Wikisors
Il-Wikisors huwa proġett operat mill-Fondazzjoni Wikimedia li fih jipprovdi kontenut b'xejn ta' sorsi testwali, flimkien mat-tifsiriet b'lingwi differenti u materjal ieħor.
URL | www.wikisource.org |
---|---|
Kummerċjali? | Le |
Tip ta' sit | Librerija ta' testi |
Reġistrazzjoni | Opzjonali |
Lingwi disponibbli | Multingwali |
Proprjetarju | Fondazzjoni Wikimedia |
Maħluqa minn | Komunità Wikimedia |
Pożizzjoni fuq Alexa | 4191 |
Stat attwali | Attiva |
Storja
immodifikaIl-Wikisource beda eżattament bejn l-2003 u l-2005 fejn f'dan iż-żmien il-lokazzjoni ta' dan il-proġett fuq l-internet (URL) kif ukoll ismu tbiddlu diversi drabi.
Dan il-wiki kien l-ewwel imsemmi Project Sourceberg matul il-perjodu tat-tfassil tiegħu (logħob ta' kliem għal Project Gutenberg). Dan beda l-attività tiegħu f'lokazzjoni żbaljata, meta t-testi kienu ntefgħu fuq ps.wikipedia.org. Il-kontributuri ħasbu li "PS" ifissru "primary sources" (sorsi primarji) jew Project Sourceberg, u bi żball ħadu post tas-sotto-dominju tal-lingwa Pashtu tal-Wikipedija.
Project Sourceberg beda uffiċċjalment meta rċieva l-lokazzjoni tiegħu fuq l-internet fl-24 ta' Novembru, 2003 (http://sources.wikipedia.org); kull testi u diskussjonijiet mxew fil-lokazzjoni l-ġdida. Fis-6 ta' Diċembru, 2003, ismu nbidel għal Wikisource. Minkejja t-tibdil fl-isem, il-proġett dam sat-23 ta' Lulju, 2004, qabel ma mexa fuq il-lokazzjoni permanenti (fuq http://wikisource.org).
F'ġimgħatejn mill-bidu tal-proġett (fuq sources.wikipedia.org), 'il fuq minn 1000 paġna ġew ikkrejati, b'madwar 200 minnhom iddisinjati bħala artikli taħt forma tajba. Fl-4 ta' Jannar, 2004, Wikisource laqa' l-100 utent reġistrat. Fil-bidu ta' Lulju 2004, in-numru ta' artikli qabżu l-2400, u aktar minn 500 utent irreġistraw.
Fit-30 ta' April, 2005, kien hemm 2667 utent reġistrati (inklużi 18-il amministratur) u madwar 19,000 artiklu. Il-proġett qabeż is-96,000 editjar f'dik il-ġurnata.
Logo u slogan
immodifikaSa meta l-Wikisource kienet inizzjalment imsemmija "Project Sourceberg", f'logħob ta' kliem għall-kliem Project Gutenberg, l-ewwel logo kienet stampa ta' iceberg. Żewġ voti li saru biex jintgħażel is-suċċessur ma' ġabu l-ebda konklużjoni, u l-logo oriġinali baqa' sa l-2006. Finalment, minħabba kemm problemi tekniċi u anki legali - minħabba li l-liċenzja ta' l-istampa ma kinitx tajba għal logo tal-Fondazzjoni Wikimedia u anki minħabba li r-ritratt ma jistax jitqassar u jitkabbar sewwa - stil ta' logo ta' l-iceberg, inspirata mill-istampa oriġinali kienet ġiet mandata biex isservi bħala l-logo tal-proġett.
L-ewwel użu prominenti ta' l-islogan tal-Wikisource - The Free Library (Il-Librerija b'Xejn) - kienet fil-portal multilingwali tal-proġett, meta kienet ġiet ridiżinjata bbażata skond il-portal tal-Wikipedija fis-27 ta' Awwissu, 2005 (verżjoni storikali). Bħall-portal tal-Wikipedija, is-slogan tal-Wikisource jidher madwar il-logo ta' l-akbar għaxar lingwi tal-proġett.
Kontenut
immodifikaIl-Wikisource jiġbor u jistorja taħt format diġitali testi ppublikati qabel; inklużi n-novelli, xogħol ta' stejjer vera, ittri, taħdidiet, dokumenti kostituzzjonali u storiċi, liġijiet u varjeta ta' dokumenti oħra. Kull test miġbur huwa jew liberu mill-copyright jew maħruġ taħt il-GNU Free Documentation License. Testi f'lingwi oħra huma aċċettati, kif ukoll it-translazzjonijiet.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Wikisors |