (d) 19:45, 27 Ottubru 2020 (UTC)Wieġeb
Grazzi għall-informazzjoni dwar il-Hackaton. Napprezza.—Leli Forte (d) 10:29, 3 Novembru 2020 (UTC)Wieġeb

Hemm xi żball żgħir f'{{Infobox bijografija}}. Qed tagħti hekk fil-bidu }}. —Leli Forte (d) 19:09, 11 Frar 2021 (UTC)Wieġeb

Iva, @Leli Forte: dak għax l-infobox tal-bijografija għada mhux lesta sew bħala mudell biex tintuża regolarment. Fadal naqra xogħol sew xi jsir fuqha. Konna biss qed nipprovawha s'issa. Illejla stess Nevborg u jien konna qed nitkellemu ma' Scutajar dwar hekk. --ToniSant (d) 20:05, 11 Frar 2021 (UTC)Wieġeb
Grazzi ħafna. Skużani niffitak, ħu paċenzja bija. Fl-aħħar tal-infobox ta' Guy de Maupassant hemm Ġġieldu, din trid tiġi Iġġieled (meta kelma tkun waħidha tieħu l-i tal-leħen). —Leli Forte (d) 20:50, 11 Frar 2021 (UTC)Wieġeb
Tajjeb ħafna li għedtli dwar din! Ħallik milli tiskuża ruħek li qed tiffittani - dan huwa preċiżament kif nagħmlu mt.wikipedia aħjar milli hi. Grazzi lilek. ToniSant (d) 09:35, 12 Frar 2021 (UTC)Wieġeb
Teftufa oħra: Fl-infobox ta' Alphonse Daudet, naħseb Kunjomijiet trid tiġi Laqmijiet. —Leli Forte (d) 00:38, 13 Frar 2021 (UTC)Wieġeb
Il-propjetà tal-wikidata hawn hija Psewdonomu d:Property:P742. Jidher li din tiġbor fiha għad ta' varjanti wkoll: "pen name, stage name, nom-de-guerre, nom-de-amore, nome de guerre, code name, user name, known professionally as, heteronym, nom de plume, nom-de-plume, ring name, alias". Punt importanti hawn huwa li laqam jew nickname għandu propjetà differenti, li hija d:Property:P1449. Bħalissa P1449 mhux parti mill-infobox tagħna li tiġġenera l-Wikidata. -- ToniSant (d) 11:36, 13 Frar 2021 (UTC)Wieġeb

Qed jiġuni xi dubji dwar is-serjetà tal-informazzjoni fl-infoboxes mill-wikidata. Jekk inħarsu lejn Erwin Schrödinger pereżempju naraw li dan qatta' 17-il sena fid-Dublin Institute of Advanced Studies imma dan lanqas jidher biss taħt impjegaturi waqt li jidhru ħafna postijiet li forsi impjegawh għal ħames minuti. Naħseb l-infoxbox fil-wiki bl-Ingliż hi ħafna aħjar: [2]Leli Forte (d) 13:40, 14 Frar 2021 (UTC)Wieġeb

Qed nieħu gost tassew narak tipporva tifhem kif jaħdem Wikidata. Jien domt ftit biex fhimt, u fil-verità għadni nitgħallem ċertu affariejiet bażiċi f'kors dwar Wikidata li qed insegwi ma' Nevborg. Milli qed tgħid int mill-ġdid, iqumu żewġ punti: (1) Wikidata huwa wiki -- jekk tara xi ħaġa nieqsa/ħażina tista' żżidha/tirranġha, u (2) f'en.wp hemm numru kbir ħafna ta' edituri, amministraturi u voluntiera oħra li għandhom il-ħin u r-riżorsi jagħmlu prodott, kif qed tgħid tajjeb int, ħafna aħjar. Fuq en.wp iddeċidew li l-infoboxes ikompli jħaddmuhom manwalment għalissa, anke għax Wikidata għadu jiġi żviluppat. Aħna fuq mt.wikipedia għandna biss farka mir-riżorsi li hemm fuq en.wp, allura l-użu ta' infoboxes minn Wikidata huwa essenzjali għalina. U mhux biss infoboxes, skont jien, imma anke nebbieta ta' ċertu tipi, kif qed jiddiskutu fil-proġett meta:Abstract Wikipedia, magħruf ukoll bħala Wikifunctions. Però fadal ħafna xi jsir qabel naslu hemm. Grazzi dejjem! -- ToniSant (d) 09:39, 15 Frar 2021 (UTC)Wieġeb
Hekk hu, il-Wikidata huwa wiki, u m'hemmx dubju li se nsibu ħafna każijiet ta' informazzjoni nieqsa jew mhux korretta fil-Wikidata wkoll. Naħseb tajjeb li niddedikaw ftit ħin u riżorsi biex nikkoreġu dawn in-nuqqasijiet fejn insibuhom. Biex nagħti eżempju, bħal ma qal tajjeb Leli Forte, fil-Wikidata ta' Erwin Schrödinger id-Dublin Institute of Advanced Studies ma kienx imniżżel bħala impjegatur. Dħalt fil-Wikidata u żidtha, ħalli tidħol fl-infobox. Tajjeb ngħidu li din se tgħin mhux lilna biss, imma lil kull min juża l-Wikidata fil-futur (wikis ta' pajjiżi oħra żgħar, per eżempju), u x-xogħol li jagħmlu huma fuq il-Wikidata se jgħin lilna. --Nevborg (d) 10:07, 16 Frar 2021 (UTC)Wieġeb

Irfinar għall-Mudelli tar-Referenzi

immodifika

Bdejt naqra fuq kif nistgħu ndaħħlu l-funzjonijiet tal-Autogenerate u r-Reuse fil-VisualEditor (li s'issa mhumiex maqlubin bil-Maltin). Daħħalt eżempju żgħir fil-mudell ta' Ċita ktieb, imma jeħtieġ li noħolqu paġna bil-mapping bejn il-mudelli tar-referenzi u citoid. Hemm eżempju fuq Wikipedia bl-Ingliż hawnhekk. --Scutajar (d) 20:29, 11 Novembru 2020 (UTC)Wieġeb

@Scutajar:Tajjeb wisq! Jiena ħloqt din ibbażata fuq din bid-differenza li Ċita ktieb/web/aħbar/pubblkazzjoni ġew tradotti. Jidher pero li fuq mt.wikipedia m'għandnix l-ekwivalenti ta' dan. Qed nifhem sew jien li għandna bżonnu dan? Inħalli f'idejk biex tkompli aktar? Kellimni fejn ikun hemm bżonn xi ħaġa direttament mingħandi, sintendi. Intant ir-reuse tar-referenzi jidher li qed jaħdem però għadni ma pprovajtux sew. Grazzi ħafna! --ToniSant (d) 14:48, 13 Novembru 2020 (UTC)Wieġeb
@ToniSant: It-tliet mudelli li kien għad fadal għar-referenzi (Ċita web, ċita aħbar, u ċita pubblikazzjoni) żidtilhom id-data li kellhom bżonn biex jaħdmu mal-AutoGenerate fil-VisualEditor. Ippruvajthom kollha u jaħdmu sew! --Scutajar (d) 20:56, 17 Novembru 2020 (UTC)Wieġeb
@Scutajar: Grazzi u prosit tassew! Se nipprovaw inħaddmuhom u jekk ma tisma' xejn aktar dwarhom tista' tassumi li kollox sew. Ċert li numru ta' nies mill-komunità se jifirħu tassew b'dan l-iżvilupp. --ToniSant (d) 10:32, 18 Novembru 2020 (UTC)Wieġeb

Il-funzjoni tal-Autogenerate għandu jerġa' jaħdem issa għal siti fuq l-Internet. It-TemplateData mhuwiex komplut, imma hemm dawk il-parametri li hemm bżonn biex jaħdem l-AutoGenerate. Ippruvajt ma' artiklu mit-Times of Malta u jaħdem! —Scutajar (d) 21:11, 4 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb

@Scutajar: Grazzi ħafna! Issa naraw hemmx xi kummenti mingħand Utent:Trigcly u/jew Utent:EnriqueTabone u/jew Utent:Nevborg. :-) -- ToniSant (d) 21:15, 4 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
@Scutajar: Kollox qed jaħdem sew issa. Ħaġa żgħira li nnutajt hi li l-mudell tal-ġenerazzjoni awtomatika qiegħed “bl-+il-lingwa”, jiġifieri tiġi tajba meta l-URL ikun “bl-Ingliż” imma tibqa' hekk anke bl-Taljan, bl-Ġermaniż, eċċ. Forsi tista' tneħħi bl- għal-lingwi kollha u tinftiehem xorta. --Trigcly (d) 09:39, 5 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
@Trigcly: Hekk hu, għandek raġun. Għandi bżonn nikteb xi code biex nirranġa l-problema u kollox għandu jissolva waħdu. Ippreferejt li nagħti priorità lill-mudelli l-oħra ta' ċitazzjoni li qed nużaw bħalissa, imma bi ħsieb li naħdem fuqha meta nlesti! :) —Scutajar (d) 10:08, 5 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb

Kemm navża li ċertu kategoriji ta' manutenzjoni għall-mudelli taċ-ċitazzjoni (bħal per eżempju Kategorija:CS1 sorsi bil-lingwa Ingliż (en)‎ u Kategorija:CS1 sorsi bil-lingwa Taljan (it)‎ kapaċi jinbidlilhom isimhom meta nirranġa l-problema tal-artiklu ;) —Scutajar (d) 12:33, 20 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb

Mill-mudelli ta' ċitazzjoni, fadalli naħdem fuq Mudell:Ċita pubblikazzjoni. Taħseb li għandu jinbidel l-isem għal ċita rivista jew ċita ġurnal? Inħoss li l-isem bħalissa huwa naqra vag. —Scutajar (d) 13:42, 20 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb

@Scutajar: iva, naħseb li Ċita revista jkun aħjar minn Ċita ġurnal biex ma jkunx ambigwu vis-a-vis Ċita aħbar. Grazzi! -- ToniSant (d) 14:26, 20 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
@ToniSant: Kemm navżak li żidt il-mudelli ċita rivista, ċita teżi, u ċita konferenza. It-TemplataData u s-citoid ta' dawn il-mudelli huma kollha lesti ħlief għall-aħħar wieħed. Għandu jitneħħa l-mudell ċita pubblikazzjoni, u għandhom jiżdiedu dawn il-mudelli l-ġodda fil-VisualEditor (konna żidnihom minn hawn). Għada bi ħsiebni nżid ċita enċiklopedija ukoll. Bdejt ndur xi artikli li għandhom xebgħa problemi biċ-ċitazzjonijiet u nbiddilhom kollha (ħafna minnhom qas jużaw mudell ta' ċitazzjoni, imma ref biss). Meta jiżdiedu dawn il-mudelli kollha fil-VisualEditor għada, nikteb post fil-Pjazza biex navza lil kulħadd li għandna dawn il-mudelli ġodda, u li jien qed indur iċ-ċitazzjonijiet kollha. Min jista' jgħini merħba bih. —Scutajar (d) 21:21, 20 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
@Scutajar: Tajjeb wisq! Fejn jintuża ref biss idealment għandu jibqa jaħdem kollox kif inhu, sakemm iffurmat sew dak li hemm bejn tag u oħra ta' ref. Bil-mudelli fil-VisualEditor inkunu nistgħu naħdmu sew suppost, speċjalment bil-faċilità li niġġeneraw ċitazzjonijiet minn URL, ISBN, jew DOI eċċ. kif ukoll il-possibilità li nikkonvertu ċertu tipi ta' referenzi. Ħa naraw fejn naslu mal-avviz tiegħek fil-Pjazza fil-każ u mmexxu minn hemm. Grazzi ħafna! -- ToniSant (d) 12:38, 21 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
@ToniSant: B'kollox għandna dawn il-mudelli għal ċitazzjoni: Mudell:ċita aħbar, Mudell:ċita enċiklopedija, Mudell:ċita konferenza, Mudell:ċita ktieb, Mudell:ċita rivista (li ġiet flok ċita pubblikazzjoni), Mudell:ċita teżi, Mudell:ċita web, u Mudell:ċitazzjoni (b'redirect ukoll minn ċita). Qed inlesti t-TemplateData u s-citoid tal-mudelli ġodda li żidt, u meta jitranġa l-JSON file tal-VisualEditor, nitfa' l-post. Grazzi :) —Scutajar (d) 12:45, 21 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
Kemm inżid ukoll li l-JSON ma nistax inbiddlu jien, naħseb admins biss għandhom aċċess għalih. —Scutajar (d) 12:48, 21 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
@Scutajar: Iva, sew qed tgħid dwar JSON. Issa nkellmek privatament filkaż. Grazzi. -- ToniSant (d) 13:51, 21 Marzu 2021 (UTC)Wieġeb
Return to the user page of "ToniSant/Arkivju 2020".