Diego Cavalieri (São Paulo, 1 ta' Diċembru 1982) huwa futboler Brażiljan li jilgħab bħala gowlkiper ma' Botafogo. Hu għandu dixxendenza Taljana u jħaddan kemm passaport Taljan kif ukoll dak Brażiljan.

Diego Cavalieri
Informazzjoni personali
Twelid1 ta' Diċembru 1982 (1982-12-01) (41 sena)
São PauloBrażil
Tul1.91 m
RwolGowlkiper
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBotafogo
Numru12
Mixtliet
2001–2002Palmeiras
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2008Palmeiras
2008–2010Liverpool
2010Cesena
2010–2017Fluminense
2018Crystal Palace
2019–Botafogo
Tim nazzjonali
2012–2013Brażil

Karriera

immodifika

Cavalieri beda l-karriera tiegħu ma' Palmeiras, fejn iddebutta nhar l-24 ta' Ġunju 2002 f'rebħa ta' 4–0 kontra Rio Claro. Fil-bidu tal-istaġun 2006, wara li kien weġġa' Marcos, Diego beda mal-ewwel tim għall-ewwel darba fid-derby klassiku bejn Palmeiras u Corinthians, partita li ntemmet f'favur it-tim abjad u aħdar. Bi prestazzjonijiet pożittivi u siguri bejn il-lasti, hu mhux biss irnexxielu jikseb post bħala titular iżda kiseb ukoll ir-rispett u l-fiduċja tal-partitarji tiegħu.

Nhar il-11 ta' Lulju 2008, Cavalieri qabel li jiffirma kuntratt għal erba' snin mal-klabb ta' Liverpool għal somma li hi mifumha li hi madwar £3 miljun.[1] B'dan it-trasferiment, Cavalieri sar it-tielet Brażiljan tal-klabb wara Fábio Aurélio u Lucas Leiva. Hu ngħata l-flokk numru 1 li ġie milbus l-aħħar minn Jerzy Dudek. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-Ingilterra, hu lagħab numru ta' partiti mill-FA Cup waqt li ddebutta fil-UEFA Champions League kontra PSV Eindhoven.

Palmeiras
Fluminense

Tim nazzjonali

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Liverpool sign keeper Cavalieri" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-11. Miġbur 2008-07-30.

Ħoloq esterni

immodifika